<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-409/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0409</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:767">EU:C:2017:767</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20171018">18.10.2017</DATE> – Kawża C‑409/16</P><P>Kalliri</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20171018">18 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 76/207/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija ta’ Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru li timponi fuq il-kandidati kollha rekwiżit ta’ tul minimu għall-ammissjoni f’din il-kompetizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑409/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (kunsill tal-istat, il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20160715">15 ta’ Lulju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20160722">22 ta’ Lulju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ypourgos Esoterikon,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Maria-Eleni Kalliri</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, C. G. Fernlund, J.-C. Bonichot, S. Rodin u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal M. E. Kalliri, minn P. Aggelakis, dikigoros,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn K. Georgiadis u D. Katopodis kif ukoll minn E. Zisi, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Patakia u C. Valero, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad‑<DATE ISO="19760209">9 ta’ Frar 1976</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187), kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20020923">23 ta’ Settembru 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 255, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 76/207<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 204, p. 23</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Ypourgos Esoterikon (ministru tal-intern, il-Greċja) u Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton (ministru tal-edukazzjoni nazzjonali u l-affarijiet reliġjużi, il-Greċja), u Maria-Eleni Kalliri dwar rikors għal annullament ippreżentat minn din tal-aħħar kontra atti amministrattivi adottati abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ammissjoni tal-kandidati ta’ kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija Griega għal rekwiżit ta’ tul minimu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 76/207 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li jdaħħal fis-seħħ fl-Istati Membri l-prinċipju tat-trattament ugwali ghall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għall-impjieg, inkluża l-promozzjoni, u taħriġ professjonali u għal dak li għandu x’jaqsam ma’ kondizzjonijiet tax-xogħol u, skond il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, sigurtà soċjali. Minn issa ’l quddiem dan il-prinċipju jissejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>il-prinċipju tat-trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet li ġejjin, il-prinċipju ta’ trattament ugwali għandu jfisser li m’għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni tkun xi tkun fuq bażi ta’ sess sew direttament kif ukoll indirettament b’referenza b’mod partikolari għall-i status konjugali jew tal-familja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, it-tifsiriet li ġejjin għandhom jgħoddu:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>diskriminazzjoni diretta: meta persuna waħda hija ttrattata anqas favorevolment fuq bażi ta’ sess minn oħra hija, kienet jew tista’ tiġi ttrattata f’sitwazzjoni paragunabbli,</P></ITEM><ITEM><P>diskriminazzjoni indiretta: meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentament newtrali tista’ tqiegħed persuni ta’ sess minnhom fi żvantaġġ partikolari meta pparagunati ma persuni tas-sess l-ieħor, kemm-il darba dik id-dispożizzjoni, kriterju jew prattika ma tkunx ġustifikata b’mod oġġettiv minn mira leġittima, u l-mezzi biex jtintlaħaq din il-mira ma jkunux xierqa u meħtieġa,</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq il-bażi ta’ sess fis-setturi pubbliċi jew privati, inklużi korpi pubbliċi, fir-rigward ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kondizzjonijiet għal aċċess għall-impjieg, għal xogħol għal rasu jew għal xogħol ieħor, inklużi l-kriterji ta’ għażla u kondizzjonijiet ta’ reklutaġġ, tkun xi tkun il-fergħa ta’ attività u l-livelli kollha tal-ġerarkija professjonali, inkluża l-promozzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Grieg</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 1(2)(a) tal-Liġi Nru 2226/1994 dwar l-ammissjoni, it-taħriġ u t-taħriġ kontinwu fi ħdan il-kulleġġi tal-akkademja tal-pulizija u tat-taqsima tal-uffiċjali kadetti tal-akkademja tat-tifi tan-nar (FEK A’ 122), kif emendat mill-Artikolu 12(1) tal-Liġi Nru 2713/1999 (FEK A’ 89), u sussegwentement mill-Artikolu 20 tal-Liġi Nru 3103/2003 (FEK A’ 23), l-irġiel u n-nisa huma ammessi f’dawn il-kulleġġi. Skont din id-dispożizzjoni, ir-rekwiżiti applikabbli għall-kandidati u l-eżamijiet ta’ preselezzjoni li huma suġġetti għalihom huma l-istess għaż-żewġ sessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(f) tad-Digriet Presidenzjali Nru 4/1995 dwar l-ammissjoni fil-kulleġġi għall-uffiċjali u aġenti tal-pulizija permezz tas-sistema ta’ eżamijiet ġenerali (FEK A’ 1), kif emendat bl-Artikolu 1(1) tad-Digriet Presidenzjali Nru 90/2003 (FEK A’ 82), jipprevedi li l-kandidati ċivili, irġiel u nisa, għall-kulleġġi tal-uffiċjali u aġenti tal-akkademja tal-pulizija għandu jkollhom tul ta’ mill-inqas 1.70 m mingħajr żarbun.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Presidenzjali Nru 4/1995, kif emendati b’dawk tad-Digriet Presidenzjali Nru 90/2003, b’deċiżjoni tal-kap tal-pulizija Griega, ġie ppublikat avviż ta’ kompetizzjoni dwar l-iskrizzjoni, għas-sena akkademika 2007-2008, fil-kulleġġi ta’ uffiċjali u aġenti tal-pulizija Griega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjoni II.6 ta’ dan l-avviż ta’ kompetizzjoni, il-kandidati għal din il-kompetizzjoni kellu jkollhom tul ta’ mill-inqas 1.70 m, mingħajr żarbun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>M. E. Kalliri ssottomettiet applikazzjoni għal parteċipazzjoni fl-imsemmija kompetizzjoni, flimkien mad-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa, fl-għassa tal-pulizija ta’ Vrachati (il-Greċja), li rritornatilha dawn id-dokumenti għar-raġuni li hija ma kellhiex it-tul minimu ta’ 1.70 m meħtieġ mill-Artikolu 2(1)(f) tad-Digriet Presidenzjali Nru 4/1995, kif emendat bl-Artikolu 1(1) tad-Digriet Presidenzjali Nru 90/2003, peress li hija kellha tul ta’ 1.68 m biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan l-att ta’ ritorn mill-għassa tal-pulizija ta’ Vrachati, l-amministrazzjoni rrifjutat li tippermetti lil M. E. Kalliri tipparteċipa fil-kompetizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>M. E. Kalliri kkontestat dan ir-rifjut quddiem id-Dioikitiko Efeteio Athinon (qorti amministrattiva tal-appell ta’ Ateni, il-Greċja), li laqgħet ir-rikors tagħha billi ddeċidiet li l-Artikolu 2(1)(f) tad-Digriet Presidenzjali Nru 4/1995, kif emendat bl-Artikolu 1(1) tad-Digriet Presidenzjali Nru 90/2003, huwa kuntrarju għall-prinċipju kostituzzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u annullat dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-ministru tal-intern u l-ministru tal-edukazzjoni nazzjonali u l-affarijiet reliġjużi appellaw minn din id-deċiżjoni tad-Dioikitiko Efeteio Athinon (qorti amministrattiva tal-appell ta’ Ateni) quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li s-Symvoulio tis Epikrateias (kunsill tal-istat, il-Greċja) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Artikolu 1(1) tad-Digriet Presidenzjali 90/2003, li emenda l-Artikolu 2(1) tad-Digriet Presidenzjali 4/1995 u li permezz tiegħu l-kandidati ċivili għall-Iskejjel għal Uffiċjali u għal Aġenti tal-Pulizija tal-Akkademja tal-Pulizija għandhom, fost rekwiżiti oħra, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ikollhom tul (irġiel u nisa) tal-inqas ta’ 1 metru u 70 ċentimetru<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>, huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 76/207, 2002/73 u 2006/54 li jipprojbixxu kwalunkwe diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess f’dak li jikkonċerna l-aċċess għax-xogħol, għat-taħriġ u għall-promozzjoni professjonali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur pubbliku (ħlief jekk tali trattament fil-fatt differenti jkun dovut għal fatturi oġġettivament iġġustifikati u li ma huma relatati ma ebda diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u ma jkunx imur lil hinn minn dak li huwa adegwat u neċessarju għall-finijiet li jintlaħaq l-għan ta’ tali miżura)?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 76/207 u 2006/54 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ammissjoni tal-kandidati ta’ kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija ta’ dan l-Istat Membru, irrispettivament mis-sess tagħhom, għal rekwiżit ta’ tul minimu ta’ 1.70 m.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għandu qabelxejn jiġi ddeterminat jekk il-kawża prinċipali taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li din il-kawża tirrigwarda atti amministrattivi adottati matul is-sena 2007, wara li M. A. Kalliri ssottomettiet applikazzjoni għall-ammissjoni fil-kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġi tal-uffiċjali u aġenti tal-pulizija Griega għas-sena akkademika 2007-2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2006/54, it-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha skada fil‑<DATE ISO="20080815">15 ta’ Awwissu 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 34(1) ta’ din id-direttiva, id-Direttiva 76/207 tħassret b’effett mill‑<DATE ISO="20090815">15 ta’ Awwissu 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet applikabbli, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, għall-fatti tal-kawża prinċipali, ma humiex dawk tad-Direttiva 2006/54, iżda dawk tad-Direttiva 76/207.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 76/207, din hija intiża għall-implementazzjoni, fl-Istati Membri, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-aċċess għall-impjieg, inkluża l-promozzjoni, u għat-taħriġ professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmija direttiva jipprojbixxi kull diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq is-sess fis-settur pubbliku jew privat, inklużi l-organi pubbliċi, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-impjieg, għall-attivitajiet mhux remunerati jew għax-xogħol, inklużi l-kriterji ta’ selezzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-Direttiva 76/207 hija applikabbli għal persuna li tkun qiegħda tfittex li taċċessa impjieg, inkluż fir-rigward tal-kriterji ta’ selezzjoni u tal-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ għal dan l-impjieg (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kratzer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑423/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:604">EU:C:2016:604</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ ta’ persuna li, bħal M. E. Kalliri, tapplika sabiex tipparteċipa f’kompetizzjoni għal dħul f’kulleġġ tal-pulizija ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Billi tipprevedi li l-persuni ta’ tul inqas minn 1.70 m ma jistgħux jiġu ammessi fil-kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija Griega, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taffettwa l-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ ta’ dawn il-ħaddiema u għandha, għalhekk, titqies li tistabbilixxi regoli fil-qasam ta’ aċċess għall-impjieg fis-settur pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 76/207 (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vital Pérez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑416/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2371">EU:C:2014:2371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Salaberria Sorondo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:873">EU:C:2016:873</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li kawża bħal dik pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva 76/207.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu, għaldaqstant, jiġi eżaminat jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali toħloqx diskriminazzjoni pprojbita minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li din il-leġiżlazzjoni tittratta b’mod identiku, irrispettivament mis-sess tagħhom, il-persuni li japplikaw għall-kompetizzjoni għad-dħul fil-kulleġġ tal-pulizija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-imsemmija leġiżlazzjoni ma toħloqx diskriminazzjoni diretta, fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 76/207.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, tali leġiżlazzjoni tista’ tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta, fis-sens tat-tieni inċiż ta’ dan l-Artikolu 2(2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikun hemm diskriminazzjoni indiretta meta l-applikazzjoni ta’ miżura nazzjonali, minkejja li tkun ifformulata b’mod newtrali, fil-fatt tkun tiżvantaġġa numru ħafna ikbar ta’ nisa milli ta’ rġiel (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971002">2 ta’ Ottubru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Kording</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:453">EU:C:1997:453</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Riežniece</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑7/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:410">EU:C:2013:410</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju kkonstatat hija stess fid-deċiżjoni tagħha li numru ħafna ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel għandhom tul ta’ inqas minn 1.70 m, b’mod li, skont din il-leġiżlazzjoni, dawn ikunu żvantaġġati iktar meta mqabbla ma’ dawn tal-aħħar fir-rigward tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġi tal-uffiċjali u aġenti tal-pulizija Griega. Minn dan isegwi li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali toħloq diskriminazzjoni indiretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, mit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 76/207 jirriżulta li tali leġiżlazzjoni ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni indiretta ipprojbita minn din id-direttiva jekk hija oġġettivament iġġustifikata b’għan leġittimu u jekk il-mezzi sabiex jintlaħaq dan l-għan ikunu xierqa u meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minkejja li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk tali ġustifikazzjoni teżistix, hija l-Qorti tal-Ġustizzja, li tkun ġiet mitluba tagħti lill-qorti nazzjonali risposti utli, li hija madankollu kompetenti li tagħti indikazzjonijiet ta’ natura li jippermettu lil dik il-qorti tagħti deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>Nikoloudi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑196/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:141">EU:C:2005:141</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Gvern Grieg jargumenta li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha l-għan li tippermetti t-twettiq effettiv tal-funzjoni tal-pulizija Griega u li r-rekwiżit ta’ ċerti abbiltajiet fiżiċi partikolari, bħat-tul fiżiku minimu, jikkostitwixxi kundizzjoni meħtieġa u xierqa sabiex jintlaħaq dan l-għan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-interess li jiġu żgurati n-natura operattiva u l-funzjonament tajjeb tas-servizzi tal-pulizija jikkostitwixxi għan leġittimu [ara, fir-rigward tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas‑<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79), li l-istruttura, id-dispożizzjonijiet u l-għan tagħha huma paragunabbli ħafna għal dawk tad-Direttiva 76/207, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vital Pérez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-416/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2371">EU:C:2014:2371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Salaberria Sorondo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:873">EU:C:2016:873</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu, madankollu, jiġi vverifikat jekk rekwiżit ta’ tul fiżiku minimu, bħal dak previst mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwiex xieraq sabiex jiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minn din il-leġiżlazzjoni u jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm huwa minnu li l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-pulizija marbuta mal-protezzjoni ta’ persuni u ta’ beni, mal-arrest u mas-sorveljanza ta’ min iwettaq atti kriminali, kif ukoll mar-rondi għal skopijiet preventivi jistgħu jeżiġu l-użu tal-forza fiżika u jeħtieġu ċerta abbiltà fiżika partikolari, xorta jibqa’ l-fatt li ċerti funzjonijiet tal-pulizija, bħall-għajnuna liċ-ċittadini jew il-kontroll tat-traffiku, ma jidhirx li jeħtieġu impenn fiżiku sinjifikattiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vital Pérez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑416/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2371">EU:C:2014:2371</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk jitqies li l-funzjonijiet kollha eżerċitati mill-pulizija Griega jeħtieġu abbiltà fiżika partikolari, ma jidhirx li tali abbiltà hija neċessarjament marbuta mal-fatt li persuna tkun ta’ tul fiżiku minimu u li l-persuni ta’ tul iqsar huma, min-natura tagħhom, nieqsa minn tali abbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jista’ b’mod partikolari jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, sas-sena 2003, il-leġiżlazzjoni Griega kienet teżiġi, għall-finijiet tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġi tal-uffiċjali u aġenti tal-pulizija Griega, tul minimu differenti għall-irġiel u għan-nisa, peress li, fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, it-tul minimu meħtieġ kien ta’ 1.65 m, minflok ta’ 1.70 m għall-irġiel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-fatti invokati minn M. E. Kalliri li, fir-rigward tal-forzi armati, tal-pulizija portwarja u tal-gwardja tal-kosta Griegi, tul minimu differenti huwa meħtieġ għall-irġiel u għan-nisa u li, fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, it-tul minimu huwa ta’ 1.60 m, jidhru li huma rilevanti wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jista’ jintlaħaq ukoll b’miżuri inqas żvantaġġużi għall-persuni tas-sess femminili, bħal preselezzjoni tal-kandidati għall-kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġi tal-uffiċjali u tal-aġenti tal-pulizija bbażata fuq testijiet speċifiċi li jippermettu li jiġu vverifikati l-kapaċitajiet fiżiċi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, bla ħsara għall-verifiki li huma responsabbiltà tal-qorti tar-rinviju, l-imsemmija leġiżlazzjoni ma hijiex iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/207 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ammissjoni tal-kandidati għall-kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija ta’ dan l-Istat Membru, irrispettivament mis-sess tagħhom, għal rekwiżit ta’ tul minimu ta’ 1.70 m, peress li din il-leġiżlazzjoni tiżvantaġġa numru ħafna ogħla ta’ persuni ta’ sess femminil meta mqabbla ma’ persuni ta’ sess maskil u peress li l-imsemmija leġiżlazzjoni la tidher li hija xierqa u lanqas meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu mfittex minnha, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad‑<DATE ISO="19760209">9 ta’ Frar 1976</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20020923">23 ta’ Settembru 2002</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ammissjoni tal-kandidati għall-kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija ta’ dan l-Istat Membru, irrispettivament mis-sess tagħhom, għal rekwiżit ta’ tul minimu ta’ 1.70 m, peress li din il-leġiżlazzjoni tiżvantaġġa numru ħafna ogħla ta’ persuni ta’ sess femminil meta mqabbla ma’ persuni ta’ sess maskil u li l-imsemmija leġiżlazzjoni la tidher li hija xierqa u lanqas meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu mfittex minnha, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>