2006R0305 — MT — 01.01.2007 — 001.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 305/2006

tal-21 ta’ Frar 2006

li jimponi miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni suspettati bl-involviment fl-assassinju tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri

▼B

(ĠU L 051, 22.2.2006, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 058M, 3.3.2009, p. 387  (305/06)




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 305/2006

tal-21 ta’ Frar 2006

li jimponi miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni suspettati bl-involviment fl-assassinju tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60, 301 u 308 tiegħu,

B'konsiderazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/888/PESK tat-12 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni suspettati bl-involvimenti fil-qtil tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri ( 1 ),

Huwa kunsiljabbli li jiġi approvat il-Ftehim imsemmi.

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Ottubru 2005, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1636 (2005) li tieħu nota tal-konklużjoni tar-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali ta' Investigazzjoni dwar l-attentat terroristiku bil-bombi li sar fl-14 ta' Frar 2005, f'Beirut, il-Libanu, li qatel 23 persuna, inkluż il-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri, u li bih korrew bosta nies.

(2)

Il-Kunsill ta' Sigurtà nnota bi tħassib kbir ħafna l-konklużjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali ta' Investigazzjoni li hemm evidenza soda li tindika li kienu involuti uffiċjali Libaniżi kif ukoll Sirjani f'dan l-att terroristiku, u permezz tal-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, ddeċieda, bħala pass biex jgħin fl-investigazzjoni ta' dan l-att kriminali u mingħajr preġudizzju għad-determinazzjoni ġudizzjarja aħħarija tal-ħtija jew l-innoċenza ta' xi individwu, li jimponi miżuri kontra l-individwi kollha li huma suspettati bl-involviment fl-ippjanar, fl-isponsorjar, fl-organizzazzjoni jew fit-twettiq ta' dan l-att terroristiku.

(3)

Il-Pożizzjoni Komuni 2005/888/PESK tipprevedi l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fil-UNSCR 1636 (2005) u, b'mod partikolari l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' persuni reġistrati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit fil-paragrafu 3(b) tal-UNSCR 1636 (2005) bħala suspettati bl-involviment fl-ippjanar, fl-isponsorjar, fl-organizzazzjoni jew fit-twettiq tal-qtil tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri u oħrajn fl-14 ta' Frar 2005.

(4)

Dawn il-miżuri jaqgħu fl-ambitu ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod speċjali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, tinħtieġ leġislazzjoni Komunitarja sabiex jiġu implementati sa fejn hija konċernata l-Komunità.

(5)

Għal raġunijiet ta' ħeffa, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament, abbażi ta' notifikazzjoni jew informazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u l-Istati Membri rilevanti, kif ikun xieraq.

(6)

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-pieni previsti għandhom ikunu proporzjonati, effettivi u dissważivi.

(7)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1) “Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skond il-paragrafu 3(b) tal-UNSCR 1636 (2005);

2) “fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda mhux limitatament:

(a) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flejjes, drafts, money-orders u strumenti oħra ta’ ħlas;

(b) depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew ma' entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, djun u obbligazzjonijiet ta’ dejn;

(ċ) titoli negozjabbli kemm pubblikament kif ukoll privatament u strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu debitu, inklużi stock u azzjonijiet, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, notes, warrants, debentures u drittijiet taħt kuntratti derivati;

(d) imgħax, dividends jew dħul ieħor fuq assi, jew valur akkumulat jew ġenerat minnhom;

(e) kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, performance bonds jew obbligi finanzjarji oħra;

(f) ittri ta’ kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta’ bejgħ;

(ġ) dokumenti li jixhdu xi interess f’fondi jew riżorsi finanzjarji;

3) “iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, alterazzjoni, użu, aċċess, jew negozju fir-rigward ta' fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lok, fid-dritt tal-proprjetà, fil-pussess, fin-natura, fid-destinazzjoni tagħhom jew f’xi bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-amministrazzjoni ta’ portfolio;

4) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull xorta, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw għall-akkwist ta’ fondi, beni jew servizzi;

5) “iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni ta’ l-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, beni jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux limitatament, bil-bejgħ tagħhom, bil-kiri tagħhom jew bil-kostituzzjoni fuqhom ta' drittijiet reali ta' garanzija;

6) “territorju tal-Komunità” tfisser it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat.

Artikolu 2

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, jew li huma miżmuma jew taħt il-kontroll tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew ta' l-entitajiet elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, korpi jew entitajiet elenkati fl-Anness I.

3.  Il-parteċipazzjoni, konsapevoli u intenzjonata, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, l-evażjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprojbita.

Artikolu 3

1.  B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw, skond il-kondizzjonijiet li huma jikkonsidraw xierqa, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew id-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) neċessarji għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal affarijiet ta’ l-ikel, kera jew ħlasijiet dovuti taħt djun konnessi ma' proprjetà immobbli, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta’ assigurazzjoni, u kontijiet ta' servizzi pubbliċi;

(b) maħsuba esklusivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma konnessi mal-forniment ta' servizzi legali; jew

(ċ) maħsuba esklussivament għall-pagament ta' miżati jew il-ħlasijiet ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati,

dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar dik id-determinazzjoni u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat.

2.  L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tgħarraf l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

3.  L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta' interess jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet, sakemm kwalunkwe interess jew dħul ieħor bħal dawn ikun iffriżat skond l-Artikolu 2(1).

Artikolu 4

L-Artikolu 2(2) ma għandux jipprevjeni li kontijiet iffriżati jiġu kreditati minn istituzzjonijiet finanzjarji li jirċievu fondi trasferiti minn terzi persuni fil-kont tal-persuna jew l-entità elenkata, bil-kondizzjoni li kwalunkwe kreditazzjoni bħal din lil tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll skond l-Artikolu 2(1). L-istituzzjoni finanzjarja għandha tgħarraf mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b’tali transazzjonijiet.

Artikolu 5

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtaġġ, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 284 tat-Trattat, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi, għandhom:

(a) jipprovdu immedjatament kwalunkwe tagħrif li jiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri elenkati fl-Anness II li fihom huma residenti jew jinsabu, u għandhom jittrasmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b) jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness II fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni.

2.  Kwalunkwe informazzjoni ulterjuri riċevuta mill-Kummissjoni direttament għandha titqiegħed għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat.

3.  Kwalunkwe informazzjoni mogħtija jew riċevuta skond dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom ġiet mogħtija jew riċevuta. Tali finijiet għandhom jiġu kkonsidrati li jinkludu l-kooperazzjoni ma' xi investigazzjoni internazzjonali relatata ma' l-assi jew it-transazzjonijiet finanzjarji tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, il-korpi jew l-entitajiet elenkati fl-Anness I.

Artikolu 6

L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li fondi jew riżorsi ekonomiċi jintgħamlu disponibbli, imwettqa in bona fede li tali azzjoni hija konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandhomx joħolqu responsabbiltà ta' kwalunkwe xorta għall-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jimplimentaha, jew għad-diretturi jew l-impjegati tagħha, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati bħala riżultat ta' negliġenza.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin immedjatament dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni pertinenti oħra li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom in konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' vjolazzjoni u nfurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 8

1.  Il-Kummissjoni b'dan għandha s-setgħa li:

(a) temenda l-Anness I abbażi ta’ determinazzjonijiet magħmula mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; u

(b) temenda l-Anness II abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi ta' l-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni għandha żomm il-kuntatti kollha neċessarji mal-Kumitat tas-sanzjonijiet għall-fini ta' l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad- dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li ssirilhom.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha;

(b) abbord kull inġenju ta’ l-ajru jew kull bastiment fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(ċ) għal kull min jinsab ġewwa jew barra t-territorju tal-Komunità u huwa ċittadin ta' xi Stat Membru;

(d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, jew entità jew organu li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, ġewwa l-Komunità.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2

(Anness li għandu jiġi kompletat wara li l-persuni u l-entitajiet ikunu ġew reġistrati mill-Kumitat stabbilit fil-paragrafu 3(b) ta' l-UNSCR 1636/2005)




ANNESS II

Lista ta' awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5

BELĠJU

Federale Overheidsdienst Financiën Thesaurie

Kunstlaan 30

B-1040 Brussel

Tal-Fax: 00 32 2 233 74 65

Courriel: Quesfinvragen.tf@minfin.fed.be

Service Public Fédéral des Finances

Trésorerie

30 Avenue des Arts

B-1040 Bruxelles

Tal-Fax: 00 32 2 233 74 65

Courriel: Quesfinvragen.tf@minfin.fed.be

▼M1

IL-BULGARIJA

Министерство на финансите

ул. “Г.С. Раковски” № 102

София 1000

Тел: (359-2) 985 91

Факс: (359-2) 988 1207

Е-mail: feedback@minfin.bg

Ministeru tal-Finanzi

102 Triq “G.S. Rakovsky”

Sofija 1000

Tel.: (359-2) 985 91

Fax: (359-2) 988 1207

E-mail: feedback@minfin.bg

▼C1

REPUBBLIKA ĊEKA

Ministerstvo financí

Finanční analytický útvar

P.O. BOX 675

Jindřišská 14

111 21 Praha 1

Tel: + 420 2 5704 4501

Tal-Fax: + 420 2 5704 4502

Ministerstvo zahraničních věcí

Odbor společné zahraniční a bezpečnostní politiky EU

Loretánské nám. 5

118 00 Praha 1

Tel: + 420 2 2418 2987

Tal-Fax: + 420 2 2418 4080

DANIMARKA

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Langelinie Allé 17

DK-2100 København K

Tlf. (45) 35 46 62 81

Fax (45) 35 46 62 03

Udenrigsministeriet

Asiatisk Plads 2

DK-1448 København K

Tlf. (45) 33 92 00 00

Fax (45) 32 54 05 33

Justitsministeriet

Slotholmsgade 10

DK-1216 København K

Tlf. (45) 33 92 33 40

Fax (45) 33 93 35 10

ĠERMANJA

Rigward il-fondi:

Deutsche Bundesbank

Servicezentrum Finanzsanktionen

Postfach

D-80281 München

Tel: (49) 89 28 89 3800

Tal-Fax: (49) 69 709097 3800

Rigward riżorsi ekonomiċi

—  għal informazzjoni skond l-Artikolu 5:

— 

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Referat V B 2

Scharnhorststr. 34-37

D-10115 Berlin

Tel: 01888-615-9

Tal-Fax: 01888-615-5358

Posta elettronika: BUERO-VB2@bmwa.bund.de

—  għall-għoti ta' eżenzjonijiet skond l-Artikolu 3:

— 

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Straße 29-35

D-65760 Eschborn

Tel: (49) 6196 908-0

Tal-Fax: (49) 6196 908-800

ESTONJA

Eesti Välisministeerium

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

Tel: + 372 6317 100

Faks: + 372 6317 199

Finantsinspektsioon

Sakala 4

15030 Tallinn

Tel: + 372 6680 500

Faks: + 372 6680 501

GREĊJA

A.   Iffriżar ta' Assi

Ministry of Economy and Finance

General Directory of Economic Policy

Nru. 5 Nikis Str.

10 563 Athens — Greece

Tel: + 30 210 3332786

Tal-Fax: + 30 210 3332810

Α.   Δέσμευση κεφαλαίων

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών

Γενική Δ/νση Οικονομικής Πολιτικής

Δ/νση: Νίκης 5

10 563 Αθήνα

Τηλ.: + 30 210 3332786

Φαξ: + 30 210 3332810

Β.   Restrizzjonijiet Importazzjoni-Esportazzjoni

Ministry of Economy and Finance

General Directorate for Policy Planning and Management

Address Kornarou Str. 1

10 563 Athens

Tel: + 30 210 3286401-3

Tal-Fax: + 30 210 3286404

Β.   Περιορισμοί εισαγωγών — εξαγωγών

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών

Γενική Δ/νση Σχεδιασμού και Διαχείρισης Πολιτικής

Δ/νση: Κορνάρου 1

Τ.Κ. 10 563 Αθήνα — Ελλάς

Τηλ.: + 30 210 3286401-3

Φαξ: + 30 210 3286404

SPANJA

Dirección General del Tesoro y Política Financiera

Subdirección General de Inspección y Control de Movimientos de Capitales

Ministerio de Economía

Paseo del Prado, 6

E-28014 Madrid

Tel: (34) 912 09 95 11

Dirección General de Comercio e Inversiones

Subdirección General de Inversiones Exteriores

Ministerio de Industria Comercio y Turismo

Paseo de la Castellana, 162

E-28046 Madrid

Tel: (34) 913 49 39 83

FRANZA

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale du Trésor et de la politique économique économique

Service des affaires multilatérales et du développement

Sous-direction Politique commerciale et investissements

Service Services, Investissements et Propriété intellectuelle

139, rue de Bercy

75572 Paris Cedex 12

Tél.: (33) 1 44 87 72 85

Télécopieur: (33) 1 53 18 96 55

Ministère des affaires étrangères

Direction générale des affaires politiques et de sécurité

Service de la politique étrangère et de sécurité commune

37, Quai d'Orsay

75007 Paris

Tél.: (33) 1 43 17 45 16

Télécopieur: (33) 1 43 17 45 84

IRLANDA

United Nations Section

Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin

Iveagh House

79-80 Saint Stephen's Green

Dublin 2

Tel: + 353 1 478 0822

Tal-Fax: + 353 1 408 2165

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

Financial Markets Department

Dame Street

Dublin 2

Tel: + 353 1 671 6666

Tal-Fax: + 353 1 679 8882

ITALJA

Ministero degli Affari Esteri

Piazzale della Farnesina, 1

I-00194 Roma

D.G.M.M. — Ufficio II

Tel. (39) 06 3691 2296

Faks. (39) 06 3691 3567

Ministero dell'Economia e delle Finanze

Dipartimento del Tesoro

Comitato di Sicurezza Finanziaria

Via XX Settembre, 97

I-00187 ROMA

Tel. (39) 06 4761 3942

Faks. (39) 06 4761 3032

ĊIPRU

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

6 Andrea Araouzou

1421 Nicosia

Tel.: + 357 22 86 71 00

Tal-Fax: + 357 22 31 60 71

Central Bank of Cyprus

80 Kennedy Avenue

1076 Nicosia

Tel.: + 357 22 71 41 00

Tal-Fax: + 357 22 37 81 53

Ministry of Finance (Department of Customs)

M. Karaoli

1096 Nicosia

Tel.: + 357 22 60 11 06

Tal-Fax: + 357 22 60 27 41/47

LATVJA

Latvijas Republikas Prokuratūra

Noziedzīgi iegūtu līdzekļu legalizācijas novēršanas dienests

Kalpaka bulvāris 6

Rīga, LV 1801

Tel: (+371) 70144431

Tal-Fax: (+371) 7044804

Latvijas Republikas Ārlietu ministrija

Brīvības bulvāris 36

Rīga LV 1395

Tel: (+371) 7016201

Tal-Fax: (+371) 7828121

LITWANJA

Saugumo politikos departamentas

Lietuvos Respublikos užsienio reikalų ministerija

J. Tumo-Vaižganto 2

LT-01511 Vilnius

Litwanja:

Tel. +370 5 236 25 16

Faks. +370 5 231 30 90

LUSSEMBURGU

Ministère des Affaires étrangères et de l’Immigration

Direction des Relations économiques internationales

5, rue Notre-Dame

L-2240 Lussemburgu

Tél.: (352) 478 2346

Tal-Fax: (352) 22 20 48

Ministère des Finances

3, rue de la Congrégation

L-1352 Lussemburgu

Tél.: (352) 478 2712

Tal-Fax: (352) 47 52 41

UNGERIJA

Hungarian National Police Headquarters

Teve u. 4-6.

H-1139 Budapest

l-Ungerija

Tel./fax: + 36-1-443-5554

Országos Rendőrfőkapitányság

1139 Budapest, Teve u. 4-6.

Magyarország

Tel./fax: + 36-1-443-5554

Ministry of Finance

József nádor tér. 2-4.

H-1051 Budapest

l-Ungerija

Postbox: 1139 Pf.: 481

Tel: + 36-1-318-2066, + 36-1-327-2100

Tal-Fax: + 36-1-318-2570, + 36-1-327-2749

Pénzügyminisztérium

1051 Budapest, József nádor tér. 2-4.

Magyarország

Postafiók: 1139 Pf.: 481

Tel: + 36-1-318-2066, + 36-1-327-2100

Tal-Fax: + 36-1-318-2570, + 36-1-327-2749

MALTA

Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio

Triq il-Merkanti

Valletta CMR 02

Tel: + 356 21 24 28 53

Tal-Fax: + 356 21 25 15 20

OLANDA

De Minister van Financiën

Directie Financiële Markten/Afdeling Integriteit

Postbus 20201

NL-2500 EE

Den Haag

Tel: 070-342 8997

Tal-Fax: 070-342 7984

AWSTRIJA

A.   Iffriżar ta' Assi

Österreichische Nationalbank

(Austrian National Bank)

Otto Wagner Platz 3

A-1090 Wien

Tel. (+ 43-1) 404 20-0

Fax (+ 43-1) 404 20-7399

B.   Restrizzjonijiet Importazzjoni-Esportazzjoni u r-restrizzjonijiet l-oħra kollha

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

(Federal Ministry of Economics and Labour)

Abteilung C2/2 (Ausfuhrkontrolle)

Stubenring 1

A-1010 Wien

Tel. (+ 43-1) 711 00-0

Fax (+ 43-1) 711 00-8386

POLONJA

Ministerstwo Finansów

Generalny Inspektor Informacji Finansowej (GIIF)

ul. Świętokrzyska 12

00916 Warszawa

Poland

Tel. (+ 48 22) 694 59 70

Faks. (+ 48 22) 694 54 50

PORTUGALL

Ministério dos Negócios Estrangeiros

Direcção-Geral dos Assuntos Multilaterais

Largo do Rilvas

P-1350-179 Lisboa

Tel. (351) 21 394 67 02

Fax (351) 21 394 60 73

Ministério das Finanças

Direcção-Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais

Internacionais

Avenida Infante D. Henrique n.o 1, C, 2.o

P-1100 Lisboa

Tel. (351) 21 882 3390/8

Fax (351) 21 882 3399

▼M1

IR-RUMANIJA

Ministerul Afacerilor Externe

Aleea Alexandru, nr. 31

Sector 1, București

Tel.: (40) 21 319 2183

Fax: (40) 21 319 2226

E-mail: cabinet@mae.ro

Ministerul Finanțelor Publice

Strada Apolodor nr. 17,

Sector 5, București

Tel.: (40) 21 319 9743

Fax: (40) 21 312 1630

E-mail: cabinet.ministru@mfinante.ro

Ministerul Economiei și Comerțului

Calea Victoriei, nr. 152

Sector 1, București

Tel.: (40) 21 231 02 62

Fax: (40) 21 312 05 13

▼C1

SLOVENJA

Ministry of Foreign Affairs

Prešernova 25

SI-1000 Ljubljana

Tel: 00386 1 4782000

Faks: 00386 1 4782341

Ministry of the Economy

Kotnikova 5

SI-1000 Ljubljana

Tel: 00386 1 4783311

Faks: 00386 1 4331031

Ministry of Defence

Kardeljeva pl. 25

SI-1000 Ljubljana

Tel: 00386 1 4712211

Faks: 00386 1 4318164

SLOVAKKJA

Ministerstvo financií Slovenskej republiky

Štefanovičova 5

P.O. BOX 82

817 82 Bratislava

Tel: 00421 2 5958 1111

Tal-Fax: 00421 2 5249 3048

FINLANDJA

Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet

PL/PB 176

FI-00161 Helsinki/Helsingfors

Tel (358-9) 16 00 5

Fax (358-9) 16 05 57 07

SVEZJA

Artikolu 3:

Försäkringskassan

103 51 Stockholm

Tfn +46 (0) 8 786 90 00

Fax +46 (0) 8 411 27 89

Artikoli 4 u 5:

Finansinspektionen

Box 6750

113 85 Stockholm

Tfn +46 (0) 8 787 80 00

Fax +46 (0) 8 24 13 35

RENJU UNIT

HM Treasury

Financial Systems and International Standards

1, Horse Guards Road

London SW1A 2HQ

United Kingdom

Tel. + 44 (0) 20 7270 4901

Faks. + 44 (0) 20 7270 5430

Bank of England

Financial Sanctions Unit

Threadneedle Street

London EC2R 8AH

United Kingdom

Tel. + 44 (0) 20 7601 4768

Faks. + 44 (0) 20 7601 4309

KOMUNITÀ EWROPEA

Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

Direttorat Politika Estera u ta' Sigurta Komuni(PESK) u Politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża (PESD): Kummissjoni Koordinazzjoni u Kontribuzzjoni

Kwistjonijiet legali u istituzzjonali, Azzjonijiet Konġunti PESK, Sanzjonijiet, Proċess ta' Kimberley

CHAR 12/163

B-1049 Bruxelles/Brussell

Tel. (32-2) 295 55 85/299 11 76

Fax (32-2) 296 75 63

Posta elettronika: relex-sanctions@cec.eu.int



( 1 ) ĠU L 327, 14.12.2005, p. 26.

( 2 ) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.