8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

28


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 54/2007

tat-22 ta’ Jannar 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Mill-1 ta’ Jannar 2007, l-Unjoni Ewropea se tinkludi żewġ Stati Membri ġodda, ir-Rumanija u l-Bulgarija. L-Artikolu 6(7) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni jipprevedi li r-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tessili u tal-ħwejjeġ għandhom jiġu aġġustati biex iqisu l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda tal-Komunità. Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi fil-Komunità mkabbra għandhom b’konsegwenza jiġu aġġustati sabiex ikopru l-importazzjonijiet fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda. Dan jeħtieġ emendi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1).

(2)

Sabiex it-tkabbir tal-Komunità ma jkollux effetti ristrettivi fuq il-kummerċ, meħtieġ, meta jiġu emendati l-kwantitajiet, li tintuża metodoloġija li tikkunsidra, għall-finijiet ta’ l-aġġustament tal-livelli tal-kwoti l-ġodda, l-importazzjonijiet tradizzjonali fl-Istati Membri l-ġodda. Formula li tikkonsisti fil-medja ta’ l-importazzjoni ta’ l-aħħar tliet snin fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda li toriġina f’pajjiżi terzi, tipprovdi kejl adegwat ta’ dawn il-flussi storiċi. Is-snin 2003 sa l-2005 ntgħażlu bħala dawk l-iżjed sinifikanti, peress li jirrappreżentaw l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli dwar l-importazzjonijiet ta’ tessuti u ħwejjeġ fis-żewġ Stati Membri l-ġodda.

(3)

Għalhekk, l-Annessi V u VII tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandhom jiġu emendati biex jelenkaw il-livelli ta’ kwoti applikabbli mid-data tat-tkabbir, jiġifieri l-1 ta’ Jannar 2007.

(4)

Id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandhom jiġu adattati sabiex japplikaw fl-Istati Membri l-ġodda. Konsegwentement, l-inizjali ta’ l-Istati Membri l-ġodda għandhom jiddaħħlu fl-Anness III.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 huwa emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 9 jinbidel b’dan li ġej:

“9.   Ir-rilaxx għall-moviment liberu f’wieħed mill-Istati Membri l-ġodda li qed jaderixxi fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007, jiġifieri r-Rumanija u l-Bulgarija, ta’ prodotti tessili li huma soġġetti għal limitazzjonijiet kwantitattivi jew għal sorveljanza fil-Komunità u li kienu trasportati qabel l-1 ta’ Jannar 2007 u li jidħlu fiż-2 Stati Membri l-ġodda fl-1 ta’ Jannar 2007 jew wara għandhom jiġu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni. Awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni bħal din għandha tingħata awtomatikament u mingħajr limitazzjoni kwantitattiva mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati, flimkien ma’ provi xierqa, bħal per eżempju polza ta’ tagħbija, li l-prodotti ġew trasportati qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

Liċenzji ta’ din ix-xorta għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.”

2)

Fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Ir-rilaxx għal moviment liberu ta’ prodotti tessili mibgħuta minn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda li qed jaderixxu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007 lejn destinazzjoni ’l barra mill-Komunità għall-ipproċessar qabel l-1 ta’ Jannar 2007, u importati mill-ġdid fl-istess Stat Membru f’din id-data jew wara, permezz ta’ prova adegwata, bħalma hi dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, ma għandhomx jiġu soġġetti għal limiti kwantitattivi jew għal rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandhom jipprovdu informazzjoni dwar dawn l-importazzjonijiet lill-Kummissjoni.”

3)

Fl-Anness III, it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 28(6) jinbidel b’dan li ġej:

“—

żewġ ittri jidentifikaw l-Istat Membru intenzjonat għad-destinazzjoni, jew grupp ta’ tali Stati Membri, kif ġej:

AT

=

L-Awstrija

BG

=

Il-Bulgarija

BL

=

Il-Benelux

ĊY

=

Ċipru

ĊZ

=

Ir-Repubblika Ċeka

DE

=

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

DK

=

Id-Danimarka

EE

=

L-Estonja

GR

=

Il-Greċja

ES

=

Spanja

FI

=

Il-Finlandja

FR

=

Franza

GB

=

Ir-Renju Unit

HU

=

L-Ungerija

IE

=

L-Irlanda

IT

=

L-Italja

LT

=

Il-Litwanja

LV

=

Il-Latvja

MT

=

Malta

PL

=

Il-Polonja

PT

=

Il-Portugall

RO

=

Ir-Rumanija

SE

=

L-Iżvezja

SI

=

Is-Slovenja

SK

=

Is-Slovakkja”

4)

L-Anness V jinbidel bit-test li jidher fil-Parti A ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

5)

Fl-Anness VII, it-tabella tinbidel bit-tabella li tidher fil-Parti B ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)   ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 35/2006 (ĠU L 7, 12.1.2006, p. 8).


ANNESS

PARTI A

L-Anness V huwa mibdul b’dan li ġej:

“ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI KOMUNITARJI

Applikabbli għas-sena 2007


(Id-deskrizzjoni sħiħa tal-merkanzija qed tintwera fl-Anness I)

Limiti kwantitattivi Komunitarji

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

2007

IL-BELARUS

GRUPP IA

1

Tunnellati

1 586

2

Tunnellati

6 643

3

Tunnellati

242

GRUPP IB

4

1 000 unità

1 839

5

1 000 unità

1 105

6

1 000 unità

1 705

7

1 000 unità

1 377

8

1 000 unità

1 160

GRUPP IIA

9

Tunnellati

363

20

Tunnellati

329

22

Tunnellati

524

23

Tunnellati

255

39

Tunnellati

241

GRUPP IIB

12

1 000 par

5 959

13

1 000 unità

2 651

15

1 000 unità

1 726

16

1 000 unità

186

21

1 000 unità

930

24

1 000 unità

844

26/27

1 000 unità

1 117

29

1 000 unità

468

73

1 000 unità

329

83

Tunnellati

184

GRUPP IIIA

33

Tunnellati

387

36

Tunnellati

1 312

37

Tunnellati

463

50

Tunnellati

207

GRUPP IIIB

67

Tunnellati

359

74

1 000 unità

377

90

Tunnellati

208

GRUPP IV

115

Tunnellati

268

117

Tunnellati

2 312

118

Tunnellati

471

IĊ-ĊINA

GRUPP IA

2(inkluż 2a)

Tunnellati

70 636

GRUPP IB

4 (1)

1 000 unità

595 624

5

1 000 unità

220 054

6

1 000 unità

388 528

7

1 000 unità

90 829

GRUPP IIA

20

Tunnellati

18 518

39

Tunnellati

14 862

GRUPP IIB

26

1 000 unità

29 736

31

1 000 unità

250 209

GRUPP IV

115

Tunnellati

5 347

“Appendiċi A ta’ l-Anness V

Kategorija

Pajjiż terz

Kummenti

4

Iċ-Ċina

Għall-iskopijiet ta’ tpaċċija ta’ esportazzjonijiet mal-livelli li dwarhom sar qbil, rata ta’ konverżjoni ta’ ħames biċċiet ta’ ħwejjeġ (minbarra ħwejjeġ tat-trabi) ta’ daqs kummerċjali massimu ta’ 130 ċm għal tliet biċċiet ħwejjeġ li d-daqs kummerċjali tagħhom jaqbeż il-130 ċm tista’ tiġi applikata għal mhux aktar minn 5 % tal-livelli li dwarhom sar qbil.

Il-liċenzja ta’ esportazzjoni li tikkonċerna dawn il-prodotti għandu jkollha, fil-kaxxa 9, il-kliem ‘Ir-rata ta’ konverżjoni għall-ħwejjeġ ta’ daqs kummerċjali ta’ mhux aktar minn 130 ċm għandha tiġi applikata’

”

PARTI B

Fl-Anness VII, it-tabella tinbidel b’dan li ġej:

“Tabella

LIMITI KWANTITATTIVI KOMUNITARJIGĦAL MERKANZIJA IMPORTATA MILL-ĠDID SKOND IL-PROĊEDURI TA’ L-IPPROĊESSAR PASSIV

(Id-deskrizzjoni sħiħa tal-merkanzija qed tintwera fl-Anness I)

Limiti kwantitattivi Komunitarji

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

2007

IL-BELARUS

GRUPP IB

4

1 000 unità

5 796

5

1 000 unità

8 079

6

1 000 unità

10 775

7

1 000 unità

8 088

8

1 000 unità

2 754

GRUPP IIB

12

1 000 par

5 445

13

1 000 unità

853

15

1 000 unità

4 723

16

1 000 unità

962

21

1 000 unità

3 142

24

1 000 unità

809

26/27

1 000 unità

3 938

29

1 000 unità

1 596

73

1 000 unità

6 119

83

Tunnellati

813

GRUPP IIIB

74

1 000 unità

1 067

IĊ-ĊINA

GRUPP IB

4

1 000 unità

450

5

1 000 unità

977

6

1 000 unità

3 589

7

1 000 unità

970

GRUPP IIB

26

1 000 unità

1 707

31

1 000 unità

13 681 ”


(1)  Ara l-Appendiċi A.