<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑341/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0341</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:576">EU:C:2016:576</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160720">20.7.2016</DATE> – KAWŻA C‑341/15</P><P>MASCHEK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20160720">20 ta’ Lulju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal leave annwali mħallas</KEYWORD><KEYWORD>Irtirar fuq talba tal-persuna kkonċernata</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiem li ma jkunx għamel użu mid-drittijiet kollha tiegħu tal-leave annwali mħallas qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud</KEYWORD><KEYWORD>Leave tal-mard</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑341/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (qorti amministrattiva ta’ Vjenna, l-Awstrija), b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150622">22 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150708">8 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hans Maschek</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Magistratsdirektion der Stadt Wien – Personalstelle Wiener Stadtwerke,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen (Relatur), President ta’ Awla, A. Borg Barthet u E. Levits, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Kellerbauer u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba saret fil-kuntest ta’ kawża bejn H. Maschek u l-Magistratsdirektion der Stadt Wien – Personalstelle Wiener Stadtwerke (amministrazzjoni tal-awtoritajiet muniċipali tal-belt ta’ Vjenna – dipartiment tal-persunal tas-servizzi tekniċi tal-belt ta’ Vjenna, l-Awstrija), l-amministrazzjoni li timpjegah, dwar allowance għal leave annwali mħallas li ma tteħidx minn H. Maschek qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol tiegħu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2003/88</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2033/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Leave annwali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perijodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistgħax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/88 ġiet trasposta fid-dritt Awstrijak, u b’mod partikolari, fir-rigward tal-uffiċjali tal-belt ta’ Vjenna, bl-Artikolu 41a tal-Gesetz über das Besoldungsrecht der Beamten der Bundeshauptstadt Wien – Besoldungsordnung 1994 (liġi dwar ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali tal-belt kapitali federali Vjenna, Leġiżlazzjoni dwar ir-remunerazzzjoni 1994), kif emendata fl-2014 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>BO<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="041A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm ma jiġix impjegat mill-ġdid f’dipartiment ieħor tal-belt ta’ Vjenna, uffiċjal għandu dritt, meta jitlaq mis-servizz jew meta tintemm ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, għal allowance kumpensatorja għal parti tal-leave annwali tiegħu li ma jkunx ħa [allowance (għal leave annwali mħallas mhux meħud)].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-uffiċjal għandu jkun responsabbli għall-fatt li ma jkunx għamel użu mid-drittijiet kollha tiegħu għal leave annwali b’mod partikolari meta jitlaq mis-servizz</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>fil-każ ta’ tkeċċija [...] sa fejn jitkeċċa għal raġunijiet ta’ <HT TYPE="ITALIC">culpa</HT>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>fil-każ ta’ terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol konformement mal-Artikolu 33(1) [assenza inġustifikata], mal-Artikolu 73 [riżenja] jew mal-Artikolu 74 [tkeċċija] [tal-Gesetz über das Dienstrecht der Beamten der Bundeshauptstadt Wien – Dienstordnung 1994 (liġi dwar l-uffiċjali tal-belt kapitali federali ta’ Vjenna – Leġiżlazzjoni dwar is-servizzi 1994) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>DO<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)] jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>fil-każ ta’ rtirar fuq talba tiegħu skont il-punt 1 tal-Artikolu 68b(1), l-Artikolu 68c(1) jew l-Artikolu 115i tad-[DO].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041A.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>L-allowance [għal leave annwali mħallas mhux meħud] hija kkalkolata separatament għal kull sena kalendarja li għaliha ma jkunux ittieħdu d-drittijiet għal leave annwali li ma jkunux iddekadew.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041A.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>L-uffiċjal għandu dritt għal allowance [għal leave annwali mħallas mhux meħud] għas-saldu tad-drittijiet tiegħu li jistgħu jiġi rkuprati li jkun baqa’ wara li jkunu tnaqqsu l-ġranet effettivament meħuda matul is-sena ċivili.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 68c(1) tad-DO jipprovdi li uffiċjal li jkun għalaq is-60 sena jista’, fuq talba tiegħu, jiġi rtirat meta t-tluq tiegħu jkun kompatibbli mal-interessi tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 68b(1) tad-DO, it-talba ta’ uffiċjal għall-irtirar għandha tintlaqa’:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="068B.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>meta l-uffiċjal kellu karriera li tkun damet 540 xahar</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="068B.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>meta l-uffiċjal ma jkunx jista’ jwettaq xogħlu minħabba inkapaċità ta’ xogħol fis-sens tal-Artikolu 68a(2) tad-DO.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 115i(1) tad-DO jipprovdi li t-talba għall-irtirar tal-uffiċjal għandha tintlaqa’ jekk huwa jkun laħaq età ta’ bejn 720 u 776 xahar u jkun wettaq, qabel l-irtirar tiegħu, numru suffiċjenti ta’ perijodi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-pensjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>H. Maschek, imwieled fis-<DATE ISO="19490117">17 ta’ Jannar 1949</DATE>, ilu uffiċjal tal-belt ta’ Vjenna mit-<DATE ISO="19780103">3 ta’ Jannar 1978</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Bejn il-<DATE ISO="20101115">15 ta’ Novembru 2010</DATE> u t-<DATE ISO="20120630">30 ta’ Ġunju 2012</DATE>, id-data tal-irtirar tiegħu, huwa kien assenti mix-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni li mill-fajl amministrattiv ta’ H. Maschek jirriżulta li l-amministrazzjoni li timpjegah inkludiet fir-reġistru tagħha, bħala assenza għal raġunijiet ta’ mard, biss il-perijodu bejn il-15 ta’ Novembru u l-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-organizzazzjoni li timpjega lil H. Maschek ma kkontestatx l-assenzi l-oħra ta’ dan tal-aħħar matul il-perijodu mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE> u t-<DATE ISO="20120630">30 ta’ Ġunju 2012</DATE>, minħabba li kienet ikkonkludiet, ma’ dan tal-aħħar, żewġ ftehimiet dwar dawn l-assenzi u l-konsegwenzi tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-ewwel ftehim, konkluż fl-<DATE ISO="20100620">20 ta’ Ġunju 2010</DATE>, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.P><TXT>Ġenerali</TXT></NP></TI></TITLE><P>Is-sitwazzjoni ma tippermetti f’ebda każ li l-belt ta’ Vjenna tkompli tibbenefika mis-servizzi ta’ H. Maschek bħala kap ta’ unità lil hinn mill-perijodu indikat hawn taħt.</P><P>Fid-dawl tal-irtirar ta’ H. Maschek previst għall-<DATE ISO="20111001">1 ta’ Ottubru 2011</DATE>, il-belt ta’ Vjenna ftiehmet miegħu dan li ġej:</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Talba għall-irtirar tal-<DATE ISO="20111001">1 ta’ Ottubru 2011</DATE></TXT></NP></TI></TITLE><P>Sal-aħħar tas-sena, H. Maschek għandu jippreżenta talba għall-irtirar b’effett mill‑<DATE ISO="20111001">1 ta’ Ottubru 2011</DATE>.</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Funzjoni ta’ kap ta’ unità</TXT></NP></TI></TITLE><P>Sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel, H. Maschek għandu jissokta bil-pożizzjoni tiegħu ta’ kap ta’ unità sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Sa din id-data, huwa għandu jagħmel użu minn 5 sa 6 ġimgħat mil-leave annwali tiegħu. It-tqassim tal-leave tiegħu għandu jitwettaq sal-aħħar ta’ Ottubru konformement mal-Wiener Linien [linji gwida tal-belt ta’ Vjenna].</P><P>Fl-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, H. Maschek ser ikun illiberat mill-funzjoni tiegħu ta’ kap ta’ unità.</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Rinunzja tas-servizz</TXT></NP></TI></TITLE><P>B’effett mill-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-Magistratsdirektion-Personalstelle Wiener Stadtwerke għandu jirrinunzja għas-servizzi ta’ H. Maschek, li jibqa’ jirċievi s-salarju<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>It-tieni ftehim, konkluż fil-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, u li jissostitwixxi l-ewwel wieħed, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.P><TXT><P>Ġenerali</P></TXT></NP></TI></TITLE><P>Il-partijiet firmatarji ta’ dan il-ftehim jaqblu li s-servizzi ta’ H. Maschek fil-funzjoni ta’ kap ta’ unità ma jistgħux jibqgħu jiġu pprovduti lil hinn mill-perijodu indikat hawn taħt.</P><P>Fid-dawl tal-irtirar ta’ H. Maschek previst għall-<DATE ISO="20121001">1 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-belt ta’ Vjenna ftiehmet miegħu dan li ġej:</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Talba għall-irtirar tal-<DATE ISO="20120701">1 ta’ Lulju 2012</DATE></TXT></NP></TI></TITLE><P>H. Maschek għandu jippreżenta, bil-miktub, talba għall-irtirar b’effett mill-<DATE ISO="20120701">1 ta’ Lulju 2012</DATE>. Id-deċiżjoni tal-irtirar ta’ H. Maschek ser tiġi kkomunikata lilu personalment [...] H. Maschek jiddikjara bil-miktub li ma huwiex ser jikkontesta legalment din id-deċiżjoni.</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Funzjoni ta’ kap ta’ unità</TXT></NP></TI></TITLE><P>H. Maschek eżerċita l-funzjoni ta’ kap ta’ unità sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Huwa ġie lliberat minn din il-funzjoni b’effett mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>.</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Rinunzja tas-servizz</TXT></NP></TI></TITLE><P>B’effett mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, il-Magistratsdirektion-Personalstelle Wiener Stadtwerke, bi ftehim ma’ Wiener Linien GmbH &amp; Co KG, għandu jirrinunzja s-servizzi ta’ H. Maschek, li jibqa’ jirċievi s-salarju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P><P>[...]</P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Kundizzjoni sospensiva</TXT></NP></TI></TITLE><P>Dan il-ftehim huwa suġġett għall-kundizzjoni sospensiva li d-dikjarazzjoni ta’ rinunzja tal-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE> tagħti lok għall-effetti legali kollha u li H. Maschek jiddikjara legalment li huwa ser jirrinunzja għal kull azzjoni legali kif previst fl-Artikolu 2 ta’ dan il-ftehim.”</P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-mument tal-konklużjoni tat-tieni ftehim, H. Maschek ippreżenta wkoll talba għall-irtirar. Konsegwentement, l-amministrazzjoni li timpjegah adottat, fil-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, deċiżjoni li permezz tagħha H. Maschek ġie rtirat b’effett mill-<DATE ISO="20120701">1 ta’ Lulju 2012</DATE>, abbażi tal-Artikolu 115i(1) tad-DO. Għaldaqstant, H. Maschek intrabat li jirrinunzja għal kull azzjoni legali kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, huwa għalhekk stabbilit, minn naħa, li mill-<DATE ISO="20101115">15 ta’ Novembru 2010</DATE> sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, l-assenza ta’ H. Maschek mill-post tax-xogħol kienet iġġustifikata minħabba leave tal-mard u, min-naħa l-oħra li, mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE> sat-<DATE ISO="20120630">30 ta’ Ġunju 2012</DATE>, jiġifieri sakemm intemmet ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu minħabba l-irtirar, H. Maschek kien marbut li jkun assenti mix-xogħol minħabba l-istruzzjonijiet tas-servizz, li kienu jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-tieni ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>H. Maschek isostni madankollu li huwa marad ftit qabel it-<DATE ISO="20120630">30 ta’ Ġunju 2012</DATE>. Konsegwentement, huwa jqis li għandu dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud u f’dan ir-rigward, huwa ppreżenta talba lill-amministrazzjoni li timpjegah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140701">1 ta’ Lulju 2014</DATE>, din tal-aħħar ċaħdet it-talba tiegħu, abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 41a(2) tal-BO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Verwaltungsgericht Wien (qorti amministrattiva ta’ Vjenna), li quddiemha tressaq rikors minn H. Maschek kontra din id-deċiżjoni, sostniet, fl-ewwel lok, li kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 41a(2) tal-BO mal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-fehma tagħha, l-Artikolu 41a(2) tal-BO iċaħħad lill-uffiċjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>li huwa responsabbli għall-fatt li ma jkunx għamel użu mid-drittijiet kollha tiegħu għal leave annwali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> b’mod partikolari, jekk jiġi rtirat abbażi tal-Artikolu 115i(1) tad-DO, kif inhuwa l-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tqis, fid-dawl ta’ sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, li l-Artikolu 41a(2) tal-BO probabbilment imur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/8, sa fejn l-uffiċjal, li jkun ġie rtirat fuq talba tiegħu, jiċċaħħad mid-dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud, anki meta, ftit qabel l-irtirar tiegħu, l-imsemmi uffiċjal kien marid u ppreżenta ċertifikat mediku f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud ta’ ħaddiem, bħal fil-kawża prinċipali, li ma setax jagħmel użu mid-drittijiet kollha tiegħu għal leave annwali mħallas qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu. Hija tqis, b’mod partikolari, li l-għoti ta’ din l-allowance għandha tkun suġġetta għall-fatt li tali ħaddiem għandu jinforma lil min jimpjegah bil-mard tiegħu fi żmien xieraq u jipprovdi ċertifikat mediku li jiġġustifikah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tqajjem il-kwistjoni dwar jekk, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-Artikolu 41a(1) u (2) tal-BO imur kontra d-dritt tal-Unjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhiex tipprovdi, favur ħaddiema li illegalment jiċċaħdu minn allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud skont din id-dispożizzjoni, modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt iktar favorevoli minn dawk previsti mill-imsemmija direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammont tal-allowance li għandha tingħata lil dawn il-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Wien (qorti amministrattiva ta’ Vjenna) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>“1)</NO.P><TXT>Dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 41a(2) tal-[BO], li ma tipprovdi ebda allowance [għal leave annwali mħallas mhux meħud] fis-sens tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE favur ħaddiem li, fuq talba tiegħu stess, itemm ir-relazzjoni ta’ xogħol b’effett minn mument partikolari hija kompatibbli mal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li kull ħaddiem li jtemm ir-relazzjoni ta’ xogħol fuq talba tiegħu stess għandu jagħmel dak kollu li huwa neċessarju sabiex jagħmel użu mid-drittijiet tiegħu ta’ leave annwali qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol u li, meta tintemm ir-relazzjoni tax-xogħol fuq talba tal-ħaddiem, dan ikollu biss dritt għal [allowance għal leave<?PAGE NO="6"?> annwali mħallas mhux meħud] jekk, anki wara li jkun ressaq talba għal leave annwali li jibda mill-jum li fih huw talab it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, dan il-ħaddiem ma setax jagħmel użu mid-drittijiet tiegħu b’mod li jikkorrispondi mal-ammont li hija bbażata fuqu t-talba għall-allowance [hija kompatibbli mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE]?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Għandu jitqies li l-ħaddiem ma jkollux dritt għal [allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud] minflok id-drittijiet għal leave annwali tiegħu, meta, minħabba inkapaċità għax-xogħol, huwa ma setax jagħmel użu mid-drittijiet tiegħu għal leave annwali immedjatament qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol tiegħu, [minn naħa] meta informa lil persuna li timpjegah b’din l-inkapaċità għax-xogħol (li tirriżulta, pereżempju, minn marda) mingħajr dewmien indebitu (u għalhekk, bħala prinċipju, qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol) u [min-naħa l-oħra,] ipproduċa prova ta’ din l-inkapaċità għax-xogħol (li tirriżulta, pereżempju, minn marda) (b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat mediku) mingħajr dewmien indebitu (u għalhekk, bħala prinċipju, qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol)?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ħaddiem li, minħabba inkapaċità għax-xogħol, ma setax jagħmel użu mid-drittijiet tiegħu għal leave annwali immedjatament qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol tiegħu, ikollu biss dritt għal [allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud] [minn naħa,] jekk ikun informa lill-persuna li timpjegah b’din l-inkapaċità għax-xogħol (li tirriżulta, pereżempju, minn marda) mingħajr dewmien indebitu (u għalhekk, bħala prinċipju, qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol) u [min-naħa l-oħra,] jekk ikun ipproduċa prova ta’ din l-inkapaċità għax-xogħol (li tirriżulta, pereżempju, minn marda) (b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat mediku) mingħajr dewmien indebitu (u għalhekk, bħala prinċipju, qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol) hija kompatibbli mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ara sentenzi tat-<DATE ISO="20040318">18 ta’ Marzu 2004</DATE>, C‑342/01 [Gomez], punt 31; tal-<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, C‑282/10 [Dominguez], punti 47 sa 50, u tat-<DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, C‑337/10 [Neidei], punt 37), l-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet legali li jipprovdu, favur il-ħaddiema, drittijiet ta’ leave annwali jew allowance kumpensatorja ta’ leave annwali iktar favorevoli mid-drittijiet minimi ggarantiti mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88. Dawn id-drittijiet minimi ggarantiti mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandhom effett dirett (ara sentenzi tal-<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, C‑282/10 [Dominguez], punti 34 sa 36, u tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, C‑118/13 [Boilacke], punt 28).</TXT><P>Fid-dawl ta’ din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, il-fatt li l-leġiżlatur nazzjonali jawtorizza, lil ċerta kategorija ta’ persuni, dritt għal [allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud] li huwa sostanzjalment iktar favorevoli minn dak li huwa previst minn din id-dispożizzjoni tad-direttiva, għandu bħala konsegwenza li, minħabba l-effett dirett tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, il-persuni li, bi ksur [ta’ din id-] direttiva, ġew miċħuda allowance kumpensatorja skont il-liġi nazzjonali huma wkoll intitolati għall-istess dritt għal [allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud] li huwa sostanzjalment iktar favorevoli minn dak li huwa previst minn din id-dispożizzjoni tad-direttiva, u li huwa previst fir-rigward tal-persuni li tiffavorixxi l-leġiżlazzjoni nazzjonali?</P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tat-tliet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ċċaħħad mid-dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud, lil ħaddiem li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun intemmet wara t-talba tiegħu għall-irtirar u li ma setax jagħmel użu mid-drittijiet tiegħu kollha għal leave annwali mħallas qabel it-tmiem ta’ din ir-relazzjoni ta’ xogħol. Fl-affermattiv, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhiex, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 tipprovdi,<?PAGE NO="7"?> favur ħaddiem li, bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni ma għandux dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud, modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt iktar favorevoli minn dawk li jirriżultaw mid-Direttiva 2003/88, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammont tal-allowance li għandha tingħatalu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta siewja għall-qorti tar-rinviju, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li kif jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, dispożizzjoni li d-direttiva ma tippermettix li ssir deroga minnu, kull ħaddiem għandu dritt għal leave annwali mħallas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat. Dan id-dritt għal leave annwali mħallas li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jitqies bħala prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari, huwa għalhekk mogħti lil kull ħaddiem, indipendentement mill-istat ta’ saħħa tiegħu (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neidel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:263">EU:C:2012:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Meta r-relazzjoni ta’ xogħol tintemm u li, għalhekk, it-teħid ta’ leave annwali mħallas ma huwiex iktar possibbli, l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 jipprovdi li l-ħaddiem għandu dritt għal allowance sabiex jiġi evitat li, minħabba din l-impossibbiltà, kull użu mill-ħaddiem ta’ dan id-dritt, anki f’forma pekunjarja, ma jiġix eskluż (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> ; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neidel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:263">EU:C:2012:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Bollacke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑118/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1755">EU:C:2014:1755</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistabbilixxi ebda kundizzjoni għall-għoti tad-dritt għal allowance għajr dak relatat mal-fatt, minn naħa, li r-relazzjoni ta’ impjieg tkun intemmet, min-naħa l-oħra, li l-ħaddiem ma jkunx ħa l-leave annwali kollu li għalih huwa kien intitolat fid-data meta din ir-relazzjoni ntemmet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Isegwi li, konformement mal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88, ħaddiem li ma setax jagħmel użu mid-drittijiet kollha tiegħu għal leave annwali mħallas qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, għandu dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud. F’dan ir-rigward, ma hijiex rilevanti r-raġuni li għaliha r-relazzjoni ta’ xogħol intemmet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li l-ħaddiem itemm, fuq talba tiegħu stess, ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, ma huwiex rilevanti għad-dritt tiegħu, skont il-każ, għal allowance għad-drittijiet għal leave annwali mħallas li ma setax jisfrutta qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ċċaħħad minn dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud lil ħaddiem li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun intemmet wara talba għall-irtirar min-naħa tiegħu u li ma setax jagħmel użu mid-drittijiet kollha tiegħu qabel it-tmiem ta’ din ir-relazzjoni ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tieni nett, ta’ sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiċi nazzjonali li jipprevedu li, meta tintemm ir-relazzjoni ta’ xogħol, ebda allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud ma għandha titħallas lil ħaddiem assenti mix-xogħol minħabba leave għal mard matul il-perijodu ta’ referenza kollu jew matul parti minnu u/jew matul il-perijodu ta’ differiment jew matul parti minnu, raġuni li għaliha ma setax jagħmel użu mid-dritt għal leave annwali tiegħu (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neidel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:263">EU:C:2012:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li, mal-irtirar, ħaddiem ikollu dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud minħabba l-fatt li ma setax jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu għal raġunijiet ta’ mard (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neidel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:263">EU:C:2012:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Isegwi li, fir-rigward tal-perijodu bejn il-15 ta’ Novembru u l-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, li matul tiegħu huwa stabbilit li H. Maschek kien fuq leave għal mard u li, għal din ir-raġuni, huwa ma setax, matul dan il-perijodu, jagħmel użu mid-drittijiet għal leave annwali mħallsa li huwa kien akkwista, dan tal-aħħar għandu dritt, konformement mal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88, għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt għal leave annwali, stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, għandu għan doppju, jiġifieri li jippermetti lil ħaddiem jistrieħ mit-twettiq tal-kompiti li huwa għandu obbligu jwettaq skont il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu u jgawdi perijodu ta’ rilassament u rikreazzjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111122">22 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>KHS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:761">EU:C:2011:761</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u sabiex jiġi żgurat l-effett utli ta’ dan id-dritt għal leave annwali, hemm lok li jiġi kkonstatat li ħaddiem li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun intemmet u li, abbażi ta’ ftehim konkluż ma’ min jimpjegah, filwaqt li baqa’ jirċievi s-salarju, kien marbut ma jmurx għax-xogħol matul perijodu partikolari li ppreċeda l-irtirar tiegħu, ma għandux dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud matul dan il-perijodu, sakemm ma setax jagħmel użu minn dawn id-drittijiet għal raġunijiet ta’ mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk, konformement mat-tieni ftehim konkluż bejn H. Maschek u l-amministrazzjoni li timpjegah, tal-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, kif riprodott fil-punt 13 ta’ din is-sentenza, H. Maschek kienx effettivament marbut ma jmurx għax-xogħol matul il-perijodu mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE> sat-<DATE ISO="20120630">30 ta’ Ġunju 2012</DATE>, u baqa’ jirċievi s-salarju tiegħu. Fl-affermattiv, H. Maschek ma għandux dritt għal allowance għal leave annwali mħallas li ma setax jagħmel użu minnu qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Kuntrarjament, jekk matul dan il-perijodu, H. Maschek ma setax jagħmel użu mid-drittijiet għal leave annwali mħallas tiegħu għal raġunijiet ta’ mard, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, dan tal-aħħar ikollu dritt, konformement mal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tielet nett, tal-kwistjoni dwar jekk, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhiex tipprovdi, favur ħaddiem li, bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, ma għandux dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud, modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt iktar favorevoli minn dawk li jirriżultaw mid-Direttiva 2003/88, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammont tal-allowance li għandha tingħatalu, għandu jitfakkar li, għalkemm id-Direttiva 2003/88 għandha bħala għan li tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, li l-Istati Membri għandhom josservaw, dawn tal-aħħar għandhom, konformement mal-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva, id-dritt li jintroduċu dispożizzjonijiet iktar favorevoli għall-ħaddiema. Għalhekk, id-Direttiva 2003/88 ma tipprekludix dispożizzjonijiet interni li jipprovdu leave annwali ta’ perijodu itwal mill-perijodu minimu ta’ erba’ ġimgħat iggarantit mill-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, mogħti taħt il-kundizzjonijiet ta’ intitolament u ta’ għoti stabbiliti mid-dritt nazzjonali (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Dominguez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑282/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:33">EU:C:2012:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neidel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:263">EU:C:2012:263</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, minn naħa, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu jekk jagħtux lil ħaddiema leave annwali mħallas flimkien mal-leave annwali minimu mħallas ta’ erba’ ġimgħat previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88. F’din is-sitwazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-għoti, lil ħaddiem li, għal raġunijiet ta’ mard, ma setax jagħmel użu mill-leave annwali mħallas addizzjonali qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, ta’ dritt għal allowance li jikkorrispondi ma’ dan<?PAGE NO="9"?> il-perijodu addizzjonali. Min-naħa l-oħra, huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ dan l-għoti (ara, sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neidel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:263">EU:C:2012:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata lid-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju għandha tkun li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ċċaħħad minn dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud lil ħaddiem li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun intemmet wara talba għall-irtirar min-naħa tiegħu u li ma setax jagħmel użu mid-drittijiet kollha tiegħu qabel it-tmiem ta’ din ir-relazzjoni ta’ xogħol;</P></ITEM><ITEM><P>mal-irtirar, ħaddiem ikollu dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud minħabba l-fatt li ma setax jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu għal raġunijiet ta’ mard;</P></ITEM><ITEM><P>ħaddiem li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun intemmet u li, abbażi ta’ ftehim konkluż ma’ min jimpjegah, filwaqt li baqa’ jirċievi s-salarju, kien marbut ma jmurx għax-xogħol matul perijodu partikolari li ppreċeda l-irtirar tiegħu, ma għandux dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud matul dan il-perijodu, sakemm ma setax jagħmel użu minn dawn id-drittijiet għal raġunijiet ta’ mard;</P></ITEM><ITEM><P>huma l-Istati Membri, minn naħa, li għandhom jiddeċiedu jekk jagħtux lil ħaddiema leave annwali mħallas flimkien mal-leave annwali minimu mħallas ta’ erba’ ġimgħat previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88. F’din is-sitwazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-għoti, lil ħaddiem li, għal raġunijiet ta’ mard, ma setax jagħmel użu mill-leave annwali mħallas addizzjonali qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, ta’ dritt għal allowance li jikkorrispondi ma’ dan il-perijodu addizzjonali. Min-naħa l-oħra, huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ dan l-għoti.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ċċaħħad minn dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud lil ħaddiem li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun intemmet wara talba għall-irtirar min-naħa tiegħu u li ma setax jagħmel użu mid-drittijiet kollha tiegħu qabel it-tmiem ta’ din ir-relazzjoni ta’ xogħol;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">mal-irtirar, ħaddiem ikollu dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud minħabba l-fatt li ma setax jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu għal raġunijiet ta’ mard;</HT></P></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">ħaddiem li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tkun intemmet u li, abbażi ta’ ftehim konkluż ma’ min jimpjegah, filwaqt li baqa’ jirċievi s-salarju, kien marbut ma jmurx għax-xogħol matul perijodu partikolari li ppreċeda l-irtirar tiegħu, ma għandux dritt għal allowance għal leave annwali mħallas mhux meħud matul dan il-perijodu, sakemm ma setax jagħmel użu minn dawn id-drittijiet għal raġunijiet ta’ mard;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">huma l-Istati Membri, minn naħa, li għandhom jiddeċiedu jekk jagħtux lil ħaddiema leave annwali mħallas flimkien mal-leave annwali minimu mħallas ta’ erba’ ġimgħat previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88. F’din is-sitwazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-għoti, lil ħaddiem li, għal raġunijiet ta’ mard, ma setax jagħmel użu mill-leave annwali mħallas addizzjonali qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, ta’ dritt għal allowance li jikkorrispondi ma’ dan il-perijodu addizzjonali. Min-naħa l-oħra, huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ dan l-għoti.</HT></P></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>