14.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/34


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9954 — Sumitomo/AAR/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 342/05)

1.   

Fis-6 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun),

—

AAR CORP. (“AAR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

AAR Sumisho Aviation Services LLC (il-“JV”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Sumitomo u AAR jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Sumitomo: kumpanija kummerċjali u ta’ investiment attiva f’diversi setturi, bħall-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, sistemi ta’ trasportazzjoni u ta’ kostruzzjoni, ambjent u infrastruttura, media, networks u prodotti relatati mal-istil tal-ħajja, ir-riżorsi minerali, l-enerġija, il-prodotti kimiċi u l-elettronika.

—

AAR: fornitur diversifikat ta’ prodotti u servizzi lis-swieq tal-avjazzjoni, tal-gvern u tad-difiża madwar id-dinja permezz taż-żewġ segmenti tan-negozju tagħha: (i) Servizz tal-Avjazzjoni u (ii) Servizzi Spedizzjonarji.

—

il-JV: Il-joint venture se tqassam partijiet tal-ajruplan u toffri soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-loġistika tal-avjazzjoni lis-suq tad-difiża Ġappuniż, u se tqassam partijiet minn Manifatturi ta’ Tagħmir Oriġinali bbażati fil-Ġappun lis-suq globali ta’ wara l-bejgħ tal-avjazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9954 — Sumitomo/AAR/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.