Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU V - It-Trasport - Artikolu 75
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0071 - 0072
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0062 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0206 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0027 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 75 1. Id-diskriminazzjonijiet kollha li jikkonsistu fl-applikazzjoni minn trasportaturi dwar l-istess merkanzija ittrasportata fl-istess rotot, ta’ prezzijiet u kondizzjonijiet tat-trasport li jvarjaw skond il-pajjiż ta’ l-origini jew tad-destinazzjoni tal-merkanzija li tinġarr, għandhom jiġu aboliti fi ħdan il-Komunità. 2. Il-Paragrafu 1 ma jeskludix l-adozzjoni ta’ miżuri oħra mill-Kunsill fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 (1). 3. Il-Kunsill, b’votazzjoni tal-maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu, jagħmel regolamenti għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1. Il-Kunsill jista’, partikolarment jieħu l-miżuri meħtieġa biex l-istituzzjonijiet tal-Komunità ikunu jistgħu jassiguraw li r-regola li hemm fil-paragrafu 1 tiġi osservata u li dawk li jużawha jgawdu l-vantaġġi li jakkumulaw minnha. 4. Il-Kummissjoni għandha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ Stat Membru, teżamina il-każijiet ta’ diskriminazzjoni msemmija f’paragrafu 1, u, wara li tikkonsulta kull Stat Membru interessat, għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa skond ir-regolamenti magħmula skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3. --------------------------------------------------