|
7.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/1 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/381
tal-4 ta’ Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għas-sistema ta’ pannelli rinfurzati strutturali tal-EPS b’densità għolja għal unitajiet tal-bini u għal prodotti oħra għall-bini
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika għandhom jużaw il-metodi u l-kriterji provduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, b’segwitu għal diversi talbiet mill-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat 10 Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni. |
|
(3) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew imfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti għall-bini li ġejjin:
|
|
(4) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni mfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-esiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jiżdiedu ma’ dik il-lista. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).
ANNESS
Fl-Anness, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:
|
“340287-00-0203 |
sistema ta’ pannelli rinfurzati strutturali tal-EPS b’densità għolja għal unitajiet tal-bini; |
|
“340452-00-0204 |
kitt tal-bini bbażat fuq pannelli massivi bi struttura ta’ qafas tal-metall; |
|
“090040-00-0404 |
parapett/ilqugħ tal-ħġieġ strutturali fi struttura cantilever; |
|
“041561-00-1201 |
iżolament termali ffurmat fil-post magħmul minn foam b’bażi minerali; |
|
“333220-00-0601 |
ankra installata minn qabel għall-irbit ta’ elementi ta’ faċċati tal-konkrit; |
|
“332589-00-0601 |
sistema ta’ ħoloq tal-cable għall-konnessjoni ta’ elementi tal-konkrit prefabbrikati u mferra’ fil-post; |
|
“060013-00-0802 |
kitt għal sistema ta’ ċmieni b’ħajt esterjuri magħmul mill-konkrit u bi trombi taċ-ċmieni tat-tafal/taċ-ċeramika flimkien ma’ trombi taċ-ċmieni tal-plastik jew tal-metall u kanali supplimentari; |
|
“360032-00-0803 |
inforra, magħmula mill-fibri tal-ħġieġ u minn sustanzi minerali u organiċi, użata għall-kisi mill-ġdid ta’ kanali għal skopijiet ta’ ventilazzjoni; |
|
“360001-01-0803 |
sistema ta’ ventilazzjoni magħmula minn suf minerali b’kisi fuq barra u fuq ġewwa; |
|
“190019-00-0502 |
sodda tal-art tal-konkos abbażi tas-siment għal applikazzjonijiet interni u esterni.” |