|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5296 |
1.10.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12120 — INFRANITY / OMNES CAPITAL / PCRE JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5296)
1.
Fit-23 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Infranity S.A.S. (“Infranity”, Franza), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Assicurazioni Generali S.p.A. (“Generali Group”, l-Italja), |
|
— |
Omnes Capital S.A.S. (“Omnes Capital”, Franza), |
|
— |
Power Capital Renewable Energy Limited (“PCRE”, l-Irlanda). |
Infranity u Omnes Capital se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ PCRE.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Infranity hija maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv speċjalizzat fl-investimenti fl-infrastruttura, |
|
— |
Omnes Capital timmaniġġja fondi li jikkontrollaw kumpaniji tal-portafoll attivi f’setturi inkluża l-enerġija rinnovabbli, inkluża l-PCRE. |
3.
PCRE hija kumpanija tal-enerġija rinnovabbli speċjalizzata fl-enerġija solari.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12120 — INFRANITY / OMNES CAPITAL / PCRE JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5296/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)