|
22.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 339/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Diċembru 2009
dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9959)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/992/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jirrikjedi li kull Stat Membru jżomm reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq li jkunu ġew awtorizzati minn awtorità kompetenti maħtura minnu biex jeżerċitaw il-kariga ta’ operatur tat-trasport bit-triq. Ir-reġistri elettroniċi nazzjonali għandhom jinkludu tal-inqas l-elementi stipulati fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament. Elementi addizzjonali bħad-data u l-post tat-twelid tal-persuni ġew inklużi wkoll sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni korretta tal-individwi kkonċernati. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (2) u r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (3) ukoll jirrikjedu li ċerta dejta tiddaħħal f’dawn ir-reġistri elettroniċi nazzjonali. |
|
(3) |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, kif stipulat b’mod partikolari bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4), japplikaw għall-ipproċessar ta’ kwalunkwe dejta personali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. |
|
(4) |
Sabiex tkun faċilitata l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali kif jirrikjedi l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, il-Kummissjoni trid tadotta skont l-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament, deċiżjoni dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistri elettroniċi nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 se jkunu elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi-President
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.
(2) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72.
ANNESS
|
Kategorija tad-dejta |
Unità tad-dejta |
Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta |
Tul |
|||||||||||||
|
Impriża tat-trasport |
Isem |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-100 |
|||||||||||||
|
Forma legali |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-50 |
||||||||||||||
|
Indirizz |
Indirizz |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-150 |
|||||||||||||
|
Kodici Postali |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-10 |
||||||||||||||
|
Belt |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-50 |
||||||||||||||
|
Kodiċi tal-pajjiż |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
2 |
||||||||||||||
|
Awtorizzazzjoni |
Tip |
Dikjarazzjoni ta’:
or:
|
1-50 |
|||||||||||||
|
Numru tas-serje tal-Liċenzja Komunitarja |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-20 |
||||||||||||||
|
Data tal-bidu tal-liċenzja Komunitarja |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Data ta’ skadenza tal-liċenzja Komunitarja |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Għadd ta’ vetturi koperti |
Taqsima tat-test liberu numeriku |
1-4 |
||||||||||||||
|
In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura (*1) |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-15 |
||||||||||||||
|
Stat ta’ Awtorizzazzjoni |
Dikjarazzjoni ta’
|
1-20 |
||||||||||||||
|
Data tal-irtirar tal-liċenzja Komunitarja |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Data tas-sospensjoni tal-liċenzja Komunitarja |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Data ta’ skadenza tas-sospensjoni tal-liċenzja Komunitarja |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Raġuni għas-sospenzjoni jew l-irtirar tal-liċenzja Komunitarja |
Dikjarazzjoni ta’:
|
1-100 |
||||||||||||||
|
Numru tas-serje tal-kopja vera ċertifikata tal-Liċenzja Komunitarja |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-20 |
||||||||||||||
|
Data tal-irtirar tal-veru kopja ċertifikata |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Data ta’ skadenza tal-irtirar tal- kopja ċertifikata |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Rappreżentant legali tal-impriża (fejn jixraq) (*2) |
L-ewwel isem mogħti |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-100 |
|||||||||||||
|
Kunjom(ijiet) |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-100 |
||||||||||||||
|
Data tat-twelid |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Post tat-twelid |
Test liberu alfa |
1-50 |
||||||||||||||
|
L-Amministratur tat-Trasport |
L-ewwel isem mogħti |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-100 |
|||||||||||||
|
Kunjom(ijiet) |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-100 |
||||||||||||||
|
Data tat-twelid |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Post tat-twelid |
Test liberu alfa |
1-50 |
||||||||||||||
|
Numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-20 |
||||||||||||||
|
Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Pajjiż tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
2 |
||||||||||||||
|
Ksur ta’ liġi serju: |
Kategorija |
Taqsima alfanumerika li tuża valuri f’kodiċi |
|
|||||||||||||
|
Tip |
Taqsima alfanumerika li tuża valuri f’kodiċi |
|
||||||||||||||
|
Data tal-ksur tal-liġi |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Data tal-kontroll fejn il-ksur tal-liġi ġie kkonfermat |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Stat Membru fejn il-ksur tal-liġi ġie kkonfermat |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
2 |
||||||||||||||
|
Raġuni għalfejn it-telf ta’ reputazzjoni tajba huwa risposta sproporzjonata (*3) |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-500 |
||||||||||||||
|
Persuna inkompetenti |
L-ewwel isem mogħti |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-100 |
|||||||||||||
|
Kunjom(ijiet) |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-100 |
||||||||||||||
|
Data tat-twelid |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Post tat-twelid |
Test liberu alfa |
1-50 |
||||||||||||||
|
Numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Taqsima tat-test liberu alfanumeriku |
1-20 |
||||||||||||||
|
Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Pajjiż tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
2 |
||||||||||||||
|
Raġuni għalfejn persuna ġiet iddikjarata bħala inkompetenti |
Dikjarazzjoni ta’ jew:
|
1-100 |
||||||||||||||
|
Miżura ta’ riabilitazzjoni attwali |
Dikjarazzjoni ta’ jew:
|
1-100 |
||||||||||||||
|
Data tal-bidu tad-dikjarazzjoni ta’ inkompetenza |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
||||||||||||||
|
Data tal-egħluq tad-dikjarazzjoni ta’ inkompetenza |
Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) |
10 |
(*1) Mhuwiex mandatarju li tiġi reġistrata d-dejta marbuta man-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vettura.
(*2) Ara Artikolu 16(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.
(*3) L-ebda dejta personali apparti d-dejta meħtieġa marbuta mal-Amministratur tat-Trasport ma għandha tkun inkluża f’din it-taqsima.