|
26.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 813/2014
tat-23 ta' Lulju 2014
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Coppa Piacentina (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Coppa Piacentina”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 894/2011 (3). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (4). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'rabta mad-denominazzjoni “Coppa Piacentina” (DPO), b'dan hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 ta' l-1 ta' Lulju 1996 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19).
(3) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 894/2011 tat-22 ta' Awwissu 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Coppa Piacentina (DPO)](ĠU L 231, 8.9.2011, p. 3).