27.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/112

tat-22 ta’ Jannar 2020

li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2019 minħabba sajd eċċessiv ta’ stokkijiet oħrajn fis-snin ta’ qabel u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1726

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2018 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

—

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2),

—

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 (3),

—

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2360 (4), u

—

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2019 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

—

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 (6),

—

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 (7),

—

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2058 (8), u

—

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 (9).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, hija għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1726 (10) stabbilixxa tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għal ċerti stokkijiet fl-2019 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel.

(5)

Madankollu, għal ċerti Stati Membri ma seta’ jsir ebda tnaqqis bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1726 mill-kwoti allokati għall-istokkijiet li nstadu b’mod eċċessiv, għaliex dawn il-kwoti mhumiex disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2019.

(6)

L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li, meta ma jkunx jista’ jsir tnaqqis b’rabta mal-istokkijiet li jkunu ġew mistada żżejjed fis-sena ta’ wara dik li fiha jkunu ġew mistada żżejjed minħabba li l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux kwoti disponibbli għalihom, jista’ jsir tnaqqis b’rabta ma’ stokkijiet oħrajn fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri kkonċernati. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2012/C 72/07 li fiha Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (11), dan it-tnaqqis għandu preferibbilment jiġi operat fis-sena jew fis-snin ta’ wara mill-kwoti allokati għall-istokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet sajd żejjed mill-kwota.

(7)

L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati b’rabta mat-tnaqqis propost mill-kwoti allokati għal stokkijiet oħrajn minbarra dawk li ġew mistada żżejjed.

(8)

F’ċerti każijiet, l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd konklużi f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jippermettu t-tnaqqis b’rabta mal-istess stokkijiet fil-kuntest tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1726.

(9)

Barra minn hekk, jidher li ċertu tnaqqis li jeżiġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1726 huwa iktar mill-kwota adattata disponibbli fl-2019 u għalhekk ma jistax isir kollu f’dik is-sena. Skont il-Komunikazzjoni 2012/C 72/07, jenħtieġ li l-ammonti li jifdal jitnaqqsu mill-kwoti adattati disponibbli fis-snin ta’ wara sa ma jingħata lura l-ammont kollu tas-sajd żejjed.

(10)

Xorta jistgħu jseħħu aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzju attwali jew preċedenti, ta’ żbalji, omissjonijiet jew rappurtar ħażin fiċ-ċifri tal-qbid iddikjarati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1726 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2019 li huma stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2018/1628, (UE) 2018/2025, (UE) 2018/2058 u (UE) 2019/124 msemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitnaqqsu permezz tat-twettiq tat-tnaqqis tal-istokkijiet alternattivi stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1726 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2360 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 337, 19.12.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 tat-30 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020 (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 7).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2058 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 329, 27.12.2018, p. 8).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 tat-30 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1726 tal-15 ta’ Ottubru 2019 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2019 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel (ĠU L 263, 16.10.2019, p. 3).

(11)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (2012/C 72/07) (ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS I

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2019 GĦAL STOKKIJIET ALTERNATTIVI

STOKKIJIET MISTADA ŻŻEJJED

STOKKIJIET ALTERNATTIVI

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwantità li ma tistax titnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-2019 għall-istokk mistad iżżejjed (f’kilogrammi)

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwantità li trid titnaqqas mill-kwota tas-sajd tal-2019 għall-istokkijiet alternattivi

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

41 604

ES

HAD

1N2AB.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

26 783

COD

1N2AB.

Bakkaljaw

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

3 418

RED

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

6 786

RED

51214D

Redfish

l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

4 617

FR

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

15 380

FR

RED

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

15 380

NL

WHG

56-14

Merlangu

6; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

4 492

NL

WHG

2AC4.

Merlangu

4; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 2a

4 492

UK

RHG

5B67-

Grenadier rasu raffa

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII

5 016

UK

RNG

5B67-

Grenadier imnieħru tond

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 7

5 016


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta"Implimentazzjoni (UE) 2019/1726 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2019

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota oriġinali tal-2018 (f’kilogrammi)

Ħatt l-art permess għall-2018 (il-kwantità totali adattata f’kilogrammi) (1)

Qabdiet totali li saru fl-2018 (il-kwantità f’kilogrammi)

Il-konsum tal-kwota meta mqabbel mal-ħatt l-art permess

Is-sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess (il-kwantità f’kilogrammi)

Il-fattur ta’ multiplikazzjoni (2)

Fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni (3)  (4)

It-tnaqqis pendenti mis-sena jew mis-snin ta’ qabel (5) (il-kwantità f’kilogrammi)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2019 (6) u għas-snin ta’ wara (il-kwantità f’kilogrammi)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2019 għall-istokkijiet mistada żżejjed (7)(il-kwantità f’kilogrammi)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2019 għall-istokkijiet alternattivi f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1726 (8) (il-kwantità f’kilogrammi)

Ammont li għandu jitnaqqas mill-kwoti tas-sajd għall-2020 u għas-sena jew għas-snin ta’ wara (il-kwantità f’kilogrammi)

BE

RJE

7FG.

Raja għewejna

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 7f u 7 g

14 000

15 400

19 888

129,14 %

4 488

1,00

/

/

4 488

4 488

/

/

BE

RJU

07D. (9)

Raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 7d

2 000

969

1 394

143,86 %

425 (10)

N/A

N/A

2 617

2 617

2 617

/

/

DE

COD

3BC+24

Bakkaljaw

Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24

1 194 000

1 349 400

1 393 360

103,26 %

43 960

/

C (11)

/

43 960

43 960

/

/

DK

COD

3BC+24

Bakkaljaw

Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24

2 444 000

2 594 270

2 617 780

100,91 %

23 510

/

C (11)

/

23 510

23 510

/

/

ES

BET

ATLANT

Tonn obeż

L-Oċean Atlantiku

9 791 920

9 281 920

9 756 069

105,11 %

474 149

/

C (11)

/

474 149

474 149

/

/

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

0

27 736

Mhux applikabbli

27 736

1,00

A

/

41 604

/

41 604

/

ES

GHL

N3LMNO

Ħalibatt tal-Greenland

NAFO 3LMNO

4 534 000

4 496 772

4 508 020

100,25 %

11 248

/

A (11) + C (11)

/

11 248

11 248

/

/

ES

NEP

*07U16

Skampu

L-unità funzjonali 16 tas-subżona 7 tal-ICES

825 000

155 000

158 375

102,18 %

3 375

/

/

/

3 375

3 375

/

/

ES

RJU

9-C.

Raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9

15 000

15 000

17 067

113,78 %

2 067

1,00

/

/

2 067

0

/

2 067

ES

YFT

IOTC

Tonn isfar

Iż-Żona ta’ Kompetenza tal-IOTC

45 682 000

45 354 940

44 964 373

99,14 %

- 390 567  (12)

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

2 138 460

2 138 460

2 138 460

/

/

EE

COD

N3M.

Bakkaljaw

NAFO 3M

124 000

916 170

953 232

104,05 %

37 062

/

/

/

37 062

37 062

/

/

FR

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

0

18 084

Mhux applikabbli

18 084

1,00

/

/

18 084

2 704  (13)

15 380

/

IE

HER

07 A/MM

Aringi

7a

1 826 000

1 850 311

1 979 666

106,99 %

129 355

/

/

/

129 355

129 355

/

/

IE

MAC

2CX14-

Kavall

6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali ta’ 2a, 12 u 14

69 141 000

66 541 055

66 965 925

100,64 %

424 870

/

/

/

424 870

424 870

/

/

NL

POK

2C3A4

Pollakkju iswed

3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni ta’ 2a

110 000

210 994

265 115

125,65 %

54 121

1,00

/

/

54 121

54 121

/

/

NL

WHG

56-14

Merlangu

6; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

/

0

4 492

Mhux applikabbli

4 492

1,00

/

/

4 492

/

4 492

/

PL

COD

3BC+24

Bakkaljaw

Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24

654 000

786 200

858 164

109,15 %

71 964

/

C (11)

32 331

104 295

104 295

/

/

PT

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta’ III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

182 000

179 044

184 010

102,77 %

4 966

/

/

/

4 966

4 966

/

/

PT

BET

ATLANT

Tonn obeż

L-Oċean Atlantiku

3 717 470

4 152 470

4 405 184

106,09 %

252 714

/

C (11)

/

252 714

252 714

/

/

PT

BFT

AE45WM

Tonn

L-Oċean Atlantiku fil-Lvant ta’ 45° W u l-Mediterran

470 190

437 190

450 343

103,01 %

13 153

/

C (11)

/

13 153

13 153

/

/

PT

BUM

ATLANT

Marlin blu

L-Oċean Atlantiku

50 440

45 428

74 337

163,64 %

28 909

1,00

A

/

43 364

43 364

/

/

PT

RJU

9-C.

Raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9

15 000

33 000

36 295

109,98 %

3 295

/

/

/

3 295

3 295

/

/

UK

COD

N1GL14

Bakkaljaw

L-ilmijiet ta’ Greenland li jinsabu fiż-żona 1F tan-NAFO u l-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5, 12 u 14

382 000

497 520

512 187

102,95 %

14 667

/

/

/

14 667

10 500

/

4 167

UK

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

25 000

22 000

24 434

111,06 %

2 434

1,00

/

/

2 434

2 434

/

/

UK

HER

4AB.

Aringi

L-ilmijiet tal-Unjoni u Norveġiżi ta’ 4 fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N

79 381 000

84 694 795

84 739 599

100,05 %

44 804

/

/

/

44 804

44 804

/

/

UK

MAC

2CX14-

Kavall

6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 2a, 12 u 14

190 143 000

186 253 028

189 644 893

101,82 %

3 391 865

/

A (11)

/

3 391 865

3 391 865

/

/

UK

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

182 000

459 700

463 509

100,83 %

3 809

/

/

/

3 809

3 809

/

/

UK

RHG

5B67-

Grenadier rasu raffa

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta’ Vb, VI u VII

1 510

1 510

7 588

502,52 %

6 078

1,00

/

/

6 078

1 062

5 016  (14)

/

UK

WHG

56-14

Merlangu

6; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

122 000

124 060

139 470

112,42 %

15 410

1,00

/

/

15 410

15 410

/

/

”

(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2017 għall-2018 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv b’mod konsekuttiv fl-2016, fl-2017 u fl-2018. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li l-istokk huwa soġġett għal pjan pluriennali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal mis-sena jew mis-snin ta’ qabel.

(6)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2019.

(7)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2019 li jista’ jsir fir-realtà meta wieħed iqis il-kwota disponibbli fit-22 ta’ Ottubru 2019.

(8)   ĠU L 263, 16.10.2019, p. 3.

(9)  Għandu jitnaqqas minn RJU/7DE. (l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 7d u 7e).

(10)  Il-kwantitajiet ta’ inqas minn tunnellata ma jitqisux.

(11)  Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.

(12)  It-tnaqqis ma jistax jitnaqqas b’din il-kwantità li ma ntużatx minħabba li l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax għall-istokk YFT/IOTC.

(13)  Għalkemm Franza ma kellhiex kwota oriġinali għal dan l-istokk mistad iżżejjed, hija kkonkludiet skambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jippermettu li jsir tnaqqis parzjali mill-istess stokk.

(14)  Irid jitnaqqas minn RNG/5B67- (grenadier imnieħru tond fl-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali ta’ Vb, VI u VII. fs