31987D0067



Official Journal L 037 , 07/02/1987 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0346
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0346


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-26 ta' Jannar 1987

li taċċetta għan-nom tal- Komunità il-Ftehim Ewropew dwar l-Iskambju ta' Sustanżi Terapewtiċi ta' Oriġini Umana

(87/67/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li ikkonsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropeja, u partikolarment l-Artikolu 28 tiegħu,

Wara li ikkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Artikolu 5(1) tal-Ftehim Ewropew dwar l-Iskambju ta' Sustanżi Terapewtiċi ta' Oriġini Umana jistipula illi l-Partjiet Kontraenti għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċċesarji biex jeżentu mid-dazji kollha ta' l-importazzjoni s-sustanżi terapewtiċi ta' oriġini umana mqegħda għad-dispozizzjoni tagħhom mill-Partijiet l-oħra;

Billi kwalunkwe derogazzjoni mit-Tariffa Doganali Komuni, kemm awtonoma jew konvenzjonali, taqa' unikament fil-kompetenza Komunità;

Billi id-dħul fis-seħħ ta' Protokoll addizzjonali għal-Ftehim li jippermetti lill-Komunità Ekonomika Ewropea li ssir Parti Kontraenti għal dak il-Ftehim jippermetti lill-Komunità sabiex teserċita il-kompetenza tagħha f'din il-materja; billi d-derogi previsti fil-Ftehim huma diġà mogħtija mir-regoli tal-Komunità dwar il-ħelsien mid-dazji doganali;

Billi l-Komunità għandha għalehkk ssir Parti Kontraenti għall-Ftehim,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim Ewropew dwar l-Iskambju ta' Sustanżi Terapewtiċi ta' Oriġini Umana huwa permezz tal-preżenti aċċettat għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa allaċjat ma' din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa permezz tal-preżenti awtorizzat sabiex jinnomina il-persuni li għandhom il-poter sabiex jiffirmaw il-Ftehim biex jorbot lill- Komunità.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Tindemans

--------------------------------------------------