|
27.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 341/2 |
P9_TA(2023)0094
Rapport 2022 dwar l-Istat tad-Dritt – is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2023 dwar ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt – is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea (2022/2898(RSP))
(2023/C 341/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3(1), 3(3), it-tieni subparagrafu, 4(3) u l-Artikoli 5, 6, 7, 11, 19 u 49 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-artikoli tiegħu rigward ir-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Unjoni, inklużi l-Artikoli 70, 258, 259, 260, 263, 265 u 267, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2022 intitolata “Ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea” (COM(2022)0500), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (1) (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istrumenti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti tal-Eżami Perjodiku Universali tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-korpi ta’ monitoraġġ tat-trattati tan-Nazzjonijiet Uniti u l-proċeduri speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Kummissarju Għoli għall-Minoranzi Nazzjonali, tar-Rappreżentant għal-Libertà tal-Media u ta’ korpi oħra tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Karta Soċjali Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet, l-opinjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, tal-Kumitat tal-Ministri, tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza, tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar il-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni, id-Diversità u l-Inklużjoni, tal-Kummissjoni ta’ Venezja u ta’ korpi oħra tal-Kunsill tal-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Mejju 2007 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2020 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa 2020-2022, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta motivata tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2017 dwar id-determinazzjoni ta’ riskju ċar ta’ ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja, maħruġa skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE (COM(2017)0835), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tad-19 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Is-soċjetà ċivili tal-Ewropa: għadha taħt pressjoni”, tat-8 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Ir-Rapport tal-2022 dwar id-Drittijiet Fundamentali”, tad-19 ta’ Awwissu 2022 bit-titolu “Il-protezzjoni tal-ispazju ċiviku fl-UE” u tat-3 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Antisemitiżmu – Ħarsa ġenerali tal-inċidenti antisemitiċi rreġistrati fl-Unjoni Ewropea 2011-2021”, u r-rapporti, id-data u l-għodod l-oħra tagħha, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali (EFRIS), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ April 2018 dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit Strument għall-Valuri Ewropej biex jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali fl-Unjoni Ewropea fil-livell lokali u nazzjonali (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1)TUE, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar il-ħtieġa ta’ mekkaniżmu komprensiv tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità (UE, Euratom) 2020/2092 (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar it-tfassil ta’ linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (12), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fl-UE: l-użu indebitu ta’ azzjonijiet fl-ambitu tad-dritt ċivili u kriminali biex jissikktu l-ġurnalisti, l-NGOs u s-soċjetà ċivili (13), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni biex jiġu evitati l-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u nazzjonali f’każ ta’ fondi ta’ emerġenza u oqsma ta’ nfiq relatati mal-kriżi (14), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2022 dwar l-ispazju jiċkien tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (16), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021 (17), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-approvazzjoni potenzjali tal-Pjan Nazzjonali ta’ Rkupru (RRF) tal-Polonja (18), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (19), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2020 u l-2021 (20), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2022 dwar l-Istat tad-Dritt f’Malta, ħames snin wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia (21), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2022 dwar iż-żieda fir-reati ta’ mibegħda kontra persuni LGBTIQ+ fl-Ewropa kollha fid-dawl tal-qtil omofobiku reċenti fis-Slovakkja (22), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Novembru 2022 dwar il-ġustizzja razzjali, in-nondiskriminazzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE (23), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-valutazzjoni tal-konformità tal-Ungerija mal-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità u s-sitwazzjoni attwali tal-RRP Ungeriż (24), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa dwar l-eżitu finali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, |
|
A. |
billi l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri komuni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE dwar ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi – valuri li huma komuni għall-Istati Membri tal-UE u li magħhom il-pajjiżi kandidati sabiex isiru Stati Membri tal-Unjoni jeħtiġilhom jaderixxu bħala parti mill-kriterji ta’ Copenhagen, li ma jistgħux jiġu injorati jew interpretati b’mod differenti wara l-adeżjoni; billi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huma valuri li jsaħħu lil xulxin u li, meta jiġu mminati, jistgħu joħolqu theddida sistemika għall-Unjoni u għad-drittijiet u għal-libertajiet taċ-ċittadini tagħha; billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa vinkolanti għall-Unjoni fit-totalità tagħha u għall-Istati Membri tagħha fil-livelli kollha ta’ governanza, inklużi l-entitajiet subnazzjonali; |
|
B. |
billi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa esprimiet b’mod ċar ix-xewqa li l-UE tiddefendi sistematikament l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha, biex tipproteġi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u żżomm il-kredibbiltà tal-UE meta tippromwovi l-valuri tagħha fi ħdan l-UE u fil-pajjiżi terzi; |
|
C. |
billi l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali fl-Artikolu 4(3) tat-TUE jistabbilixxi obbligu fuq l-Unjoni u l-Istati Membri biex jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati b’rispett reċiproku sħiħ, u fuq l-Istati Membri biex jieħdu kwalunkwe miżura xierqa, ġenerali jew b’mod partikolari, biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
|
D. |
billi ż-żieda ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż konkreti u ġuridikament vinkolanti tgħin lill-Istati Membri jipprevjenu, jidentifikaw u jindirizzaw l-isfidi u r-rigress fir-rigward tal-istat tad-dritt; |
|
E. |
billi l-Istati Membri introduċew miżuri ta’ emerġenza biex jirrispondu għall-pandemija tal-COVID-19; billi, sabiex ikunu legali, dawn kienu meħtieġa jirrispettaw il-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità f’każ ta’ restrizzjoni tad-drittijiet fundamentali jew tal-libertajiet bażiċi; billi xi gvernijiet użaw il-miżuri straordinarji bħala skuża biex idgħajfu l-kontrokontrolli demokratiċi; |
|
F. |
billi jeħtieġ li jissaħħu u jiġu ssemplifikati l-mekkaniżmi eżistenti u jiġi żviluppat mekkaniżmu komprensiv uniku tal-UE biex id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jiġu protetti b’mod effikaċi u biex jiġi żgurat li l-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE jiġu rispettati fl-Unjoni kollha kif ukoll promossi fost il-pajjiżi kandidati, minkejja li b’reġimi ta’ monitoraġġ differenti, sabiex l-Istati Membri ma jitħallewx jiżviluppaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra l-protezzjoni tal-Artikolu 2 tat-TUE; billi l-Kummissjoni u l-Kunsill komplew jinjoraw il-ħtieġa ta’ ftehim internazzjonali dwar mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; |
|
G. |
billi minn Mejju 2022, il-Parlament indirizza wkoll is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Ungerija, f’Malta u fil-Polonja fir-riżoluzzjonijiet tiegħu; billi l-Grupp ta’ Monitoraġġ għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali fi ħdan il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament indirizza wkoll ċerti kwistjonijiet fil-Bulgarija, fil-Greċja, fis-Slovakkja, fis-Slovenja u fi Spanja; |
Valutazzjoni ġenerali tar-rapport
|
1. |
Jilqa’ t-tielet rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt bħala parti mis-sett ta’ għodod tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt; iqis li r-rapport jirrappreżenta pass lejn mekkaniżmu koerenti biex jiġu difiżi l-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, u li l-isfida ewlenija issa hija li jsir użu effikaċi u konsistenti tas-sett ta’ għodod eżistenti, biex jiġu protetti u infurzati dawn il-valuri; |
|
2. |
Jinnota titjib meta mqabbel mal-rapporti annwali preċedenti, bħaż-żieda ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; jilqa’ wkoll l-attenzjoni speċjali mogħtija lill-media tas-servizz pubbliku u lill-miżuri biex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sjieda tal-media, inklużi l-klassifikazzjoni tal-Osservatorju tal-Pluraliżmu tal-Media, il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem mill-Istati Membri, l-attenzjoni mogħtija lill-finanzjament tal-partiti politiċi, l-enfasi fuq il-korpi għall-ugwaljanza, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-ombudspersons, il-monitoraġġ ta’ ħatriet ta’ livell għoli fis-sistema ġudizzjarja u ż-żieda fl-attenzjoni mogħtija lill-professjoni legali, inklużi l-imħallfin, in-nutara u l-avukati; |
|
3. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tipparteċipa b’mod aktar fil-fond fid-dibattiti pubbliċi fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali u tinvesti aktar fis-sensibilizzazzjoni dwar il-valuri tal-Unjoni u l-għodod applikabbli, partikolarment fil-pajjiżi dejn hemm tħassib serju; isostni l-isforzi tal-Kummissjoni maħsuba biex jimmodernizzaw il-metodoloġija ta’ rapportar u jqis li t-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapport għandu jsir id f’id ma’ żieda fir-riżorsi; jemmen li għandu jingħata aktar żmien liż-żjarat tal-pajjiżi tal-Kummissjoni, inkluż fuq il-post; |
|
4. |
Jiddispjaċih bix-xejriet inkwetanti fir-rigward tal-libertà tal-istampa, tal-pluraliżmu tal-media u tas-sikurezza tal-ġurnalisti f’diversi Stati Membri u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tal-media f’edizzjonijiet futuri tar-rapport, inklużi s-sjieda tal-media u l-finanzjament tal-media tas-servizz pubbliku, kif ukoll tifformula rakkomandazzjonijiet u tagħti segwitu permezz ta’ miżuri politiċi u ġuridiċi adegwati; jikkundanna l-indħil politiku ta' tfixkil fid-deċiżjonijiet editorjali, il-kawżi abbużivi (SLAPPs) u s-sorveljanza illegali tal-ġurnalisti, speċjalment permezz tal-użu ta' spyware, u jafferma li l-ġurnalisti se jkomplu jkunu f’riskju sakemm l-istituzzjonijiet jibqgħu ma jistgħux jew ma jridux iressqu quddiem il-qrati il-każijiet ta’ korruzzjoni li jikxfu l-ġurnalisti; |
|
5. |
Jenfasizza r-rwol speċjali li jiżvolġu l-kunsilli nazzjonali tal-ġudikatura fil-protezzjoni tal-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin mill-indħil politiku; jiddeplora l-politiċizzazzjoni kontinwa ta’ dawn il-korpi fi wħud mill-pajjiżi, kif ukoll l-effett devastanti li din għandha fuq l-indipendenza u l-integrità tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom; |
|
6. |
Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fil-ħarsien tal-istat tad-dritt u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Unjoni, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-livell ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-UPPE fir-rapporti sussegwenti; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma sarux membri tal-UPPE biex jagħmlu dan il-pass; |
|
7. |
Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma indirizzatx bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu (25) u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tindirizzahom; |
|
8. |
Huwa mħasseb bin-nuqqas ta’ konsistenza bejn ir-rapport orizzontali u r-rakkomandazzjonijiet, b’mod partikolari li t-tħassib speċifiku għall-pajjiż espress fir-rapport orizzontali ma jikkorrispondix bis-sħiħ għar-rakomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; jitlob li tiġi stabbilita rabta ċara bejn it-tħassib espress u r-rakkomandazzjonijiet imressqa; |
|
9. |
Jenfasizza li l-attakk intenzjonat fuq id-drittijiet tal-grupp minoritarji f’xi Stati Membri ħoloq u kkonsolida ċerta dinamika fi bnadi oħra, kif muri mir-rigress fid-drittijiet tan-nisa, inkluż id-deterjorament fis-sitwazzjoni b’rabta mas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, u tal-persuni LGBTIQ+, tal-migranti u tal-gruppi minoritarji oħra; jitlob li ssir sinteżi tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu fil-kapitoli dwar il-pajjiżi tar-rapport, kif ukoll analiżi tal-mod kif ir-rigress fl-istat tad-dritt jolqot lid-diversi gruppi minoritarji; |
|
10. |
Jikkundanna l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Gvern Taljan lill-Kunsill tal-Belt ta' Milan biex jieqaf jirreġistra t-tfal ta' ġenituri tal-istess sess; jemmen li din id-deċiżjoni inevitabbilment se twassal għal diskriminazzjoni mhux biss kontra koppji tal-istess sess, iżda wkoll primarjament kontra wliedhom; iqis din l-azzjoni bħala ksur dirett tad-drittijiet tat-tfal, kif elenkati fil-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jinsab imħasseb li din id-deċiżjoni hija parti minn attakk usa' kontra l-komunità LGBTQI+ fl-Italja; jistieden lill-Gvern Taljan jirrevoka immedjatament id-deċiżjoni tiegħu; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-elementi rilevanti tal-metodoloġija applikata fir-rapporti annwali dwar l-istat tad-dritt fl-evalwazzjoni tagħha tal-pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati għall-adeżjoni mal-UE; |
Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż
|
12. |
Jilqa’ ż-żieda fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, bħala segwitu mogħti lill-appelli ripetutri tal-Parlament u tas-soċjetà ċivili għal dan il-fini; ifakkar li r-rapporti annwali jservu bħala bażi għal diskussjonijiet infurmati dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet tal-UE; jirrikonoxxi li dawn ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jgħinu biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi bl-għan li jinkiseb titjib reali fl-Istati Membri; jiddeplora, madankollu, il-fatt li r-rakkomandazzjonijiet mhumiex vinkolanti; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar iċ-ċiklu annwali tal-istat tad-dritt billi tivvaluta l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fir-rapport annwali li jmiss, b’parametri referenzjarji speċifiċi u b’kalendarju ċar għall-implimentazzjoni; filwaqt li jiġu indikati b’mod ċar il-progress u r-rigress; |
|
13. |
Jiddispjaċih bil-fatt li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet huma vagi wisq u ma fihomx l-ispeċifiċità meħtieġa biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva; itenni l-ħtieġa li jiġi stabbilit kalendarju għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u li jiġu speċifikati l-konsegwenzi possibbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità; |
|
14. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda l-proċeduri rilevanti mingħajr eżitazzjoni jew dewmien, speċjalment meta l-gvernijiet ma juru ebda rieda li jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; |
|
15. |
Ifaħħar l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiddjaloga aħjar mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali; jirrikonoxxi s-soċjetà ċivili bħala attur essenzjali għall-istat tad-dritt, bi rwol importanti x’tiżvolġi fis-segwitu għar-rapport annwali u fl-implimentazzjoni tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni taħdem favur l-involviment konsistenti u sinifikattiv tas-soċjetà ċivili kemm fit-tħejjija kif ukoll fis-segwitu għar-rapport fil-livell nazzjonali, b’kooperazzjoni mal-FRA, anki billi tħalli biżżejjed żmien biex tagħti kontribut lill-proċess u tinvolvi b’mod estensiv lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili waqt iż-żjarat fil-pajjiżi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura approċċ aktar inklużiv, trasparenti u faċli għall-utent fir-rigward taċ-ċiklu, biex tiżgura obbligu ta’ rendikont u parteċipazzjoni sinifikattiva min-naħa tal-partijiet ikkonċernati matul il-proċess kollu; jitlob li jkun hemm preżentazzjoni aktar sistematika tal-kontribut tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet professjonali, anki mill-ġudikatura, sabiex tiġi ssupplimentata l-informazzjoni li jagħtu l-gvernijiet tal-Istati Membri; |
|
16. |
Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili u ta’ spazju ċiviku san għar-rispett u għall-protezzjoni tal-istat tad-dritt u jtenni t-talba tiegħu biex jiġi ddedikat kapitolu separat għall-kundizzjoni tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri; jisħaq fuq ir-rabtiet bejn l-ispazju ċiviku u l-kwistjonijiet marbuta mal-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvesti, permezz ta’ finanzjamenti apposta, fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, u biex tiżgura protezzjoni adegwata għas-soċjetà ċivili involuta f’dan il-proċess; jinsab imħasseb li d-distribuzzjoni mhux imparzjali tal-finanzjamenti f’xi pajjiżi għandha impatt fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-drittijiet tal-gruppi vulnerabbli jew li jaħdmu b’mod aktar ġenerali għal kawżi li l-gvernijiet ma jappoġġawx; jinkoraġġixxi valutazzjoni bir-reqqa ta’ dawn il-kwistjonijiet fil-pajjiżi kollha koperti mir-rapport u jenfasizza l-ħtieġa li r-rakkomandazzjonijiet tal-pajjiżi jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ġestjoni diretta tal-fondi tal-UE, anki sabiex tiżgura li l-benefiċjarji aħħarin, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu mal-gruppi vulnerabbli, jirċievu l-finanzjamenti tal-UE maħsubin għalihom; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-impatt tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri fuq is-soċjetà ċivili fl-Istati Membri; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jfornu finanzjamenti adegwati għal ġurnaliżmu indipendenti u ta’ kwalità fuq skala Ewropea fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
17. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar ir-risposti nazzjonali għall-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tagħhom fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja u tirrapporta dwar dawn il-proċessi nazzjonali, inklużi l-aħjar prattiki; |
|
18. |
Jiddispjaċih bl-assenza ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relatati mal-użu illegali min-naħa tal-Istati Membri tat-teknoloġiji ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza bħal Pegasus jew Predator, minkejja r-rivelazzjonijiet konkreti u ż-żieda fil-provi rigward l-użu tagħhom kontra ġurnalisti, esponenti politiċi, uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, membri tal-korp diplomatiku, avukati, negozjanti, atturi tas-soċjetà ċivili u atturi oħra; huma mħasseb ferm bir-riskji relatati għas-soċjetà ċivili, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali minħabba l-użu bla kontroll min-naħa tal-gvernijiet nazzjonali ta’ software ta’ spjunaġġ; jiddispjaċih bin-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa ta’ xi awtoritajiet tal-Istati Membri mal-Kumitat ta’ Inkjesta tal-Parlament biex jiġi investigat l-użu ta’ Pegasus jew ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti; |
Talbiet pendenti tal-Parlament fir-rigward tar-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt
|
19. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapportar tagħha bil-għan li jkopri l-valuri kollha minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; itenni l-eżistenza ta’ rabta intrinsika bejn l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jidħlu f’negozjati minnufih mal-Parlament rigward ftehim interistituzzjonali dwar mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, li għandu jkopri l-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE; jiddeplora l-fatt li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem rigward il-migranti li jseħħ fil-fruntieri esterni tal-UE ma jagħmilx parti mill-valutazzjoni li tagħmel il-Kummissjoni; |
|
20. |
Jitlob jiġu inklużi fir-rapport annwali elementi importanti nieqsa tal-lista ta’ kriterji tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-2016 għall-valutazzjoni tal-istat tad-dritt tal-2016, bħall-prevenzjoni tal-abbuż ta' poter, l-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi u n-nondiskriminazzjoni; |
|
21. |
Jilqa’ l-pass li ħadet il-Kummissjoni biex tinkludi fir-rapport tagħha l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem mill-Istati Membri bħala indikatur ta’ kwalità u rispett għall-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni testendi din l-analiżi biex tinkludi l-proċess ta’ eżekuzzjoni adegwat ta’ dawn is-sentenzi fil-livell nazzjonali; |
|
22. |
Iqis li l-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali oħra hija ta’ rilevanza partikolari għall-progress tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-komunikazzjonijiet individwali mill-korpi ta’ monitoraġġ tat-trattati tan-Nazzjonijiet Uniti; |
|
23. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tinkludi kapitolu separat ġdid dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li jkun jivvaluta s-sitwazzjoni fir-rigward tas-separazzjoni tal-poteri, tal-qafas tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, tal-obbligu ta' rendikont u tal-kontrokontrolli; |
|
24. |
Jesprimi dispjaċir kbir għall-inkapaċità tal-Kunsill li jagħmel progress sinifikattiv fil-proċeduri li għaddejjin tal-Artikolu 7(1) tat-TUE; iħeġġeġ lill-Kunsill jindirizza l-iżviluppi ġodda kollha li jaffettwaw l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet fil-qafas ta’ din il-proċedura, filwaqt li jissottolinja li kwalunkwe dewmien ieħor ta’ tali azzjoni jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt mill-Kunsill innifsu; jinsisti li r-rwol u l-kompetenzi tal-Parlament għandhom jiġu rispettati; |
|
25. |
Jikkundanna bil-qawwa lill-awtoritajiet tal-Istati Membri li jirrifjutaw li jipparteċipaw fid-Djalogu annwali tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt; |
|
26. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-rapport jonqos milli jirrikonoxxi b’mod ċar il-proċess deliberat ta’ rigress f’diversi Stati Membri f’dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tagħmilha ċara li meta l-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE jinkisru b’mod sistematiku, deliberat, gravi u permanenti matul perjodu partikolari, l-Istati Membri jistgħu jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji kollha li jiddefinixxu demokrazija; ifakkar li l-Parlament diġà indika li l-Ungerija nbidlet f’reġim ibridu ta’ awtokrazija elettorali, skont l-indiċijiet rilevanti; itenni r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni biex tiddistingwi bejn ksur sistemiku u ksur individwali, biex tevita r-riskju li tibbanalizza l-aktar ksur gravi tal-istat tad-dritt u biex takkumpanja r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż bi skadenzi għall-implimentazzjoni, b’objettivi u b’azzjonijiet konkreti li għandhom jittieħdu; |
|
27. |
Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu rigward l-involviment ta’ grupp ta’ esperti indipendenti biex jagħti pariri lit-tliet istituzzjonijiet, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-FRA; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tistieden lill-FRA tagħti pariri metodoloġiċi u tagħmel riċerka komparattiva biex iżżid id-dettall f’oqsma fundamentali tar-rapport annwali, minħabba r-rabtiet intrinsiċi bejn id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt; jitlob lill-Bureau tiegħu, fid-dawl tan-nuqqas ta’ rieda tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, jorganizza proċedura ta’ akkwist pubbliku sabiex jinħoloq grupp ta’ dan it-tip taħt l-awspiċji tal-Parlament, f’konformità mal-impenn meħud fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu (26), bil-għan li jagħti pariri lill-Parlament dwar il-konformità mal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE fi Stati Membri differenti u juri bl-eżempju kif grupp ta’ dan it-tip jista’ jaħdem fil-prattika; |
|
28. |
Itenni li ċ-ċiklu annwali tal-istat tad-dritt għandu jservi biex jagħti kontribut għall-attivazzjoni ta’ strumenti oħra bil-għan li tingħata risposta lit-theddid jew lill-ksur tal-istat tad-dritt fil-livell nazzjonali, bħall-Artikolu 7 tat-TUE, ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, il-Qafas tal-Istat tad-Dritt, il-proċeduri ta’ ksur, inklużi proċeduri mħaffa, il-proċeduri għal miżuri provviżorji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u l-azzjonijiet rigward in-nuqqas ta' eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-QĠUE, jew l-istrumenti fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-UE; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex toħloq rabta diretta bejn ir-rapporti annwali dwar l-istat tad-dritt, fost sorsi oħra, u l-Mekkaniżmu ta’ Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; |
o
o o
|
29. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.
(3) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
(4) ĠU C 129, 5.4.2019, p. 13.
(5) ĠU C 390, 18.11.2019, p. 117.
(6) ĠU C 433, 23.12.2019, p. 66.
(7) ĠU C 363, 28.10.2020, p. 45.
(8) ĠU C 395, 29.9.2021, p. 2.
(9) ĠU C 415, 13.10.2021, p. 36.
(10) ĠU C 67, 8.2.2022, p. 86.
(11) ĠU C 81, 18.2.2022, p. 27.
(12) ĠU C 99, 1.3.2022, p. 146.
(13) ĠU C 205, 20.5.2022, p. 2.
(14) ĠU C 251, 30.6.2022, p. 48.
(15) ĠU C 347, 9.9.2022, p. 2.
(16) ĠU C 347, 9.9.2022, p. 168.
(17) ĠU C 479, 16.12.2022, p. 18.
(18) ĠU C 493, 27.12.2022, p. 108.
(19) Testi adottati, P9_TA(2022)0324.
(20) Testi adottati, P9_TA(2022)0325.
(21) Testi adottati, P9_TA(2022)0371.
(22) Testi adottati, P9_TA(2022)0372.
(23) Testi adottati, P9_TA(2022)0389.
(24) Testi adottati, P9_TA(2022)0422.
(25) Ir-riżoluzzjonijiet tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt u tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021.
(26) Ir-riżoluzzjonijiet tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt u tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021.