<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑53/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013TJ0053</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:932">EU:T:2014:932</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>4</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20141106">6.11.2014</DATE> — KAWŻA T‑53/13 [ESTRATTI]</P><P>VANS vs UASI (RAPPREŻENTAZZJONI TA’ LINJA MMEWĠA)</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Trade mark Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewġa</KEYWORD><KEYWORD>Raġuni assoluta għal rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ karattru distintiv</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑53/13,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vans, Inc</HT>., stabbilita fi Cypress, California (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn M. Hirsch, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)</HT>, irrappreżentat minn Ó. Mondéjar Ortuño, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-<DATE ISO="20121114">14 ta’ Novembru 2012</DATE> (Każ R 860/2012‑5), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta linja mmewġa bħala trade mark Komunitarja,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn A. Dittrich, President, J. Schwarcz u V. Tomljenović (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-UASI ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20130507">7 ta’ Mejju 2013</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat l-assenza ta’ talba għal iffissar ta’ seduta ppreżentata mill-partijiet fit-terminu ta’ xahar min-notifika tal-għeluq tal-proċedura bil-miktub u billi għalhekk iddeċidiet, fuq rapport tal-Imħallef Relatur u skont l-Artikolu 135a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tagħti deċiżjoni mingħajr fażi orali tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra utli għall-pubblikazzjoni.</P></NOTE></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-UASI jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat b’mod partikolari fuq il-ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza, skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, l-eżaminaturi u l-Bordijiet tal-Appell tal-UASI għandhom jeżaminaw il-fatti <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Isegwi li l-korpi kompetenti tal-UASI jistgħu jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq fatti li ma jkunux ġew invokati mill-applikant għar-reġistrazzjoni tat-trade mark [sentenza tat-<DATE ISO="20140123">23 ta’ Jannar 2014</DATE>, Novartis vs UASI (CARE TO CARE), T‑68/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:29">EU:T:2014:29</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Storck vs UASI, C‑25/05 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:422">EU:C:2006:422</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 50, 51 u 54]. Minbarra dan, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-UASI jikser l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 jekk jirrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni argumenti jew provi mressqa mill-partijiet fil-ħin [ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20051109">9 ta’ Novembru 2005</DATE>, Focus Magazin Verlag vs UASI — ECI Telecom (Hi-FOCuS), T‑275/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:385">EU:T:2005:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43, u tal-<DATE ISO="20060710">10 ta’ Lulju 2006</DATE>, La Baronia de Turis vs UASI — Baron Philippe de Rothschild (LA BARONNIE), T‑323/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:197">EU:T:2006:197</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68].</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dan il-każ, permezz tal-argument tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment tressaq żewġ ilmenti dwar, l-ewwel nett, l-assenza ta’ eżami xieraq tal-provi msemmija fil-punt 10 iktar ’il fuq u, it-tieni nett, motivazzjoni insuffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel ilment, dwar l-assenza ta’ eżami xieraq tal-provi msemmija fil-punt 10 iktar ’il fuq, għandu l-ewwel nett jiġi rrilevat, li minn imkien ma jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata li l-Bord tal-Appell irrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe argument jew prova mressqa mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat, f’dak li jikkonċerna d-dokumenti ppreżentati mir-rikorrenti fl-Annessi 5 u 6 tal-osservazzjonijiet tas-<DATE ISO="20120127">27 ta’ Jannar 2012</DATE>, li mill-punti 14 sa 16 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Bord tal-Appell ħadhom inkunsiderazzjoni u ċaħadhom. Jirriżulta, b’mod partikolari, mill-punt 16 tad-deċiżjoni kkontestata li l-Bord tal-Appell irrefera għall-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza (ara l-punt 84 iktar ’il quddiem) u applikahom għar-reġistrazzjonijiet Komunitarji invokati mir-rikorrenti sabiex jiskartahom sa fejn huwa ma kienx marbut mid-deċiżjonijiet preċedenti<?PAGE NO="3"?> jew żbaljati meħuda mill-UASI. Huwa wara din l-analiżi li l-Bord tal-Appell afferma, b’mod żbaljat, eċċessivament, bħalma jindika l-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>barra dan<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, li dawn ir-reġistrazzjonijiet setgħu jkunu bbażati fuq l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa ċertament veru li, matul l-analiżi ta’ dawn id-dokumenti, il-Bord tal-Appell wettaq żball meta indika, fil-punt 16 tad-deċiżjoni kkontestata, li r-reġistrazzjonijiet Komunitarji setgħu jiġu bbażati fuq il-kisba ta’ karattru distintiv permezz tal-użu, fis-sens tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009. Madankollu, dan l-iżball, li jikkonċerna, barra minn hekk, argument ippreżentat eċċessivament u mressaq matul l-eżami tad-dokumenti ppreżentati mir-rikorrenti, ma jistax jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009, iżda żball materjali li l-eventwali konsegwenzi tiegħu ser jiġu eżaminati fil-punti 84 sa 88 iktar ’il quddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-fatt, eżami superfiċjali tal-provi, bħal dak li f’dan il-każ ir-rikorrenti tikkontesta lill-Bord tal-Appell dwaru, jekk jiġi preżuppost rikonoxxut, ma jistax jikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjoni proċedurali tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009. Skont il-każ, evalwazzjoni żbaljata tal-provi prodotti minn parti tista’ tagħti lok għal ksur tad-dispożizzjoni materjali applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>It-tielet nett, f’dak li jikkonċerna l-Anness 10 tar-rikors ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell, għandu jiġi rrilevat li dan id-dokument fih, b’mod partikolari, indikazzjonijiet dwar il-volum ta’ bejgħ tar-rikorrenti matul is-snin 2010 u 2011 f’ċerti Stati Membri, jiġifieri l-Benelux, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka u l-Isvezja inkwantu jagħmlu parti mill-Iskandinavja, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Polonja u r-Renju Unit. Dan fih ukoll previżjoni tal-bejgħ għas-sena 2012 għal dawn l-Istati Membri. Dan id-dokument huwa għalhekk intiż sabiex jikkompleta l-kontenut tad-dikjarazzjoni taħt ġurament tad-direttur tal-promozzjonijiet u tal-avvenimenti tar-rikorrenti, ippreżentata quddiem l-eżaminatur u li, bħalma l-Bord tal-Appell indika fil-punt 23 tad-deċiżjoni kkontestata, tirreferi għal kunsiderazzjonijiet magħmula minnu, tinkludi ċifri dwar il-volum ta’ bejgħ li ma humiex maqsuma skont il-pajjiż, ma jindikawx l-ammont globali għall-Unjoni u ma humiex ikkonfermati minn dokumenti oħra, bħal fatturi.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, bħalma sostniet ir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell ma tax deċiżjoni dwar dan id-dokument. Fil-fatt, dan ma huwiex imsemmi, fil-punt 21 tad-deċiżjoni kkontestata, fost id-dokumenti supplimentari prodotti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u dan il-Bord ukoll ma semmiex dan id-dokument fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-provi prodotti minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu madankollu jiġi rrilevat li ċ-ċirkustanza li l-Bord tal-Appell ma rreferiex għall-argumenti kollha ta’ parti waħda u għall-provi prodotti minnha jew ma weġibx għal kull wieħed minn dawn l-argumenti u provi ma jippermettix, waħdu, li jiġi konkluż li l-Bord tal-Appell irrifjuta li jeħodhom inkunsiderazzjoni [sentenza tad-<DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Tresplain Investments vs UASI — Hoo Hing (Golden Elephant Brand), T‑303/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:505">EU:T:2010:505</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46].</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn imkien ma jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata li l-Bord tal-Appell irrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni d-dokument ippreżentat fl-Anness 10 tar-rikors ippreżentat quddiemu. Il-Bord tal-Appell b’mod partikolari ma kkontestax lir-rikorrenti li ma ppreżentatux fil-ħin u ma ċaħdux bħala inammissibbli. Huwa possibbli li kien ħarab mill-attenzjoni tal-Bord tal-Appell il-fatt li l-Anness 10 tar-rikors quddiemu kien jinkludi indikazzjonijiet dwar il-volumi ta’ bejgħ tar-rikorrenti f’ċerti Stati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan il-fatt biss ma huwiex ta’ natura li jikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjoni proċedurali tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009. Dan jikkostitwixxi evalwazzjoni żbaljata tal-provi prodotti mir-rikorrenti li tista’, skont il-każ, tagħti lok għal ksur ta’ dispożizzjoni materjali. L-eventwali konsegwenzi ta’ din l-evalwazzjoni żbaljata ser jiġu eżaminati fil-kuntest tal‑eżami tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (ara l-punt 107 iktar ’il quddiem).</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, f’dak li jikkonċerna l-prova li allegatament titnissel minn sorsi indipendenti, li tinsab fl-Anness 2 tal-osservazzjonijiet tas-<DATE ISO="20120127">27 ta’ Jannar 2012</DATE>, għandu jiġi rrilevat li din hija paġna minn magazin tal-moda <HT TYPE="ITALIC">Elle</HT>. Din tirriproduċi l-fotografija ta’ mudell li jilbes par żarbun, iffabbrikati mir-rikorrenti, bis-sinjal li għalih kienet saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat li, kuntrarjament għal dak li tallega r-rikorrenti, anki jekk din ma hijiex dikjarazzjoni, din tikkostitwixxi materjal promozzjonali li jikkonċernaha u ppubblikat f’magażin tal-moda, li jippermettilha tippreżenta l-prodotti tagħha lill-pubbliku. Bil-materjal pubbliċitarju kollu li kien ġie eżaminat mill-Bord tal-Appell fil-punti 26 u 27 tad-deċiżjoni kkontestata, ma jistax jiġi kkontestat li ma ħax inkunsiderazzjoni dan id-dokument. Għalhekk dan ma kisirx id-dispożizzjoni proċedurali tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk jiġi preżuppost li, kif sostniet ir-rikorrenti, dan id-dokument għandu jiġi kkunsidrat bħala prova li titnissel minn sors indipendenti, għandu jiġi rrilevat li, għal dak li jikkonċerna l-Anness 10 tar-rikors ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell, minn imkien ma jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata li l-Bord tal-Appell irrifjuta li jieħdu inkunsiderazzjoni. Għalhekk, il-Bord tal-Appell ma kkontestax lir-rikorrenti li ma ppreżentatux fil-ħin u ma ċaħdux bħala inammissibbli. Għalhekk, anki jekk jiġi preżuppost li l-Bord tal-Apppell seta’ ma għamilx osservazzjoni dwar dan, dan il-fatt biss, kif ġie indikat fil-punt 22 iktar ’il fuq, ma huwiex ta’ natura li jikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjoni proċedurali tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009. Dan jista’ jikkostitwixxi evalwazzjoni żbaljata tal-provi prodotti mir-rikorrenti, li l-eventwali konsegwenzi tagħhom ser jiġu eżaminati fil-kuntest tal-eżami tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (ara l-punt 107 iktar ’il quddiem).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti ma tistax tikkontesta lill-Bord tal-Appell li wettaq ksur tad-dispożizzjoni proċedurali tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009. Għalhekk hemm lok li l-argumenti tar-rikorrenti jiġu miċħuda f’dan ir-rigward.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Vans, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Dittrich</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Schwarcz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Tomljenović</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>