|
16.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/785
tad-9 ta’ Ġunju 2020
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-kromafenożid, il-fluwometuron, il-penċikuron, is-sedassan, it-taw-fluvalinat u t-triażossidu f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għall-kromafenożid, il-fluwometuron, il-penċikuron, is-sedassan, u t-taw-fluvalinat ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għat-triażossidu mhu stabbilit l-ebda MRL fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u peress li din is-sustanza attiva mhix inkluża fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Għall-kromafenożid, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni raġunata dwar ir-rieżami tal-MRLs eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Ma huma awtorizzati l-ebda użi u ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni għall-kromafenożid fl-Unjoni. L-awtorità kkonkludiet li l-istabbiliment tal-MRL fil-Limitu ta’ Detezzjoni (LOD) jipprovdi livell sodisfaċenti ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk l-MRLs jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fl-LOD speċifiku. |
|
(3) |
Għall-fluwometuron, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3). Irrakkomandat iż-żamma tal-MRL eżistenti għaż-żerriegħa tal-qoton. Ma teżisti l-ebda awtorizzazzjoni oħra għal din is-sustanza. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRL għal dak il-prodott jenħtieġ li jiġi stipulat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti. |
|
(4) |
Għall-penċikuron, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). L-Awtorità ipproponiet bidla fid-definizzjoni tar-residwu u kkonkludiet li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli dwar l-MRLs għall-prodotti kollha u li kien hemm bżonn ta’ aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Billi ma jistax jiġi eskluż riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fl-LOD speċifiku. |
|
(5) |
Għas-sedassan, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (5). Ipproponiet li tinbidel id-definizzjoni tar-residwu u rrakkomandat li jinżammu l-MRLs eżistenti. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fl-LOD speċifiku. |
|
(6) |
Għat-taw-fluvalinat, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (6). Ipproponiet li tinbidel id-definizzjoni tar-residwu u rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għaċ-ċiras (ħelu), il-frawli, il-pitravi, il-karrotti, il-brokkoli, il-fażola (mingħajr miżwed), il-piżelli (mingħajr miżwed), iż-żrieragħ tal-ġunġlien, iż-żerriegħa tar-rapa/taż-żerriegħa tal-kanola, iż-żerriegħa tal-qoton, ix-xgħir, il-ħafur, il-majjal (muskoli, xaħam, il-kliewi), il-kliewi (bovini, nagħaġ, mogħoż, ekwini), il-ħalib (bovini, nagħaġ, mogħoż, żiemel). Għal prodotti oħrajn, l-Awtorità rrakkomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs jew jinżamm dak eżistenti. Billi ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-ħjar, ix-xaħam tat-tjur u l-ġewwieni li jittiekel tat-tjur (minbarra l-fwied u l-kliewi) xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet hemm bżonn aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Se ssir reviżjoni ta’ dawn l-MRLs; l-eżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Għat-triażossidu, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (7). Irrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għax-xgħir, għall-ħafur, għas-segala u għall-qamħ. Ma teżisti l-ebda awtorizzazzjoni oħra għal din is-sustanza. Billi ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fl-LOD speċifiku jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(8) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni jew limiti massimi tar-residwi fil-Codex (CXLs), l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LOD speċifiku jew jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif previst fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fir-rigward tal-bżonn li jiġu adattati ċerti limiti ta’ determinazzjoni. Fir-rigward ta’ diversi sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċertu prodotti bażiċi l-iżvilupp tekniku jeżiġi li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta’ determinazzjoni. |
|
(10) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, l-emendi xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom tqiesu. |
|
(12) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b’mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li jkunu ġew prodotti qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom jintwera li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(14) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta’ dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għal prodotti li kienu prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel is-6 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-6 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for chromafenozide according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005 [Opinjoni raġunata tar-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-kromafenożid f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005]. EFSA Journal 2019;17(1):5533.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for chromafenozide according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005 [Opinjoni raġunata tar-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-fluwometuon f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005]. EFSA Journal 2019;17(1):5560.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for chromafenozide according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005 [Opinjoni raġunata tar-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għall-penċikuron f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005]. EFSA Journal 2018;16(12):5518.
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for chromafenozide according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005 [Opinjoni raġunata tar-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għas-sedassan f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005]. EFSA Journal 2019;17(1):5544.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for chromafenozide according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005 [Opinjoni raġunata tar-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għat-taw-fluvalinat f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005]. EFSA Journal 2018;16(11):5475.
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for chromafenozide according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005 [Opinjoni raġunata tar-rieżami tal-livelli massimi ta’ residwi eżistenti għat-triażossidu f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005]. EFSA Journal 2019;17(1):5525.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għall-kromafenożid, il-fluwometuron, il-penċikuron, is-sedassan, it-tau-fluvalinat u t-triażossidu: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, jitħassru l-kolonni li ġejjin għall-kromafenożid, il-fluwometuron, il-penċikuron, is-sedassan u t-tau-fluvalinat. |