8.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/1165

tat-2 ta' Lulju 2019

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2019)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-28 ta' Settembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUPOL COPPS/1/2017 (2), li ħatret is-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS mill-1 ta' Ottubru 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018.

(3)

Fit-3 ta' Lulju 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUPOL COPPS/1/2018 (3), li estendiet il-mandat tas-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019.

(4)

Fit-28 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1114 (4), li testendi l-mandat tal-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Kauko AALTOMAA bħala Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b'dan estiż mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2019.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)   ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1802 tat-28 ta' Settembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2017) (ĠU L 259, 7.10.2017, p. 20).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/1005 tat-3 ta' Lulju 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2018) (ĠU L 180, 17.7.2018, p. 23).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1114 tat-28 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 5).