|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2258 |
19.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11417 – GENERALI / GSD / GK HOLDING / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2258)
1.
Fil-11 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Generali Italia S.p.A. (“Generali”, l-Italja), |
|
— |
Gruppo San Donato S.p.A. (“GSD”, l-Italja), |
|
— |
GK Holding Italia S.r.l. (“GK Holding”, l-Italja), |
|
— |
Smart Clinic S.r.l. (“Smart Clinic”, l-Italja). |
Generali, GSD u GK Holding se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Smart Clinic.
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Generali hija parti minn Generali Group, prinċipalment attiv fl-Ewropa fis-settur tal-assigurazzjoni u dak finanzjarju, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u tar-riassigurazzjoni, il-forniment ta’ servizzi ta’ proprjetà immobbli u l-ġestjoni tal-assi, |
|
— |
GSD hija parti minn San Donato Group, attiv prinċipalment fl-Italja fis-settur tas-saħħa privata, li jipprovdi servizzi tal-kura tas-saħħa tal-isptarijiet u outpatient, f’isem is-servizz tas-saħħa pubblika (SSN) u privatament, |
|
— |
GK Holding hija parti minn GK Group, attiv globalment fis-servizzi ta’ konsulenza u fl-effiċjenza enerġetika, fil-proprjetà immobbli u fil-kostruzzjoni. Fl-Ewropa, GK Group jopera prinċipalment permezz ta’ GKSD, li – permezz tas-sussidjarji tagħha – tipprovdi dawn is-servizzi lil kumpaniji fl-Italja u barra mill-pajjiż. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Smart Clinic huma dawn li ġejjin: Smart Clinic hija kumpanija attiva fil-forniment ta’ kura tas-saħħa outpatient u eżamijiet dijanjostiċi, kemm skont il-ftehim mas-servizz tas-saħħa pubblika (SSN) kif ukoll privatament. Smart Clinic hija attiva esklussivament fl-Italja, permezz ta’ għaxar faċilitajiet fil-Lombardija. Bħalissa hija kkontrollata b’mod sħiħ minn GSD.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11417 – GENERALI / GSD / GK HOLDING / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2258/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)