<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-236/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010TO0236</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:176">EU:T:2012:176</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAD-<DATE ISO="20120329">29.3.2012</DATE> — KAWŻA T-236/10</P><P>ASOCIACIÓN ESPAÑOLA DE BANCA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-ammortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju fil-każ ta’ akkwist ta’ ishma barranin</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna</KEYWORD><KEYWORD>Assoċjazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ interess individwali</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T-236/10,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Asociación Española de Banca</HT>, stabbilita f’Madrid (Spanja), irrappreżentata minn J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn R. Lyal u C. Urraca Caviedes, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u, sussidjarjament, tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-<DATE ISO="20091028">28 ta’ Ottubru 2009</DATE>, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="48" NO.OJ="007" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 7, p. 48</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn L. Truchot (Relatur), President, M. E. Martins Ribeiro u A. Popescu, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ diversi domandi bil-miktub magħmula fl-2005 u fl-2006 (E-4431/05, E-4772/05, E-5800/06 u P-5509/06), xi membri tal-Parlament Ewropew staqsew lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat tad-dispożittiv previst mill-Artikolu 12(5) introdott fil-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji mil-Ley 24/2001, de Medidas Fiscales, Administrativas<?PAGE NO="2"?> y del Orden Social (Liġi 24/2001, li tadotta miżuri fiskali, amministrattivi u ta’ natura soċjali), tas-<DATE ISO="20011227">27 ta’ Diċembru 2001</DATE> (BOE Nru 313, tal-<DATE ISO="20011231">31 ta’ Diċembru 2001</DATE>, p. 50493), u riprodott mir-Real Decreto Legislativo 4/2004, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (Digriet Irjali 4/2004, li japprova t-test rivedut tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji), tal-<DATE ISO="20040305">5 ta’ Marzu 2004</DATE> (BOE Nru 61, tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE>, p. 10951) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>iskema kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Il-Kummissjoni essenzjalment irrispondiet li, skont informazzjoni li kellha, l-iskema kkontestata ma kinitx tidher li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tal-15 ta’ Jannar u tas-<DATE ISO="20070326">26 ta’ Marzu 2007</DATE>, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Spanjoli jipprovdulha informazzjoni sabiex tevalwa l-portata u l-effetti tal-iskema kkontestata. Permezz ta’ ittri tas-16 ta’ Frar u tal-<DATE ISO="20070604">4 ta’ Ġunju 2007</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja kkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni li talbitu.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ faks tat-<DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE>, il-Kummissjoni rċeviet ilment minn operatur privat li sostna li l-iskema kkontestata kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20071010">10 ta’ Ottubru 2007</DATE> (sunt fil-<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="21" NO.OJ="311" DATE.PUB="2007">ĠU 311, p. 21</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar l-iskema kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20071205">5 ta’ Diċembru 2007</DATE>, il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet tar-Renju ta’ Spanja dwar din id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Bejn it-18 ta’ Jannar u s-<DATE ISO="20080616">16 ta’ Ġunju 2008</DATE>, il-Kummissjoni rċeviet ukoll l-osservazzjonijiet ta’ 32 terz interessat, fosthom dawk tar-rikorrenti, l-Asociación Española de Banca. Permezz ta’ ittri tat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE> u tat-<DATE ISO="20090422">22 ta’ April 2009</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta l-kummenti tiegħu dwar l-osservazzjonijiet ta’ terzi interessati.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080218">18 ta’ Frar 2008</DATE>, fit-12 ta’ Mejju u fit-<DATE ISO="20090608">8 ta’ Ġunju 2009</DATE> ġew organizzati laqgħat tekniċi mal-awtoritajiet Spanjoli. Ġew organizzati wkoll laqgħat tekniċi oħrajn ma’ wħud mit-32 terz interessat.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20080714">14 ta’ Lulju 2008</DATE> u permezz ta’ posta elettronika tas-<DATE ISO="20090616">16 ta’ Ġunju 2009</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni temmet il-proċedura għal dak li jikkonċerna l-akkwist ta’ ishma mwettaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni 2011/5/KE, tat-<DATE ISO="20091028">28 ta’ Ottubru 2009</DATE>, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implementata minn Spanja (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="48" NO.OJ="007" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 7, p. 48</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-iskema kkontestata, li tikkonsisti f’vantaġġ fiskali li jippermetti li jiġi ammortizzat l-avvjament, mill-kumpanniji Spanjoli, li jirriżulta minn akkwist ta’ ishma f’impriżi barranin meta dan japplika għal akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 1(2) u (3) tad-deċiżjoni kkontestata jippermetti lill-iskema kkontestata li tkompli tapplika, taħt il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għall-akkwisti ta’ ishma mwettqa qabel il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li seħħet fil-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>, kif ukoll għall-akkwisti ta’ ishma li dwarhom kien sar impenn irrevokabbli qabel il-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE> li jitwettqu, suġġett għal awtorizzazzjoni ta’ awtorità regolatorja li lilha kienet giet innotifikata l-operazzjoni qabel din id-data.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20100521">21 ta’ Mejju 2010</DATE>, ir-rikorrenti fetħet din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fit-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20101116">16 ta’ Novembru 2010</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti essenzjalment titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors ammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn huwa jipprovdi obbligu ta’ rkupru għall-operazzjonijiet imwettqa qabel il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tad-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors inammissibili;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk parti titlob dan, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi fuq l-inammissibbiltà mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża. Skont l-Artikolu 114(3), il-proċeduri għandhom jitkomplew oralment, ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja tal-Qorti Ġenerali. F’dan każ, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li għandha biżżejjed informazzjoni mill-atti tal-kawża u li ma hemmx lok li tinfetaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li dan ir-rikors huwa inammissibbli minħabba li r-rikorrenti ma wrietx li kellha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[k]walunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardha direttament u individwalment, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li assoċjazzjoni professjonali li hija inkarigata tiddefendi l-interessi kollettivi tal-membri tagħha, bħar-rikorrenti, tista’ bħala regola ġenerali tippreżenta rikors għal annullament kontra deċiżjoni finali tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat biss f’żewġ każijiet, jiġifieri, l-ewwel nett, jekk l-impriżi li hija tirrappreżenta jew uħud fosthom għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> fuq bażi individwali u t-tieni nett jekk hija tista’ ssostni interess proprju, b’mod partikolari, għaliex il-pożizzjoni tagħha ta’ negozjatriċi tkun ġiet effettwata permezz tal-att li qiegħed jintalab l-annullament tiegħu (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/03+C-217/03" PAGE.ECR="II-5479" YEAR="2006">C-182/03 u<?PAGE NO="4"?> C-217/03, Ġabra p. II-5479</REF.DOC.ECR>, punt 56; sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19961212">12 ta’ Diċembru 1996</DATE>, AIUFASS u AKT vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-380/94" PAGE.ECR="II-2169" YEAR="1996">T-380/94, Ġabra p. II-2169</REF.DOC.ECR>, punt 50, u tad-<DATE ISO="20090909">9 ta’ Settembru 2009</DATE>, Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-227/01+T-228/01+T-229/01+T-265/01+T-266/01+T-270/01" PAGE.ECR="II-3029" YEAR="2009">T-227/01 sa T-229/01, T-265/01, T-266/01 u T-270/01, Ġabra p. II-3029</REF.DOC.ECR>, punt 108).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tibbaża, prinċipalment, il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tagħha fuq dak tal-membri tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalkemm ir-rikorrenti tallega fl-osservazzjonijiet fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>qiegħda tiddefendi l-interessi tal-membri kollha tagħha direttament u individwalment ikkonċernati mid-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> hija għandha provi li jistabbilixxu l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ta’ tlieta biss mill-membri tagħha, il-Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>BBVA<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u l-Banco Santander, SA, li kull wieħed minnhom ippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata (Kawża T-225/10 u Kawża T-227/10 rispettivament) kif ukoll il-Banco Popular Español, SA, li ma appellax kontra d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal BBVA u Banco Santander, il-Kummissjoni tiddikjara li r-rikorrenti ma tistax tirrappreżenta l-interessi tagħhom, peress li dawn jiddefendu l-interessi tagħhom stess fl-ambitu tar-rikorsi li ppreżentaw kontra d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar hawnhekk li l-ewwel ipoteżi ta’ ammissibbiltà ta’ rikors ippreżentat minn assoċjazzjoni bbażata fuq ir-rappreżentazzjoni tal-membri tagħha (ara l-punt 19 iktar ’il fuq) hija, skont il-ġurisprudenza, waħda li fiha l-assoċjazzjoni, bil-preżentata tar-rikors tagħha, tkun qed tissostitwixxi wieħed jew iktar mill-membri tagħha li hija tirrappreżenta, sakemm il-membri tagħha stess jkunu f’pożizzjoni li jippreżentaw rikors ammissibbli huma nfushom (sentenza AIUFASS u AKT vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq punt 50, u d-Digriet tat-<DATE ISO="20060918">18 ta’ Settembru 2006</DATE>, Wirtschaftskammer Kärnten u best connect Ampere Strompool vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-350/03" PAGE.ECR="II-0068" YEAR="2006">T-350/03, Ġabra p. II-0068</REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Kif ġie rrelevat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tas-<DATE ISO="19950706">6 ta’ Lulju 1995</DATE>, AITEC <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-447/93+T-448/93+T-449/93" PAGE.ECR="II-1971" YEAR="1995">T-447/93 sa T-449/93, Ġabra p. II-1971</REF.DOC.ECR>, punt 60), ir-rikors ippreżentat minn assoċjazzjoni għandu vantaġġi proċedurali billi jippermetti li jiġi evitat li numru kbir ta’ rikorsi differenti jiġu ppreżentati kontra l-istess deċiżjonijiet. Din l-ewwel ipoteżi ta’ ammissibbiltà ta’ rikors ippreżentat minn assoċjazzjoni tippresupponi, għaldaqstant, li l-assoċjazzjoni tkun qed taġixxi f’isem u minflok il-membri tagħha. Minn dan jirriżulta li assoċjazzjoni li taġġixxi bħala rappreżentant tal-membri tagħha, hija intitolata li tippreżenta rikors għal annullament meta dawn ma jkunux huma stess ippreżentaw rikors minkejja li kienu intitolati jagħmlu dan.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’hekk, fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Confservizi vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-292/02" PAGE.ECR="II-1659" YEAR="2009">T-292/02, Ġabra p. II-1659</REF.DOC.ECR>, punt 55) li l-assoċjazzjoni rikorrenti ma kinitx irrapreżentat l-interessi ta’ dawk il-membri tagħha li kienu ppreżentaw ir-rikorsi tagħhom stess fil-Kawżi T-297/02, T-300/02, T-301/02, T-309/02 u T-189/03, peress li dawn irrapreżentaw l-interessi tagħhom billi ppreżentaw l-imsemmija rikorsi. Bil-kontra ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, il-fatt li din ma hijiex l-unika kunsiderazzjoni li wasslet għad-dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors, ma jfissirx li jista’ jitqies li din hija żbaljata u li tmur kontra l-ġurisprudenza.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li s-sentenzi invokati mir-rikorrenti ma jmorrux kontra din is-soluzzjoni żviluppata mill-ġurisprudenza. Fil-fatt, huma jiddeċiedu dwar rikorsi kollettivi ppreżentati minn assoċjazzjoni waħda jew iktar u wieħed jew iktar mill-membri tagħhom. Madankollu, fil-preżenza ta’ rikors kollettiv, peress li l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ta’ wieħed mill-partijiet tar-rikors tkun ammessa, skont ġurisprudenza stabbilita, ma hemmx lok li jiġi eżaminat dak tal-partijiet l-oħra (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19930324">24 ta’ Marzu 1993</DATE>, CIRFS <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C-313/90, Ġabra p. I 1125, punt 31). Għalhekk, bil-kontra ta’ dak li tallega r-rikorrenti, il-maġġoranza tas-sentenzi li hija tiċċita fir-realtà sempliċement iddikjaraw ir-rikors ammissibbli abbażi tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ta’ membru jew iktar tal-assoċjazzjoni mingħajr ma indirizzaw il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ta’ din l-assoċjazzjoni (sentenzi tal-Qorti<?PAGE NO="5"?> Ġenerali tas-<DATE ISO="19950427">27 ta’ April 1995</DATE>, AAC <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, T-442/93, Ġabra p. II 1329, punt 55; AITEC <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 82; tat-<DATE ISO="19961022">22 ta’ Ottubru 1996</DATE>, Skibsværftsforeningen vs Il-Kummissjoni, T 266/94, Ġabra p. II 1399, punt 51, u tas-17 ta’ Ġunju, 1999 ARAP <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-82/96" PAGE.ECR="II-1889" YEAR="1996">T-82/96, Ġabra p. II-1889</REF.DOC.ECR>, punti 39 sa 41).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Sentenza waħda biss, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20090304">4 ta’ Marzu 2009</DATE>, Associazione Italiana del risparmio gestito u Fineco Asset Management vs Il-Kummissjoni (T 445/05, Ġabra p. II 289), tagħti deċiżjoni b’mod espliċitu dwar l-ammissibbiltà tar-rikors ippreżentat mill-assoċjazzjoni wara li ddeċidiet dwar dik tar-rikorsi ppreżentati minn wieħed mill-membri tagħha, sabiex tiddeduċi l-ammissibbiltà tal-assoċjazzjoni minn dik tal-membru tagħha (il-punt 56 tas-sentenza). Madankollu, minn dan ma tistax tinsilet regola ġenerali dwar l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati mill-assoċjazzjonijiet weħedhom, skont liema regola dawn tal-aħħar ikunu intitolati li jaġixxu jekk il-membri tagħhom ikunu intitolati huma stess, sew jekk ikunu ppreżentaw ir-rikors tagħhom jew le. Fil-fatt, fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, il-membru tal-assoċjazzjoni rikorrenti ma ppreżentax rikors separat, iżda ppreżenta l-istess u l-uniku rikors flimkien mal-assoċjazzjoni, b’tali mod li ma ppreġudikax il-vantaġġ proċedurali msemmi fil-punt 24 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20100521">21 ta’ Mejju 2010</DATE>, Franza <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-425/04+T-444/04+T-450/04+T-456/04" PAGE.ECR="II-2099" YEAR="2010">T-425/04, T-444/04, T-450/04 u T-456/04, Ġabra p. II-2099</REF.DOC.ECR>), iċċitata wkoll mir-rikorrenti, din lanqas ma tippermetti li tiġi dedotta tali regola, peress li ma ddeċidietx dwar l-ammissibbiltà tar-rikors ippreżentat fil-Kawża T-456/04 mill-assoċjazzjoni rikorrenti. Għandu jitfakkar barra minn hekk li r-rikors ta’ assoċjazzjoni jista’ jiġi ddikjarat ammissibbli, minkejja l-preżentata ta’ rikorsi mill-membri tagħha, abbażi tal-effett fuq l-interessi tagħha stess (ara l-punt 19 iktar ’il fuq). Bl-istess mod, fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20060607">7 ta’ Ġunju 2006</DATE>, UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-613/97" PAGE.ECR="II-1531" YEAR="2006">T-613/97, Ġabra p. II-1531</REF.DOC.ECR>), iċċitata wkoll mir-rikorrenti, li ddeċidiet fuq rikors ippreżentat minn assoċjazzjoni u tlieta mill-membri tagħha, ma fiha ebda kunsiderazzjoni dwar l-ammissibbiltà tar-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bil-kontra ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, soluzzjoni bħal din ma ċċaħħadx lill-Artikolu 263 TFUE mill-effett utli tiegħu u la tippreġudika l-prinċipju ta’ ċertezza legali u lanqas id-drittijiet tad-difiża tagħha. Hija ċertament tibbaża l-ammissibbiltà tar-rikors tal-assoċjazzjonijiet fuq l-assenza ta’ rikorsi ppreżentati minn partijiet oħra, jiġifieri l-membri tagħhom. Madankollu, din is-sitwazzjoni ma tistax titqies bħala sors ta’ inċertezza jew ta’ nuqqas ta’ sigurtà, peress li jista’ jiġi mistenni, b’mod leġittimu, minn assoċjazzjoni inkarigata tiddefendi l-interessi tal-membri tagħha li jkollha konjizzjoni tar-rikorsi ppreżentati minnhom, u viċeversa. Barra dan, l-inammissibbiltà tar-rikors tal-assoċjazzjoni rikorrenti minħabba r-rikorsi ppreżentati mill-membri tagħha ma tippreġudikax l-effett utli tal-Artikolu 263 TFUE u d-drittijiet tad-difiża tagħha, jiġifieri essenzjalment, id-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Hemm żewġ possibbiltajiet, jew l-assoċjazzjoni rikorrenti tippreżenta rikors biex tiddefendi l-interessi tal-membri tagħha li għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> u r-rikors ddikjarat ammissibbli jkun dak tal-membru tal-assoċjazzjoni jew dak tal-assoċjazzjoni skont jekk wieħed mill-membri tagħha jkunx ippreżenta jew le r-rikors tiegħu stess; jew l-assoċjazzjoni tippreżenta rikors biex tiddefendi l-interessi tagħha stess u r-rikors tagħha jkun jista’ jiġi ddikjarati ammissibbli, minkejja li jiġi ppreżentat rikors mill-membri tagħha, jekk l-eżistenza ta’ tali interess jiġi stabbilit (ara l-punti 42 sa 46 iktar ’il quddiem).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li dan ir-rikors ma jistax jiġi ddikjarat ammissibbli abbażi tar-rappreżentanza mir-rikorrenti tal-BBVA u tal-Banco Santander peress li dawn kienu ppreżentaw ir-rikorsi tagħhom stess, u dan mingħajr ebda bżonn ta’ deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati minn dawn iż-żewġ kumpanniji.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Banco Popular Español, li r-rikorrenti tinvoka sussidjarjament, hija hemżet mal-osservazzjonijiet tagħha dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, dokument li jikkonferma li din il-kumpannija kienet applikat l-iskema kkontestata fl-2007 u fl-2008, b’mod partikolari għal akkwist ta’ ishma, f’kumpannija stabbilita fil-Portugal f’Ġunju 2003. Madankollu, ir-rikorrenti tippreċiża li l-Banco Popular Español ma ġiex suġġett għal obbligu ta’ rkupru.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, u billi tibbaża ruħha fuq il-ġurisprudenza, li r-rikonoxximent tal-interess individwali tal-benefiċjarju ta’ għajnuna mogħtija skont skema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli ma jistax ikun limitat għall-każijiet fejn il-ħlas lura ta’ din l-għajnuna tkun ġiet imposta fuqu. Fl-opinjoni tagħha, fil-fatt, l-obbligu ta’ rkupru huwa eżaminat mill-ġurisprudenza biss għal finijiet ta’ kompletezza.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, bħala prinċipju, impriża ma tistax tkun intitolata tippreżenta rikors għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta’ għajnuna settorjali jekk tkun ikkonċernata minn din id-deċiżjoni biss minħabba li tagħmel parti mis-settur inkwistjoni u minħabba l-kwalità tagħha ta’ benefiċjarja potenzjali tal-imsemmija skema. Fil-fatt, fir-rigward ta’ tali impriża, tali deċiżjoni tkun miżura ta’ portata ġenerali li tapplika għal sitwazzjonijiet iddeterminati b’mod oġġettiv u jkollha effetti legali fir-rigward ta’ kategorija ta’ persuni previsti b’mod ġenerali u astratt (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-298/00 P" PAGE.ECR="I-4087" YEAR="2004">C-298/00 P, Ġabra p. I-4087</REF.DOC.ECR>, punt 37, u l-ġurisprudenza ċċitata, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Acegas vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-309/02" PAGE.ECR="II-1809" YEAR="2009">T-309/02, Ġabra p. II-1809</REF.DOC.ECR>, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-impriża rikorrenti ma hijiex biss ikkonċernata mid-deċiżjoni inkwistjoni bħala impriża tas-settur ikkonċernat, benefiċjarja potenzjali tal-iskema ta’ għajnuna, iżda wkoll minħabba l-kwalità tagħha ta’ benefiċjarja effettiva ta’ għajnuna individwali mogħtija taħt din l-iskema u li l-Kummissjoni ordnat l-irkupru tagħha, din l-impriża hija individwalment ikkonċernata mill-imsemmija deċiżjoni u r-rikors ippreżentat kontra din id-deċiżjoni huwa ammissibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20001019">19 ta’ Ottubru 2000</DATE>, L-Italja u Sardegna Lines vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-15/98+C-105/99" PAGE.ECR="I-8855" YEAR="2000">C-15/98 u C-105/99, Ġabra p. I-8855</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Banco Comercial dos Açores vs Il-Kummissjoni, T-75/03, li ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Is-sentenzi ċċitati fil-punt 33 iktar ’il fuq, kif ukoll id-deċiżjonijiet iċċitati mir-rikorrenti, jissuġġettaw, f’termini identiċi, l-interess individwali ta’ rikorrent minn deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna inkompatibbli għall-prova tal-kwalità tiegħu ta’ benefiċjarju effettiv ta’ għajnuna individwali mogħtija taħt din l-iskema u li l-Kummissjoni tkun ordnat l-irkupru tagħha (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE>, Salvat père &amp; fils <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-136/05" PAGE.ECR="II-4063" YEAR="2007">T-136/05, Ġabra p. II-4063</REF.DOC.ECR>, punt 70, tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, ACEA vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-297/02" PAGE.ECR="II-1683" YEAR="2009">T-297/02, Ġabra p. II-1683</REF.DOC.ECR>, punt 45, u AEM vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-301/02" PAGE.ECR="II-1757">T-301/02, Ġabra p. II-1757</REF.DOC.ECR>, punt 45). Ma jistax jiġi dedott minn din il-formulazzjoni, li tqiegħed l-obbligu ta’ rkupru fuq l-istess livell tal-kwalità ta’ benefiċjarju effettiv tar-rikorrenti, li r-rekwiżit ta’ tali obbligu huwa ta’ importanza sekondarja, jew saħansitra superfluwu.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat wkoll li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20081128">28 ta’ Novembru 2008</DATE>, Hôtel Cipriani <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-254/00+T-270/00+T-277/00" PAGE.ECR="II-3269" YEAR="2008">T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Ġabra p. II-3269</REF.DOC.ECR>, punt 84), iċċitata wkoll mir-rikorrenti, sempliċement tirrepeti ż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, u tagħti wkoll importanza partikolari lill-ordni ta’ rkupru billi tikkunsidra li l-individwalizzazzjoni tirriżulta f’dan il-każ mill-preġudizzju partikolari tal-ordni ta’ rkupru lill-interessi tal-membri li huma perfettament identifikabbli f’dan iċ-ċirku ristrett. Il-Qorti tal-Ġustizzja, li ddeċidiet dwar l-appell ippreżentat kontra din is-sentenza, kkunsidrat li l-Qorti Ġenerali ġustament qieset li l-impriżi rikorrenti kellhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, peress li dawn kienu individwalment ikkonċernati mid-deċiżjoni kkontestata minħabba l-preġudizzju partikolari fuq is-sitwazzjoni legali tagħhom ikkawżat mill-ordni ta’ rkupru tal-għajnuna kkonċernata. (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Comitato <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Venezia vuole vivere<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-71/09 P+C-73/09 P+C-76/09 P" PAGE.ECR="I-4727" YEAR="2011">C-71/09 P, C-73/09 P u C-76/09 P, Ġabra p. I-4727</REF.DOC.ECR>, punt 51). Minn dan jirriżulta, li meta att ikkontestat jeżiġi l-irkupru ta’ għajnuna mogħtija skont skema ta’ għajnuna, huma biss ir-rikorrenti milquta mill-obbligu ta’ rkupru li huma kkonċernati individwalment (digriet tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20120321">21 ta’ Marzu 2012</DATE>, Ebro Foods vs Il-Kummissjoni, T-234/10, li ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra, punt 28).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, it-tieni nett, li l-esklużjoni tal-operazzjonijiet ta’ qabel il-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE> mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ rkupru skont il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ma hijiex definittiva, minħabba r-rikors ippreżentat minn Deutsche Telekom AG fil-Kawża T-207/10 kontra din il-parti operattiva tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-argument, ir-rikorrenti tfixkel il-kundizzjoni għall-ammissibbiltà tal-interess individwali ma’ dik tal-interess ġuridiku. Fil-fatt, għalkemm l-interess ġuridiku jista’ jiġi stabbilit permezz, b’mod partikolari, tal-azzjonijiet mibdija quddiem il-qorti nazzjonali wara l-preżentata tar-rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni (sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, TV 2/Danmark <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-309/04+T-317/04+T-329/04+T-336/04" PAGE.ECR="II-2935" YEAR="2008">T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04, Ġabra p. II-2935</REF.DOC.ECR>, punti 78 sa 82), l-interess individwali ta’ persuna fiżika jew ġuridika huwa evalwat fil-jum tal-preżentata tar-rikors u jiddependi biss fuq id-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant, persuna kkonċernata individwalment minn deċiżjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha tibqa’ tali anki jekk sussegwentement jirriżulta li l-irkupru mhux ser jintalab lilha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Comitato <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Venezia vuole vivere<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56, u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak għal din is-sentenza, Ġabra p. I-4727, punti 81 u 82).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, sabiex ikun ikkonċernat individwalment mill-att ikkontestat, ir-rikorrent għandu jistabbilixxi li jagħmel parti minn ċirklu magħluq, jiġifieri minn grupp li ma jistax jiżdied wara l-adozzjoni tal-att ikkontestat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19900626">26 ta’ Ġunju 1990</DATE>, Sofrimport Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/88" PAGE.ECR="I-2477" YEAR="1990">C-152/88, Ġabra p. I-2477</REF.DOC.ECR>, punt 11, u Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 63).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, f’dan il-każ, li l-annullament eventwali tal-Artikolu 1(2) tad-deċiżjoni kkontestata mill-Qorti Ġenerali u l-irkupru sussegwenti tal-għajnuna kkontestata mingħand il-Banco Popular Español ma jippermettux li dan jiġi kkunsidrat bħala kkonċernat individwalment.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan ir-rikors lanqas ma jista’ jiġi ddikjarat ammissibbli abbażi tar-rappreżentanza mir-rikorrenti tal-Banco Popular Español.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka b’mod sussidjarju, insostenn għall-ammissibbiltà tar-rikors tagħha, l-interess tagħha stess li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tagħha fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita fil-kuntest ta’ rikorsi ppreżentati minn assoċjazzjonijiet, partikolarment mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19880202">2 ta’ Frar 1988</DATE>, Kwekerij van der Kooy <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="67/85+68/85+70/85" PAGE.ECR="219" YEAR="1988">67/85, 68/85 u 70/85, Ġabra p. 219</REF.DOC.ECR>), u s-sentenza CIRFS <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitati iktar ’il fuq, invokati mir-rikorrenti, rikorrent jista’ jkun ċertament individwalment ikkonċernat abbażi tal-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-proċedura li tkun wasslet għall-adozzjoni tal-att ikkontestat. Madankollu, dawn il-każijiet kienu jikkonċernaw sitwazzjonijiet partikolari fejn ir-rikorrent kien jokkupa pożizzjoni ta’ negozjatur stabbilita b’mod ċar u marbuta mill-qrib mas-suġġett stess tad-deċiżjoni, li poġġietu f’sitwazzjoni ta’ fatt li kienet tikkaratterizzah meta mqabbel ma’ kull persuna oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, 3F vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/07 P" PAGE.ECR="I-5963" YEAR="2009">C-319/07 P, Ġabra p. I-5963</REF.DOC.ECR>, punti 85 sa 95 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Aktionsgemeinschaft Recht und Eigentum, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-78/03 P" PAGE.ECR="I-10737" YEAR="2005">C-78/03 P, Ġabra P. I-10737</REF.DOC.ECR>, punt 58) jirriżulta li r-rwol ta’ assoċjazzjoni li ma jmurx lil hinn mill-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali rrikonoxxuti lill-persuni kkonċernati mill-Artikolu 108(2) TFUE, kif ukoll mill-Artikolu 1(h) u l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) ma jistax jiġi assimilat ma’ dak tar-rikorrenti fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi Kwekerij van der Kooy <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni u CIRFS <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitati iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Is-sentenzi ċċitati mir-rikorrenti ma jikkontestawx din l-interpretazzjoni tas-sentenza Kwekerij van der Kooy <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq. Fil-fatt, il-punt 35 tas-sentenza AAC <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, jinsab fil-parti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-argumenti tal-partijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tas-sentenza u jesponi argument tal-Kummissjoni intiż sabiex jikkontesta l-ammissibbiltà tar-rikors ippreżentat mill-Association des amidonneries de céréales de la CEE (AAC) billi jippreżentata l-interpretazzjoni tagħha tas-sentenza Kwekerij van der Kooy <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iktar ’il fuq. Barra minn hekk, fil-punt 89 tas-sentenza Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq u ċċitata wkoll mir-rikorrenti, il-Qorti Ġenerali aċċettat li, minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċedura amministrattiva, il-parti li talbet tintervjeni kienet iġġustifikat interess fis-soluzzjoni tal-kawża. Il-Qorti Ġenerali għalhekk iddeċidiet abbażi ta’ kundizzjoni distinta minn dik inkwistjoni f’dan il-każ, jiġifieri dik tal-interess fis-soluzzjoni tal-kawża mitlub mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex isir intervent f’kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li r-rikorrenti llimitat ruħha biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, bħall-partijiet interessati l-oħrajn, ir-rikors tagħha ma jistax jiġi ddikjarat ammissibbli abbażi tad-difiża tal-interessi tagħha stess fil-kuntest tal-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, hemm lok li dan ir-rikors jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef hija kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li minbarra li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, hija tbati wkoll dawk tal-Kummissjoni, skont it-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Asociación Española de Banca hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT><P>Il-Lussemburgu, id-<DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>.</P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Reġistratur</P><P>E. Coulon</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>President</P><P>L. Truchot</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>