|
8.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 131/156 |
L-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2011
Is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (Riformulazzjoni) *
P7_TA(2011)0464
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (Riformulazzjoni) (COM(2010)0784 – C7-0030/2011 – 2010/0387(CNS))
2013/C 131 E/25
(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0784), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0030/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni għal atti legali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-25 ta’ Marzu 2011 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0314/2011), |
|
A. |
billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom, |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed b'mod sostanzjali mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
|
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||
|
Emenda 1 |
|||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 9 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 2 |
|||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 3 |
|||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b |
|||||
|
|
||||