|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5184 |
21.8.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11688 — KKR / TMUS / METRONET)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5184)
1.
Fit-12 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
T-Mobile USA, Inc. (“TMUS”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Deutsche Telekom AG (“DT”, il-Ġermanja), |
|
— |
Metronet Holdings, LLC (“Metronet”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Oak Hill Capital Partners (l-Istati Uniti tal-Amerka) u The Cinelli Family (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
KKR u DT se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Metronet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
KKR: ditta tal-investiment globali li toffri l-ġestjoni alternattiva tal-assi kif ukoll soluzzjonijiet għas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni, |
|
— |
TMUS: operatur tat-telekomunikazzjoni mingħajr fili li jipprovdi servizzi ta’ kopertura, vuċi, messaġġi u data fuq skala nazzjonali fl-Istati Uniti tal-Amerka, Puerto Rico u l-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Metronet huma dawn li ġejjin: fornitur tal-internet tal-fibra fl-Istati Uniti tal-Amerka.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata dejjem:
M.11688 — KKR / TMUS / METRONET
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5184/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)