|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5186 |
21.8.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11664 – COMPASS / DR HOLDING)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5186)
1.
Fit-12 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Compass Group PLC (“Compass”), inkorporat fir-Renju Unit; |
|
— |
DR Holding (“DR Holding”, Franza), ikkontrollata minn Caisse Fédérale de Credit Mutuel (Franza). |
Compass se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ DR Holding kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma u x-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Compass tipprovdi servizzi tal-ikel esternalizzati u servizzi ta’ konċessjoni tal-ikel f’diversi ġurisdizzjonijiet madwar id-dinja, b’mod partikolari fl-Istati Uniti u fl-Ewropa, |
|
— |
DR Holding hija kumpannija azzjonarja u l-kumpanniji fil-perimetru tagħha jipprovdu servizzi ta’ catering u ta’ ikel prinċipalment fi Franza u sa livell inqas fil-Belġju. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.11664 – COMPASS / DR HOLDING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5186/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)