22.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 83/2009

tat-3 ta' Lulju 2009

li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2009 tad-9 ta' Ġunju 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE tat-23 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ta’ tagħmir għal meded qosra (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5cz (id-Decizjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE) fl-Anness XI mal-Ftehim:

“kif emendat minn:

—

32008 D 0432: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE tal-23 ta' Mejju 2008 (ĠU L 151, tat-11.6.2008, p. 49).”

Artikolu 2

It-testi tad-Decizioni 2008/432/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-4 ta' Lulju 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 162, 25.6.2009, p. 23.

(2)   ĠU L 151, 11.6.2008, p. 49.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.