|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2823 |
28.5.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/2823)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Mont Caume”
Numru ta’ referenza UE: PGI-FR-A1206-AM02 — 4.3.2026
1. Isem il-prodott
Mont Caume
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☑ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura u għas-Sovranità tal-ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2024/1143.
L-emendi ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard kif definiti fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
L-applikazzjoni għal emenda tadl-IĠP ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; speċifikament, ma:
|
(a) |
tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-prodotti jew fil-kategoriji ta’ prodotti definiti mill-indikazzjoni ġeografika; |
|
(b) |
tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; |
|
(c) |
tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal emenda standard.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Żoni ġeografiċi li fihom isiru l-operazzjonijiet
Deskrizzjoni
Il-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġie ssupplimentat fil-punt 4 – “Żoni ġeografiċi li fihom isiru l-operazzjonijiet”, il-punt 4.1 – “Żona ġeografika” u l-punt 4.2 – “Żona fil-viċinanza immedjata” biex tiġi inkluża referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2024, u biex tiġi aġġornata, mingħajr ma tinbidel, il-lista ta’ muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona ġeografika.
Din l-emenda editorjali tippermetti li ż-żoni ġeografiċi jiġu identifikati b’referenza għall-verżjoni tal-2024 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali ppubblikat mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u tal-Istudji Ekonomiċi (INSEE, Institut national de la statistique et des études économiques), biex tipprovdi ċertezza legali lid-definizzjoni taż-żoni ġeografiċi.
L-istess referenza ddaħħlet fid-dokument uniku taħt l-intestaturi “Żona ġeografika” u “Rekwiżiti oħra – żona fil-viċinanza immedjata”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Varjetajiet tal-vinji
Deskrizzjoni
Il-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġie ssupplimentat fil-punt 5 “Varjetajiet ta’ dwieli” biex jiżdiedu żewġ varjetajiet mal-lista ta’ varjetajiet eliġibbli għall-IĠP.
Dawn il-varjetajiet huma l-Mourvèdre blanc B u l-Mourvèdre gris G, mutazzjonijiet spontanji tal-Mourvèdre noir, il-varjetà ta’ għeneb tradizzjonali tad-dipartiment ta’ Var. Dawn huma reżistenti għall-mard u għan-nixfa, u għalhekk huma adattati sew għall-klima tan-Nofsinhar li tikkaratterizza ż-żona tal-produzzjoni.
Dawn il-varjetajiet ġew inklużi b’reazzjoni għat-tħassib ambjentali, kemm f’termini tat-tisħin globali kif ukoll tal-adattament għall-pressjonijiet tal-pesti.
Dawn iridu jiżdiedu mal-lista ta’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid fid-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Rekwiżiti tad-dikjarazzjoni
Deskrizzjoni
Fil-Kapitolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-punt 1 – “Rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni” ġie emendat billi żdiedet id-data tal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-ħsad bħala l-iskadenza għad-dikjarazzjoni tal-ħsad u/jew għad-dikjarazzjoni tal-produzzjoni. Il-volumi ddikjarati sa dik id-data jikkostitwixxu l-volum massimu eliġibbli għall-IĠP.
Din l-iskadenza għad-dikjarazzjoni tal-ħsad li għandha titqies hija komuni għall-IĠP kollha fir-reġjun u hija maħsuba biex tistabbilizza s-segment tal-IĠP fil-livell reġjonali u tiżgura aktar ċarezza fir-rigward tal-volumi introdotti fis-suq.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Mont Caume”
Numru ta’ referenza UE: PGI-FR-A1206-AM02 — 4.3.2026
1. Isem/Ismijiet
Mont Caume
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☑ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Franza
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Inbejjed ħomor, rożè u bojod bla gass
Karatteristiċi organolettiċi
L-inbejjed rożè huma ta’ kulur roża ċar delikat.
L-inbejjed ħomor huma intensi.
L-inbejjed bojod huma vivaċi.
L-inbejjed ħomor huma b’saħħithom.
L-inbejjed rożè għandhom aroma ta’ frott u huma raffinati.
L-inbejjed bojod għandhom aromi ta’ fjuri u ta’ frott.
L-inbejjed ħomor huma ġeneralment strutturati u robusti.
L-inbejjed [rożè] għandhom togħma ta’ frott u huma raffinati.
L-inbejjed bojod huma pjuttost vivaċi b’aromi ta’ fjuri u ta’ frott.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
Għall-kuntrarju ta’ produzzjoni oħra fid-dipartiment, fejn il-proporzjon tal-inbejjed rożè huwa ta’ madwar 80 %, l-inbejjed rożè tal-IĠP Mont Caume jirrappreżentaw inqas minn 55 % tal-volumi tal-produzzjoni. Min-naħa l-oħra, u din il-karatteristika hija speċifika għall-indikazzjoni ġeografika protetta inkwistjoni, il-produzzjoni tal-inbid aħmar hija iżjed importanti għaliex din dejjem tirrappreżenta bejn 40 % u kważi 50 % tal-volum, skont il-vendemmja. Il-produzzjoni tal-inbid abjad, li jikkostitwixxi l-iżgħar proporzjon, tirrappreżenta madwar 5 % tal-produzzjoni tal-inbid bla gass, skont il-vendemmja.
L-inbejjed rożè bla gass huma prodotti l-aktar mill-varjetajiet Grenache N, Cinsault N u Carignan N, filwaqt li l-inbejjed ħomor huma prodotti l-aktar mill-varjetajiet Mourvèdre N, Carignan N u Grenache N. Fost l-inbejjed bojod, tingħata preferenza lill-varjetajiet Bourboulenc B, Ugni Blanc B u Clairette B.
L-inbejjed ħomor huma kkaratterizzati mill-istruttura u mill-intensità tagħhom.
L-inbejjed rożè huma kkaratterizzati mill-kulur roża ċar delikat tagħhom u mill-aromi tagħhom ta’ frott.
L-inbejjed bojod huma kkaratterizzati min-natura vivaċi u mill-aromi ta’ fjuri u ta’ frott tagħhom.
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
10 |
|
Aċidità totali minima: |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
— |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbejjed spumanti ta’ kwalità, ħomor, rożè u bojod
Karatteristiċi organolettiċi
L-inbejjed rożè huma ta’ kulur roża ċar delikat.
L-inbejjed ħomor huma intensi.
L-inbejjed bojod huma vivaċi.
L-inbejjed ħomor huma b’saħħithom.
L-inbejjed rożè għandhom aroma ta’ frott u huma raffinati.
L-inbejjed bojod għandhom aromi ta’ fjuri u ta’ frott.
L-inbejjed ħomor huma ġeneralment strutturati u robusti.
L-inbejjed rożè għandhom aroma ta’ frott u huma raffinati.
L-inbejjed bojod huma pjuttost vivaċi b’aromi ta’ fjuri u ta’ frott.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
L-inbejjed spumanti ta’ kwalità prodotti fiż-żona ġeografika tal-IĠP huma l-aktar bojod (Clairette B, Ugni Blanc B) u rożè (Grenache u Cinsault).
Dawn huma kkaratterizzati mill-eleganza tagħhom u mill-aromi ta’ frott jew ta’ fjuri tipiċi tal-inbejjed bla gass tal-IĠP.
L-inbejjed ħomor huma kkaratterizzati mill-istruttura u mill-intensità tagħhom.
L-inbejjed rożè huma kkaratterizzati mill-kulur roża ċar delikat tagħhom u mill-aromi tagħhom ta’ frott.
L-inbejjed bojod huma kkaratterizzati min-natura vivaċi tagħhom u mill-aromi ta’ fjuri u ta’ frott tagħhom.
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
— |
|
Aċidità totali minima: |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
— |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
—
Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Il-prattiki enoloġiċi użati biex isiru l-inbejjed iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
7.2. Rendimenti massimi
Inbejjed spumanti bla gass u ta’ kwalità
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
90 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
Agiorgitiko N |
|
— |
Alicante Henri Bouschet N |
|
— |
Aligoté B |
|
— |
Alphonse Lavallée N |
|
— |
Altesse B |
|
— |
Aramon N |
|
— |
Aramon blanc B |
|
— |
Aramon gris G |
|
— |
Aranel B |
|
— |
Arbane B |
|
— |
Arinarnoa N |
|
— |
Arriloba B |
|
— |
Arrouya N |
|
— |
Artaban N |
|
— |
Assyrtiko B |
|
— |
Aubin B |
|
— |
Aubin Vert B |
|
— |
Aubun N – Murescola |
|
— |
Auxerrois B |
|
— |
Bachet N |
|
— |
Barbaroux Rs |
|
— |
Baroque B |
|
— |
Biancu Gentile B |
|
— |
Blanc Dame B |
|
— |
Bouchalès N |
|
— |
Bouillet N |
|
— |
Bouquettraube B |
|
— |
Bourboulenc B – Doucillon blanc |
|
— |
Brachet N – Braquet |
|
— |
Brun Fourca N |
|
— |
Brun Argenté N – Vaccarèse |
|
— |
Béclan N – Petit Béclan |
|
— |
Béquignol N |
|
— |
Cabernet Franc N |
|
— |
Cabernet Sauvignon N |
|
— |
Caladoc N |
|
— |
Calitor N |
|
— |
Camaralet B |
|
— |
Carcajolo N |
|
— |
Carcajolo blanc B |
|
— |
Carignan N |
|
— |
Carignan blanc B |
|
— |
Carmenère N |
|
— |
Castets N |
|
— |
Chardonnay B |
|
— |
Chasan B |
|
— |
Chatus N |
|
— |
Chenanson N |
|
— |
Chenin B |
|
— |
Cinsaut N – Cinsault |
|
— |
Clairette B |
|
— |
Clairette rose Rs |
|
— |
Clarin B |
|
— |
Claverie B |
|
— |
Codivarta B |
|
— |
Colombard B |
|
— |
Colombaud B – Bouteillan |
|
— |
Corbeau N – Douce noire |
|
— |
Côt N – Malbec |
|
— |
Couderc noir N |
|
— |
Counoise N |
|
— |
Courbu B – Gros Courbu |
|
— |
Courbu noir N |
|
— |
Couston N |
|
— |
Crouchen B – Cruchen |
|
— |
César N |
|
— |
Duras N |
|
— |
Durif N |
|
— |
Egiodola N |
|
— |
Ekigaïna N |
|
— |
Elbling B |
|
— |
Etraire de la Dui N |
|
— |
Fer N – Fer Servadou, Braucol, Mansois, Pinenc |
|
— |
Feunate N |
|
— |
Floreal B |
|
— |
Folignan B |
|
— |
Folle Blanche B |
|
— |
Fuella nera N |
|
— |
Furmint B |
|
— |
Gamaret N |
|
— |
Gamay N |
|
— |
Gamay de Bouze N |
|
— |
Gascon N |
|
— |
Genovèse B |
|
— |
Gewurztraminer Rs |
|
— |
Goldriesling B |
|
— |
Gouget N |
|
— |
Graisse B |
|
— |
Gramon N |
|
— |
Grassen N – Grassenc |
|
— |
Grenache N |
|
— |
Grenache blanc B |
|
— |
Grenache gris G |
|
— |
Gringet B |
|
— |
Grolleau N |
|
— |
Grolleau gris G |
|
— |
Gros Manseng B |
|
— |
Gros vert B |
|
— |
Joubertin |
|
— |
Jurançon blanc B |
|
— |
Jurançon noir N – Dame noire |
|
— |
Knipperlé B |
|
— |
Lauzet B |
|
— |
Lilaro N |
|
— |
Liliorila B |
|
— |
Listan B – Palomino |
|
— |
Lledoner pelut N |
|
— |
Macabeu B – Macabeo |
|
— |
Mancin N |
|
— |
Manseng noir N |
|
— |
Marsanne B |
|
— |
Marselan N |
|
— |
Maréchal Foch N |
|
— |
Mauzac B |
|
— |
Mauzac rose Rs |
|
— |
Mayorquin B |
|
— |
Melon B |
|
— |
Merlot N |
|
— |
Merlot blanc B |
|
— |
Meslier Saint-François B – Gros Meslier |
|
— |
Meunier N |
|
— |
Milgranet N |
|
— |
Molette B |
|
— |
Mollard N |
|
— |
Monarch N |
|
— |
Mondeuse N |
|
— |
Mondeuse blanche B |
|
— |
Monerac N |
|
— |
Montils B |
|
— |
Morrastel N – Minustellu, Graciano |
|
— |
Moschofilero Rs |
|
— |
Mourvaison N |
|
— |
Mourvèdre N – Monastrell |
|
— |
Mourvèdre blanc B |
|
— |
Mourvèdre gris G |
|
— |
Mouyssaguès |
|
— |
Muresconu N – Morescono |
|
— |
Muscadelle B |
|
— |
Muscardin N |
|
— |
Muscaris B |
|
— |
Muscat Ottonel B – Muscat, Moscato |
|
— |
Muscat cendré B – Muscat, Moscato |
|
— |
Muscat d’Alexandrie B – Muscat, Moscato |
|
— |
Muscat de Hambourg N – Muscat, Moscato |
|
— |
Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato |
|
— |
Muscat à petits grains roses Rs – Muscat, Moscato |
|
— |
Muscat à petits grains rouges Rg – Muscat, Moscato |
|
— |
Mérille N |
|
— |
Müller-Thurgau B |
|
— |
Nero d’Avola N |
|
— |
Nielluccio N – Nielluciu |
|
— |
Noir Fleurien N |
|
— |
Négret de Banhars N |
|
— |
Négrette N |
|
— |
Oberlin noir N |
|
— |
Ondenc B |
|
— |
Orbois B |
|
— |
Pagadebiti B |
|
— |
Pascal B |
|
— |
Perdea B |
|
— |
Persan N |
|
— |
Petit Courbu B |
|
— |
Petit Manseng B |
|
— |
Petit Meslier B |
|
— |
Petit Verdot N |
|
— |
Picardan B – Araignan |
|
— |
Pineau d’Aunis N |
|
— |
Pinot Blanc B |
|
— |
Pinot Gris G |
|
— |
Pinot Noir N |
|
— |
Piquepoul blanc B |
|
— |
Piquepoul gris G |
|
— |
Piquepoul noir N |
|
— |
Plant de Brunel N |
|
— |
Plant droit N – Espanenc |
|
— |
Portan N |
|
— |
Portugais bleu N |
|
— |
Prior N |
|
— |
Prunelard N |
|
— |
Précoce Bousquet B |
|
— |
Précoce de Malingre B |
|
— |
Raffiat de Moncade B |
|
— |
Ribol N |
|
— |
Riesling B |
|
— |
Riminèse B |
|
— |
Rivairenc N – Aspiran noir |
|
— |
Rivairenc blanc B – Aspiran blanc |
|
— |
Rivairenc gris G – Aspiran gris |
|
— |
Rosé du Var Rs |
|
— |
Roublot B |
|
— |
Roussanne B |
|
— |
Rousseli Rs |
|
— |
Roussette d’Ayze B |
|
— |
Sacy B |
|
— |
Saint Côme B |
|
— |
Saint-Macaire N |
|
— |
Saint-Pierre doré B |
|
— |
Sauvignac B |
|
— |
Sauvignon B – Sauvignon blanc |
|
— |
Sauvignon Gris G |
|
— |
Sciaccarello N |
|
— |
Segalin N |
|
— |
Seinoir N |
|
— |
Select B |
|
— |
Semebat N |
|
— |
Semillon B |
|
— |
Servanin N |
|
— |
Solaris B |
|
— |
Soreli B |
|
— |
Souvignier Gris B |
|
— |
Sylvaner B |
|
— |
Syrah N – Shiraz |
|
— |
Tannat N |
|
— |
Tempranillo N |
|
— |
Terret blanc B |
|
— |
Terret gris G |
|
— |
Terret Noir N |
|
— |
Tibouren N |
|
— |
Tourbat B |
|
— |
Tressot N |
|
— |
Téoulier N |
|
— |
Ugni Blanc B |
|
— |
Valdiguié N |
|
— |
Varousset N |
|
— |
Velteliner rouge précoce Rs |
|
— |
Verdejo B |
|
— |
Verdesse B |
|
— |
Vermentino B – Rolle |
|
— |
Vidoc N |
|
— |
Villard blanc B |
|
— |
Villard noir N |
|
— |
Viognier B |
|
— |
Voltis B |
|
— |
Xarello B |
|
— |
Xinomavro N |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Il-ħsad tal-għeneb u l-produzzjoni u l-ipproċessar tal-inbejjed tal-IĠP Mont Caume jseħħu fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Var, fuq il-bażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2024:
Bandol, Le Beausset, La Cadière-d’Azur, Le Castellet, Evenos, Ollioules, Le Revest-les-Eaux, Saint-Cyr-sur-Mer, Saint-Mandrier-sur-Mer, Sanary-sur-Mer, La Seyne-sur-Mer u Six-Fours-les-Plages.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq:
|
☑ |
reputazzjoni |
|
☑ |
kwalità speċifika |
|
☑ |
karatteristiċi oħra |
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Iż-żona ġeografika, li tinsab fid-dipartiment ta’ Var fix-Xlokk ta’ Franza fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côte d’Azur, fiż-żona kostali ta’ bejn il-konurbazzjonijiet ta’ Toulon (lejn il-Lvant) u Saint-Cyr-sur-Mer (lejn il-Punent), tkopri t-territorji ta’ 12-il muniċipalità fix-Xlokk tad-dipartiment u toffri ċerta konsistenza morfoloġika.
Din iż-żona tista’ titqabbel ma’ anfiteatru, b’medja ta’ madwar 10 kilometri wisa’ u mdawwar b’għoljiet żgħar (massimu ta’ 200 sa 300 metru), u tiftaħ fuq il-baħar f’Saint-Cyr-sur-Mer. Iċ-ċentru huwa mmarkat minn numru ta’ elevazzjonijiet (l-għoljiet ta’ Castellet, Cadière d’Azur, Bandol, Migoua u Gros Cerveau de Croupatier). Madwar din iż-żona, il-pajsaġġ lejn it-Tramuntana huwa ddominat mill-plateaux għolja ta’ Sainte Baume (iktar minn 600 metru), lejn il-Lvant mix-xaqlibiet ta’ Mont Caume (b’altezza ta’ 801 metru), lejn il-Punent mill-plateaux, simili għal deżert, taż-żona interna ta’ Marsilja, u lejn il-Majjistral mill-plateau ta’ Siou Blanc.
Il-ħamrija li tinsab fil-perimetru ta’ din iż-żona tmur lura għall-perjodu Triassiku, u minn banda tifforma linja li taqsam mill-Punent għal-Lvant bejn Saint-Cyr u Bandol u, min-naħa l-oħra, fergħa li testendi għan-Nofsinhar ta’ Beausset. Il-ġebla tar-ramel ħamra u t-tafal jippredominaw, u b’saffi tal-ġebla tal-ġir kompatta xi kultant. Is-sodda tal-blat ħolqot ħamrija kemxejn baxxa (70 sa 80 cm), b’sawra ftit jew wisq ramlija, taflija, u tal-ġebla tal-ġir.
Il-vitikulturi ħadmu dan it-terren billi adattaw il-morfoloġija tax-xaqlibiet fuq dawn ir-ridges u l-għoljiet sabiex jinħolqu diversi “restanques” (artijiet imtarrġin), li l-wisa’ u l-profondità tagħhom tiċkien iktar ma jogħlew (minn 30 metru għal 5 metri).
Minħabba l-prossimità tiegħu, il-baħar jipprovdi effett ta’ bilanċ tipiku tal-klima kostali Mediterranja, billi jtaffi varjazzjonijiet kbar fit-temperatura. Iż-żona hija fost l-iktar xemxin matul il-kosta ta’ Provence (b’medja ta’ 3 000 siegħa fis-sena). Il-fetħa lejn ix-Xlokk tiffavorixxi d-dħul taż-żiffa tal-baħar, u tipprovdi nżul ta’ xita suffiċjenti (bejn 650 u 800 mm fis-sena) mifrux bejn il-ħarifa u x-xitwa. Ir-riħ Mistral kiesaħ u xott jonfoħ mit-Tramuntana u jaffettwa l-klima taż-żona. Dan it-terran imħarbat, li joħloq mikroklimi, joffri kundizzjonijiet ideali għall-kultivazzjoni tad-dwieli, billi jillimita r-riskji matul il-perjodu taż-żahar billi joffri l-espożizzjoni neċessarja għax-xemx iżda wkoll protezzjoni min-nixfa.
Fis-sitt seklu QK, il-Foċej stabbilew kolonja magħrufa bħala Torroeis fil-viċinanzi tar-raħal kurrenti ta’ Castellet. Dawn stabbilew vinja hemmhekk, imqassma f’artijiet imtarrġin, li r-Rumani żammew. Il-vitikultura għandha għeruq fermi f’dan il-post speċjali u dejjem kienet il-pedament tal-ekonomija lokali. Minn 2 400 ha potezjali ta’ dwieli mħawlin fi ħdan dan il-perimetru, l-IĠP Mont Caume bħalissa hija prodotta fuq 220 ettaru u tirrappreżenta 10 000 hl fis-sena. Il-Vins de Pays du Mont Caume ġew irrikonoxxuti b’digriet tal-31 ta’ Jannar 1982. Għall-kuntrarju ta’ produzzjoni oħra fid-dipartiment, fejn il-proporzjon tal-inbejjed rożè huwa ta’ madwar 80 %, l-inbejjed rożè tal-IĠP Mont Caume jirrappreżentaw inqas minn 55 % tal-volumi tal-produzzjoni. Min-naħa l-oħra, u din il-karatteristika hija speċifika għall-indikazzjoni ġeografika protetta inkwistjoni, il-produzzjoni tal-inbid aħmar hija iżjed importanti għaliex din dejjem tirrappreżenta bejn 40 % u kważi 50 % tal-volum, skont il-vendemmja. Il-produzzjoni tal-inbid abjad, li jikkostitwixxi l-iżgħar proporzjon, tirrappreżenta madwar 5 % tal-produzzjoni tal-inbid bla gass, skont il-vendemmja.
L-inbejjed rożè bla gass huma prodotti l-aktar mill-varjetajiet Grenache N, Cinsault N u Carignan N, filwaqt li l-inbejjed ħomor huma prodotti l-aktar mill-varjetajiet Mourvèdre N, Carignan N u Grenache N. Fost l-inbejjed bojod, tingħata preferenza lill-varjetajiet Bourboulenc B, Ugni Blanc B u Clairette B. L-inbejjed ħomor huma kkaratterizzati mill-istruttura u mill-intensità tagħhom. L-inbejjed rożè huma kkaratterizzati mill-kulur roża ċar delikat tagħhom u mill-aromi tagħhom ta’ frott. L-inbejjed bojod huma kkaratterizzati min-natura vivaċi u mill-aromi ta’ fjuri u ta’ frott tagħhom.
Il-produzzjoni annwali tal-indikazzjoni ġeografika protetta Mont Caume jaf tidher modesta, biss xorta waħda kisbet ċerta reputazzjoni. L-IĠP tibbenefika minn network ta’ distribuzzjoni lokali primarjament organizzata fil-kantini tal-inbid. L-inbejjed għandhom prezz favorevoli. Kull sena, l-inbejjed tal-Pays du Mont Caume jiġu rrikonoxxuti fuq livell nazzjonali fil-“Concours Général Agricole de Paris” u fil-livell tad-dipartiment fil-“Concours des Soleils” għall-inbejjed prodotti fir-reġjun ta’ Var.
F’wieħed mid-dipartimenti l-iktar turistiċi fi Franza, l-indikazzjoni ġeografika Mont Caume stabbiliet b’suċċess ir-reputazzjoni tagħha fis-settur lokali tal-inbid. Apparti minn hekk, mhux inqas minn 22 estate u tliet katini tal-inbid kooperattivi joffru dawn l-inbejjed bħala rispons għad-domanda tal-konsumatur. L-influwenza benefiċjali tal-Mistral tiżgura ventilazzjoni tajba tal-vinji, anke wara nżul ta’ xita qalila, u għaldaqstant tikkontribwixxi għal għeneb f’saħħtu fl-irqajja’. L-effett tal-klima kostali Mediterranja flimkien mal-pożizzjoni tal-vinji fuq xaqlibiet tal-ħamrija baxxa tal-ġebla tal-ġir jagħtu lill-inbejjed ħomor l-istruttura u l-intensità partikolari tagħhom, u lill-inbejjed bojod u rożè l-freskezza u l-karattru tagħhom ta’ frott u ta’ fjuri.
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
Sommarju tar-rabta
Illum il-ġurnata, l-inbejjed spumanti fiż-żona ġeografika tal-IĠP jiġu prodotti minn estate waħda u minn kooperattiva tal-inbid waħda, li jipproduċu 33 000 flixkun fis-sena ta’ nbejjed primarjament bojod (Clairette, Ugni blanc) u rożè (Grenache u Cinsault).
L-inbejjed spumanti ta’ kwalità huma kkaratterizzati mill-eleganza tagħhom u mill-aromi ta’ frott jew ta’ fjuri tipiċi tal-inbejjed bla gass tal-IĠP.
L-effett tal-klima kostali Mediterranja flimkien mal-pożizzjoni tal-vinji fuq xaqlibiet tal-ħamrija baxxa tal-ġebla tal-ġir jagħtu lill-inbejjed ħomor l-istruttura u l-intensità partikolari tagħhom, u lill-inbejjed bojod u rożè l-freskezza u l-karattru tagħhom ta’ frott u ta’ fjuri li huwa tipiku tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Żona fil-prossimità immedjata
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita
Iż-żona fil-prossimità immedjata, iddefinita b’deroga għall-produzzjoni u għall-iżvilupp ta’ nbejjed tal-IĠP Mont Caume, hija magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin, f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2024:
|
— |
Fil-Punent, il-muniċipalitajiet li ġejjin li jmissu mad-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône: Allauch, Aubagne, Auriol, Belcodène, La Bouilladisse, Cadolive, Carnoux-en-Provence, Cassis, Ceyreste, La Ciotat, Cuges-les-Pins, La Destrousse, Gémenos, Marseille, La Penne-sur-Huveaune, Peypin, Plan-de-Cuques, Roquefort-la-Bédoule, Roquevaire, Saint-Savournin u Septèmes-les-Vallons. |
|
— |
Fil-Lvant, il-muniċipalitajiet li ġejjin li jmissu mad-dipartiment ta’ Var, f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2024: Les Adrets-de-l’Estérel, Aiguines, Ampus, Les Arcs, Artignosc-sur-Verdon, Artigues, Aups, Bagnols-en-Forêt, Bargème, Bargemon, Barjols, La Bastide, Baudinard-sur-Verdon, Bauduen, Belgentier, Besse-Sur-Issole, Bormes-les-Mimosas, Le Bourguet, Bras, Brenon, Brignoles, Brue-Auriac, Cabasse, Callas, Callian, Camps-la-Source, Le Cannet-des-Maures, Carcès, Carnoules, Carqueiranne, Cavalaire-sur-Mer, La Celle, Châteaudouble, Chateauvert, Chateauvieux, Claviers, Cogolin, Collobrières, Comps-sur-Artuby, Correns, Cotignac, La Crau, La Croix-Valmer, Cuers, Draguignan, Entrecasteaux, Esparron, La Farlède, Fayence, Figanières, Flassans-sur-Issole, Flayosc, Forcalqueiret, Fox-Amphoux, Fréjus, La Garde, La Garde-Freinet, Garéoult, Gassin, Ginasservis, Gonfaron, Grimaud, Hyères, Le Lavandou, La Londe-les-Maures, Lorgues, Le Luc, La Martre, Les Mayons, Mazaugues, Méounes-les-Montrieux, Moissac-Bellevue, La Môle, Mons, Montauroux, Montferrat, Montfort-Sur-Argens, Montmeyan, La Motte, Le Muy, Nans-les-Pins, Néoules, Ollières, Pierrefeu-du-Var, Pignans, Plan-d’Aups-Sainte-Baume, Plan-de-la-Tour, Pontevès, Pourcieux, Pourrières, Le Pradet, Puget-Sur-Argens, Puget-Ville, Ramatuelle, Rayol-Canadel-Sur-Mer, Régusse, Rians, Riboux, Rocbaron, Roquebrune-Sur-Argens, La Roquebrussanne, La Roque-Esclapon, Rougiers, Saint-Antonin-du-Var, Sainte-Anastasie-sur-Issole, Sainte-Maxime, Saint-Julien, Saint-Martin-De-Pallières, Saint-Maximin-la-Sainte-Baume, Saint-Paul-en-Forêt, Saint-Raphaël, Saint-Tropez, Saint-Zacharie, Salernes, Les Salles-sur-Verdon, Seillans, Seillons-Source-d’Argens, Signes, Sillans-la-Cascade, Solliès-Pont, Solliès-Toucas, Solliès-Ville, Tanneron, Taradeau, Tavernes, Le Thoronet, Toulon, Tourrettes, Tourtour, Tourves, Trans-en-Provence, Trigance, Le Val, La Valette-du-Var, Varages, La Verdière, Vérignon, Vidauban, Villecroze, Vinon-sur-Verdon u Vins-sur-Caramy. |
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Tikkettar
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
L-indikazzjoni ġeografika protetta Mont Caume tista’ tiġi ssupplimentata bl-isem ta’ varjetà ta’ għeneb waħda jew aktar.
L-indikazzjoni ġeografika protetta Mont Caume tista’ tiġi ssupplimentata bit-termini “primeur” [bikri] jew “‘nouveau’” [ġdid]. It-termini “primeur” u “nouveau” huma rriżervati biss għall-inbejjed bla gass.
Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea jrid jidher fuq it-tikketta jekk it-terminu “indication géographique protégée” [indikazzjoni ġeografika protetta] jiġi sostitwit bit-terminu tradizzjonali “Vin de pays”.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-3626f5ca-9286-44ac-b913-aa217430384e
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2823/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)