|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5443 |
19.10.2026 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542, li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.
(C/2026/5443)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Sergei Vladilenovich KIRIYENKO, li jidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 (2) li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.
Il-Kunsill jipprevedi l-inklużjoni tas-Sur Sergei Vladilenovich KIRIYENKO fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (3), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja abbażi ta' evidenza ġdida u b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet ġdida.
Dik il-persuna hija b'dan infurmata li tista' tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb l-informazzjoni relatata mal-elenkar tagħha fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja qabel is-26 ta' Ottubru 2026 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25.
(2) ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.
(3) ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.
(4) ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5443/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)