|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4352 |
31.7.2025 |
Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(C/2025/4352)
Il-pubblikazzjoni tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2), hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali, isir aġġornament regolari fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.
AMMONTI TA’ REFERENZA MEĦTIEĠA GĦALL-QSIM TAL-FRUNTIERA ESTERNA FFISSATI MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI
L-UNGERIJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil- ĠU C 93, 12.3.2018, p.4
Skont l-Artikolu 24 tad-Digriet tal-Ministru tal-Intern Nru 9 tal-2024 li jimplimenta l-Att I tal-2007 dwar l-Ammissjoni u r-Residenza ta’ Persuni bid-Dritt ta’ Moviment Liberu u Residenza u l-Att XC tal-2023 dwar ir-Regoli Ġenerali għad-Dħul u s-Soġġorn ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi, l-ammont ta’ referenza għall-mezzi ta’ sussistenza huwa ta’ EUR 40 għal kull jum ta’ soġġorn ippjanat għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u għall-membri tal-familja ta’ ċittadini taż-ŻEE jew ċittadini Ungeriżi li jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi u soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża.
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4352/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)