European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2437

10.12.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2437

tal-20 ta’ Novembru 2025

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES CoP20) (Samarkand, Użbekistan, 24 ta’ Novembru – 5 ta’ Diċembru 2025)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (1) li l-Unjoni aderiet magħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 (2) daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1975.

(2)

Skont l-Artikolu XI(3) tas-CITES, il-Konferenza tal-Partijiet tista’, fost oħrajn, tadotta deċiżjonijiet biex temenda l-Appendiċijiet tas-CITES.

(3)

Il-Konferenza tal-Partijiet, matul l-20 laqgħa tagħha mill-24 ta’ Novembru sal-5 ta’ Diċembru 2025 (CITES CoP20), għandha tadotta deċiżjonijiet dwar 51 proposta biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES, kif ukoll bosta kwistjonijiet oħra relatati mal-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni tas-CITES.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-CITES CoP20, peress li l-emendi tal-Appendiċijiet tas-CITES ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni u diversi deċiżjonijiet oħra, bħal modifiki għal riżoluzzjonijiet li għandhom jiġu inkorporati fid-dritt tal-Unjoni, ser ikunu jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 (4).

(5)

Il-pożizzjoni proposta tal-Unjoni li għandha tittieħed dwar il-proposti differenti qabel is-CITES CoP20 hija msejsa fuq l-analiżi esperta tal-merti tagħhom, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tas-CITES, fid-dawl tal-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, kif ukoll tal-konsistenza tagħhom mar-regoli u l-politiki rilevanti tal-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES CoP20) hija stabbilita fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Meta l-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 x’aktarx ser tkun affettwata minn informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida ppreżentata wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u qabel jew matul is-CITES CoP20, jew meta jsiru proposti riveduti jew ġodda f’dik il-laqgħa li dwarhom l-Unjoni ma jkunx għad għandha pożizzjoni dwarhom, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi żviluppata permezz ta’ koordinazzjoni fuq il-post qabel ma s-CITES CoP20 tintalab tiddeċiedi dwar dawk il-proposti. F’każijiet bħal dawn, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tkun konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (ĠU L 75, 19.3.2015, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/2015/451/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta’ Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (ĠU L 75, 19.3.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/451/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/865/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/792/oj).


ANNESS 1

Pożizzjoni tal-Unjoni dwar kwistjonijiet ewlenin għad-diskussjoni fl-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES CoP20) (Samarkand, Użbekistan, 24 ta’ Novembru – 5 ta’ Diċembru 2025)

A.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

L-Unjoni tqis il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) bħala konvenzjoni internazzjonali ewlenija għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi.

2.

L-Unjoni għandha tadotta pożizzjoni ambizzjuża għall-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES (CITES CoP20), f’konformità mal-politiki rilevanti tal-Unjoni u mal-impenji internazzjonali, b’mod partikolari l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, il-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal adottat mill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, il-Viżjoni Strateġika tas-CITES u r-Riżoluzzjoni 79/313 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ organiżmi selvaġġi. Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha sservi wkoll biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-livell tal-UE permezz tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, il-pjan ta’ azzjoni rivedut tal-UE kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi (1), l-approċċ tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, u l-Patt Ekoloġiku Ewropew.

3.

Il-prijoritajiet għall-Unjoni fis-CITES CoP20 għandhom ikunu:

—

ir-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali ta’ speċijiet ta’ annimali u pjanti fil-periklu li huma soġġetti għal livelli ta’ kummerċ mhux sostenibbli, b’approċċ ibbażat fuq ix-xjenza, u

—

it-tisħiħ tar-rispons mill-komunità internazzjonali għat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi.

4.

Fis-CITES CoP20, l-Unjoni għandha tiżgura li l-istatus u d-drittijiet tal-Unjoni bħala Parti għas-CITES jibqgħu rispettati bis-sħiħ f’konformità mad-dispożizzjonijiet tagħha.

5.

Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tqis li l-mekkaniżmi tas-CITES jistgħu jikkontribwixxu biex jittejjeb l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet u tirrikonoxxi l-ħidma ta’ dawk il-pajjiżi li implimentaw miżuri ta’ konservazzjoni effettivi.

6.

L-għadd ta’ listi u l-kumplessità tal-proċeduri tas-CITES biex jimplimentawhom żdiedu b’mod sostanzjali. L-Unjoni għandha tiżgura li d-deċiżjonijiet meħuda fis-CITES CoP20 jiffokaw fuq il-kwistjonijiet ewlenin tas-CITES. L-Unjoni għandha tiżgura wkoll li d-deċiżjonijiet meħuda jimmassimizzaw l-effiċjenza tas-CITES, billi jimminimizzaw kwalunkwe piż amministrattiv żejjed u billi jiksbu soluzzjonijiet prattiċi, kosteffettivi u fattibbli għall-kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni, ta’ infurzar u ta’ monitoraġġ.

7.

Ħafna deċiżjonijiet adottati fis-CITES CoP20 ser jiġu implimentati mill-Kumitat Permanenti tas-CITES, li huwa l-korp sussidjarju ewlieni tal-CoP. Il-pożizzjoni tal-Unjoni għas-CITES CoP20 għandha għalhekk tiggwida wkoll l-approċċ tal-Unjoni fid-79 u fit-80 laqgħa tal-Kumitat Permanenti, li ser isiru eżatt qabel u wara s-CITES CoP20.

B.   Kwistjonijiet speċifiċi

8.

Fis-CITES CoP20 tressqu għall-kunsiderazzjoni wieħed u ħamsin proposta biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES. Tmienja minn dawk il-proposti tressqu mill-Unjoni bħala l-proponent ewlieni jew bħala koproponent, u naturalment l-adozzjoni tagħhom għandha tkun appoġġata wkoll mill-Unjoni.

9.

Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar il-proposti kollha għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES għandha tkun ibbażata fuq l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati u fuq l-impatt li l-kummerċ għandu jew jista’ jkollu fuq l-istatus ta’ dawk l-ispeċijiet. Għal dan l-għan, għandha titqies l-evidenza xjentifika l-aktar rilevanti u robusta f’konformità mar-Riżoluzzjoni Conf. 9.24 dwar il-kriterji għall-emendar tal-Appendiċijiet I u II tas-CITES.

10.

Il-fehmiet tal-istati taż-żoni tad-distribuzzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati mill-proposti għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. Fost l-oħrajn, dawn huma l-mezz primarju biex jitwasslu l-kontributi ta’ dawk li jgħixu f’rabta mill-qrib mal-organiżmi selvaġġi, li l-għarfien, il-ġestjoni u l-azzjonijiet tagħhom fil-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità huma importanti għall-implimentazzjoni effettiva tas-CITES u għall-kisba tal-objettivi tagħha.

11.

L-Unjoni tqis li, bħala regola ġenerali, għandu jingħata appoġġ lill-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES li jitressqu mill-Kumitati dwar l-Annimali u l-Pjanti u mill-Kumitat Permanenti tas-CITES. Għandhom jitqiesu wkoll il-valutazzjoni tal-proposti mis-Segretarjat tas-CITES u mill-IUCN/TRAFFIC (2) u, għall-ispeċijiet tal-baħar sfruttati kummerċjalment, mit-tmien Panel Konsultattiv ta’ Esperti ddedikat tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO).

12.

Fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1314 (3), l-Unjoni tisħaq favur l-inklużjoni ta’:

—

Pelophylax epeiroticus, Pelophylax shqipericus, Pelophylax ridibundus u Pelophylax lessonae (żrinġijiet tal-ilma) fl-Appendiċi II tas-CITES (Appendiċi II) (b’dewmien ta’ 18-il xahar tad-dħul fis-seħħ);

—

Anguilla spp. (sallur tal-ilma ħelu) fl-Appendiċi II (b’dewmien ta’ 18-il xahar tad-dħul fis-seħħ);

—

Centrophoridae (żagħrun) fl-Appendiċi II;

—

Holothuria lessoni (bużżu tar-ramel) fl-Appendiċi II;

—

Actinopyga echinites, Actinopyga lecanora, Actinopyga mauritiana, Actinopyga miliaris, Actinopyga palauensis u Actinopyga varians (bużżi) fl-Appendiċi II; u

—

Commiphora wightii (bdellium Indjan) fl-Appendiċi II.

L-Unjoni ddeċidiet ukoll li ser tkun kosponser u ser tippromwovi l-proposta mill-Panama biex l-entrata għal Carcharhinus longimanus (kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku) tiġi ttrasferita mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I tas-CITES, u l-proposta mill-Brażil biex Galeorhinus galeus (kelb il-baħar) u Mustelus spp. (mazzola bla xewka) jiġu elenkati fl-Appendiċi II.

13.

Fir-rigward ta’ Anguilla spp. (sallura tal-ilma ħelu), il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni tal-aktar miżuri b’saħħithom possibbli mmirati lejn is-salvagwardja ta’ Anguilla anguilla (sallura) u speċijiet oħra tal-ġeneru Anguilla minn tnaqqis ulterjuri minħabba kummerċ mhux sostenibbli kif ukoll kummerċ illegali, filwaqt li jitqiesu l-komplementarjetajiet u s-sinerġiji bejn il-miżuri u d-deċiżjonijiet differenti li qed jiġu kkunsidrati mill-Konferenza tal-Partijiet.

14.

Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar proposti relatati mat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi għandha tirrifletti l-approċċ komprensiv tal-Unjoni għall-prevenzjoni tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi billi tindirizza l-kawżi ewlenin tiegħu, issaħħaħ l-oqfsa legali u ta’ politika biex tindirizza t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi, tinforza r-regoli eżistenti b’mod effettiv, u trawwem sħubijiet globali biex jiġi indirizzat it-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi, kif deskritt fil-pjan ta’ azzjoni rivedut tal-UE kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi.

15.

L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi wkoll inizjattivi li jgħinu biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet rilevanti u jikkondividu l-informazzjoni u l-aħjar prattiki, sabiex is-CITES tiġi implimentata aħjar u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni.

16.

L-Unjoni tinnota li l-Partijiet ressqu diversi proposti b’rabta mal-kummerċ internazzjonali fl-avorju tal-iljunfanti u l-qarn tar-rinoċeronti. L-Unjoni tqis li l-kundizzjonijiet biex dan il-kummerċ jerġa’ jiġi awtorizzat mhumiex issodisfati u ma tappoġġax il-proposti għas-CoP20 biex dan il-kummerċ jerġa’ jinfetaħ. Fir-rigward tas-swieq domestiċi tal-avorju tal-iljunfanti u tal-qrun tar-rinoċeronti, l-Unjoni għandha tkompli tappoġġa miżuri proporzjonati u effettivi bbażati fuq l-aqwa evidenza disponibbli, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tas-CITES.

17.

L-Unjoni tinnota li l-espansjoni tas-CITES, bl-emendi tal-Appendiċijiet u l-inklużjoni ta’ speċijiet addizzjonali jew bl-emendi fl-istatus tal-elenkar tagħhom, żiedet b’mod sinifikanti l-volum u l-kumplessità tal-attivitajiet skont is-CITES, u dan wassal għal domanda dejjem akbar fuq is-Segretarjat, il-kumitati u l-Partijiet tas-CITES. Fl-istess ħin, il-finanzjament ma żammx il-pass ma’ din iż-żieda fl-ammont ta’ xogħol. Dawn l-iżviluppi għandhom jitqiesu kif xieraq mill-Unjoni meta tiddetermina l-prijoritajiet tagħha għas-CITES CoP20 u fid-diskussjonijiet dwar il-baġit futur tas-Segretarjat tas-CITES.

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Reviżjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi (COM(2022) 581).

(2)  L-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) u TRAFFIC jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet dwar il-kummerċ tal-organiżmi selvaġġi u jipprovdu valutazzjoni bir-reqqa tal-proposti għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES qabel kull CoP.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1314 tat-23 ta’ Ġunju 2025 dwar is-sottomissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ proposti għall-emendi għall-appendiċijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) u dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fl-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet ta’ dik il-Konvenzjoni (ĠU L, 2025/1314, 30.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1314/oj).


ANNESS 2

Pożizzjoni tal-Unjoni dwar ċerti proposti sottomessi fl-20 laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES)

(Samarkand, l-Użbekistan, 24 ta’ Novembru – 5 ta’ Diċembru 2025)

“+”

jindika appoġġ

“—”

jindika l-ebda appoġġ

“0”

jindika pożizzjoni miftuħa minħabba nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti biex tiġi stabbilita pożizzjoni

“(+)”

jindika appoġġ kundizzjonali fuq id-disponibbiltà ta’ informazzjoni ulterjuri u/jew emendi tal-proposta

“(-)”

jindika l-ebda appoġġ, li għandu jitqies mill-ġdid jekk tiġi pprovduta evidenza ta’ sostenn ulterjuri u/jew jekk il-proposta tiġi emendata b’mod sinifikanti

1.   DOKUMENTI TA’ ĦIDMA

Nru

Punt fl-aġenda

Proponent  (1)

Kummenti

Pożizzjoni

Ċerimonja tal-ftuħ

 

L-ebda dokument

 

Diskorsi ta’ merħba

 

L-ebda dokument

 

Kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji

1.

Elezzjoni tal-President u tal-Viċi President tal-laqgħa u tal-Presidenti tal-Kumitati I u II

 

L-ebda dokument

 

2.

Adozzjoni tal-aġenda

CoP20 Dok. 2

Seg.

 

 

3.

Adozzjoni tal-programm ta’ ħidma

 

 

 

4.

Regoli ta’ Proċedura tal-Konferenza tal-Partijiet

 

Appoġġa l-emendi għar-Regola 25.6 u l-abbozz ta’ deċiżjoni biex titkompla d-diskussjoni tal-approċċ gradwali.

+

5.

Il-Kumitat għall-Verifika tal-Kredenzjali

 

 

 

 

5.1

L-istabbiliment tal-Kumitat għall-Verifika tal-Kredenzjali

 

L-ebda dokument

 

 

5.2

Rapport tal-Kumitat għall-Verifika tal-Kredenzjali

 

L-ebda dokument

 

6.

Ammissjoni tal-osservaturi

 

 

 

7.

Amministrazzjoni, finanzi u baġit tas-Segretarjat u tal-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet

 

 

 

 

7.1

Amministrazzjoni tas-Segretarjat

Seg.

 

 

 

7.2

Rapport tad-Direttur Eżekuttiv tal-UNEP dwar kwistjonijiet amministrattivi u oħrajn

UNEP

 

 

 

7.3

Rapporti finanzjarji għall-2023-2025

 

 

 

 

7.4

Baġit u programm ta’ ħidma għall-2026 sal-2028

 

 

 

 

7.5

Arranġamenti għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet

 

 

 

8.

Termini ta’ referenza tas-Sottokumitat għall-Finanzi u l-Baġit

CoP20 Dok. 8

SC

 

 

9.

Kwistjonijiet operattivi emerġenti tal-Kumitati

CoP20 Dok. 9

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 18.2 u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.1 sa 19.3. Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 18.2 u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.1 sa 19.3. Kwalunkwe bidla ulterjuri għall-proposta li tinvolvi impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tas-Segretarjat ma għandhiex tiġi appoġġata.

(+)

10.

Aċċess għall-finanzjament

 

 

 

11.

Proġett ta’ delegati sponsorizzat

CoP20 Dok. 11

Seg. f’konsultazzjoni mal-SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.3 (Rev. CoP19) u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.12 u 19.10.

+

Kwistjonijiet strateġiċi

12.

Rapporti u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat

 

 

 

 

12.1

Il-Kumitat Permanenti

 

 

 

 

 

12.1.1

Rapport tal-President

CoP20 Dok. 12.1.1

SC

Ma hi meħtieġa l-ebda deċiżjoni

 

 

 

12.1.2

Elezzjoni ta’ membri reġjonali ġodda u ta’ membri reġjonali sostituti

 

L-ebda dokument

 

 

12.2

Il-Kumitat dwar l- Annimali

 

 

 

 

 

12.2.1

Rapport tal-President

CoP20 Dok. 12.2.1

AC

Innota r-rapport u appoġġa r-rakkomandazzjonijiet.

+

 

 

12.2.2

Elezzjoni ta’ membri reġjonali ġodda u ta’ membri reġjonali sostituti

 

L-ebda dokument

 

 

12.3

Il-Kumitat dwar il- Pjanti

 

 

 

 

 

12.3.1

Rapport tal-President

CoP20 Dok. 12.3.1

PC

Ma hi meħtieġa l-ebda deċiżjoni

 

 

 

12.3.2

Elezzjoni ta’ membri reġjonali ġodda u ta’ membri reġjonali sostituti

 

L-ebda dokument

 

13.

Viżjoni Strateġika tas-CITES

CoP20 Dok. 13

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 16.4 u 18.3 u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.11-19.13.

Itlob li d-Deċiżjoni 19.14 tiġi estiża sabiex jiġi identifikat indikatur addizzjonali aktar sinifikattiv. Żid referenzi konsistenti għall-ftehim BBNJ.

(+)

14.

It-tisħiħ tal-ħidma u l-effiċjenza tal-Konvenzjoni permezz tal-kumitati permanenti

CoP20 Dok. 14

SC, AC, PC

Appoġġa l-istabbiliment ta’ grupp ta’ ħidma intersessjonali biex jipprijoritizza l-ħidma tal-kumitati.

+

15.

Ir-rwol tas-CITES fit-tnaqqis tar-riskju li jfeġġ mard żoonotiku fil-futur assoċjat mal-kummerċ internazzjonali ta’ organiżmi selvaġġi

 

 

 

 

15.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP 20 Dok. 15.1

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet filwaqt li tissuġġerixxi xi modifiki tad-Deċiżjoni 20.BB biex tittaffa l-ħidma tal-AC.

(+)

 

15.2

Saħħa Waħda u CITES: It-tnaqqis tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali assoċjati mal-kummerċ fl-ispeċijiet elenkati fis-CITES

CoP 20 Dok. 15.2

Is-Senegal

Tappoġġax l-abbozz ta’ riżoluzzjoni, li jmur lil hinn mill-mandat tas-CITES.

—

16.

Kooperazzjoni

 

 

 

 

16.1

Kooperazzjoni ma’ Ftehimiet Ambjentali Multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra

CoP20 Dok. 16.1

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 16.4 u abbozzi ta’ deċiżjonijiet. Madankollu, issuġġerixxi premessa ġdida li tirreferi għall-ftehim BBNJ.

(+)

 

16.2

Kooperazzjoni mal-Istrateġija Globali għall-Konservazzjoni tal-Pjanti

CoP20 Dok. 16.2

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 16.5 u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.22 u 19.23.

+

 

16.3

Inizjattiva Konġunta dwar il-Karnivori tal-Afrika tas-CITES u s-CMS

CoP20 Dok. 16.3

AC f’konsultazzjoni mal-SC

Appoġġa l-emendi għad-deċiżjonijiet riveduti u l-adozzjoni ta’ abbozz ta’ deċiżjonijiet.

+

 

16.4

Konsorzju Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Kriminalità fil-Ħajja Selvaġġa

CoP20 Dok. 16.4

Seg.

Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozz ta’ Deċiżjoni 20.AA u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.26 u 19.27.

+

 

16.5

Kooperazzjoni mal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi

CoP20 Dok. 16.5

SC

Appoġġa l-abbozz ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.28 u 19.29.

+

17.

Rapport dwar il-Kummerċ Dinji fil-Fawna u Flora Selvaġġa

CoP20 Dok. 17

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet filwaqt li tissuġġerixxi xi bidliet żgħar għaċ-ċarezza. Barra minn hekk, issuġġerixxi deċiżjoni ġdida li tappella lill-Partijiet biex jipprovdu feedback dwar id-deskrizzjoni ġenerali tar-Rapport ta’ Ħarsa Ġenerali. Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.30 u 19.31.

(+)

18.

CITES u l-foresti

CoP20 Dok. 18

Seg. f’konsultazzjoni mal-SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet jekk jiġu emendati biex jagħmlu l-miżuri futuri kundizzjonali fuq ir-rieżami tar-rapport mill-Kumitat tal-Pjanti.

(+)

19.

Strateġija lingwistika għall-Konvenzjoni

CoP20 Dok. 19

SC

Appoġġa t-triq ’il quddiem proposta u l-emendi tad-Deċiżjonijiet 19.38 u 19.39.

+

Tisħiħ tal-kapaċitajiet

20.

Qafas tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

CoP20 Dok. 20

SC

Appoġġa l-emendi tad-deċiżjonijiet.

+

21.

Programm ta’ Assistenza dwar il-Konformità

CoP20 Dok. 21

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.44 sa 19.46.

+

22.

Rieżami tal-Kummerċ ta’ Livell Sinifikanti madwar il-Pajjiż Kollu

CoP20 Dok. 22

SC

Appoġġa l-abbozz ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.47 u 19.48.

+

23.

Programm tal-Ispeċijiet ta’ Siġar tas-CITES

CoP20 Dok. 23

Seg.

Appoġġa d-deċiżjoni u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.49 u 19.50.

+

CITES u n-nies

24.

Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi tan-Nazzjonijiet Uniti

CoP20 Dok. 24

Seg.

Ma hi meħtieġa l-ebda deċiżjoni

 

25.

Pjan ta’ azzjoni tas-CITES dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi

CoP20 Dok. 25

SC

Ir-rikonoxximent tar-rwoli relatati mal-ġeneru fil-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi huwa importanti għall-UE. Appoġġa l-indirizzar ta’ kwistjonijiet relatati mal-ġeneru b’mod effettiv. Iftaħ għall-esplorazzjoni ta’ alternattivi oħra biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 19.3 dwar il-Ġeneru u l-kummerċ internazzjonali fil-fawna u l-flora selvaġġi.

(+)

26.

Network Globali taż-Żgħażagħ tas-CITES

CoP20 Dok. 26

Iċ-Ċina, il-Costa Rica, il-Ghana, il-Kuwajt, il-Filippini, Singapore, l-Afrika t’Isfel, is-Sudan, iż-Żambja, iż-Żimbabwe

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.5.

+

27.

L-involviment tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali

CoP20 Dok. 27

SC

Ilqa’ l-gwida mhux vinkolanti bħala bażi tajba għal diskussjoni ulterjuri, filwaqt li tenfasizza li dan l-involviment jiġi indirizzat l-aħjar fil-livell nazzjonali. Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet b)–d).

Dwar ir-rakkomandazzjoni a) l-ebda pożizzjoni.

0

28.

Abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar il-ħolqien ta’ Sottokumitat konsultattiv tal-Kumitat Permanenti tan-Nies li jgħixu viċin l-ispeċijiet tal-Fawna u l-Flora inklużi fl-Appendiċi tas-CITES (PLFF), Fond Volontarju relatat, u l-proċeduri tagħhom

CoP20 Dok. 28

Iż-Żimbabwe

Tappoġġax l-istabbiliment tas-sottokumitat propost.

—

29.

Għajxien

 

 

 

 

29.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP20 Dok. 29.1

SC

Appoġġa t-tħassir fir-Riżoluzzjoni Konf. 16.6; tappoġġax ir-referenza għas-sitt strateġiji; appoġġa b’mod kundizzjonali elementi magħżula ta’ ċerti abbozzi ta’ deċiżjonijiet b’emendi biex jallinjaw mal-mandat tas-CITES; appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati rilevanti.

(-)

 

29.2

Dokument miż-Żambja

CoP20 Dok. 29.2

Iż-Żambja

Tappoġġax l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 16.6 u t-tixrid tal-gwida.

—

30.

L-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-għajxien u tas-sigurtà tal-ikel fl-implimentazzjoni tas-CITES

CoP20 Dok. 30

Iż-Żimbabwe

Tappoġġax l-abbozz ta’ riżoluzzjoni, li jmur lil hinn mill-mandat tas-CITES.

—

31.

Tnaqqis fid-domanda għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali

CoP20 Dok. 31

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.55 sa 19.57.

+

Riżoluzzjonijiet u Deċiżjonijiet Eżistenti

32.

Rieżami tar-Riżoluzzjonijiet

CoP20 Dok. 32

Seg.

Appoġġa l-emendi tar-Riżoluzzjonijiet u l-abbozz ta’ deċiżjoni.

+

33.

Rieżami tad-Deċiżjonijiet

CoP20 Dok. 33

Seg.

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni, it-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati u ż-żamma tad-Deċiżjoni 19.71 sa 19.73 dwar il-palisandri, l-ebanu u l-injam dagħmi tal-Madagascar u 17.256 dwar il-pappagalli griżi Afrikani.

(+)

Konformità

34.

Drittijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni

CoP20 Dok. 34

Seg.

Appoġġa r-rakkomandazzjoni a) biex jiġu adottati l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet li jinsabu fl-Anness 1, u c) biex jitħassru d-Deċiżjonijiet 19.58 sa 19.62. Tappoġġax ir-rakkomandazzjoni 38 b) dwar il-pubblikazzjoni tal-Gwida u tissuġġerixxi rieżami tal-Gwida mill-Kumitat Permanenti.

(+)

35.

Kwistjonijiet ta’ konformità

 

 

 

 

35.1

Implimentazzjoni tal-Artikolu XIII u tar-Riżoluzzjoni Konf. 14.3 (Rev. CoP19) dwar il-proċeduri ta’ konformità tas-CITES

CoP20 Dok. 35.1

Seg.

Appoġġa b’mod ġenerali r-rakkomandazzjonijiet peress li l-ewwel valutazzjoni hija pożittiva iżda huma meħtieġa aktar analiżijiet.

(+)

 

35.2

Rieżami tal-Proċess Nazzjonali tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni dwar l-Avorju

CoP20 Dok. 35.2

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 u l-abbozz ta’ deċiżjoni. Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.68 sa 19.70.

+

 

35.3

Totoaba (Totoaba macdonaldi)

CoP20 Dok. 35.3

Seg.

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati. Issuġġerixxi li tiżdied rakkomandazzjoni biex jitwettaq stħarriġ annwali viżiv dwar il-vaquita.

(+)

36.

Rieżami tad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni Konf. 17.7 (Rev. CoP19) dwar ir-Rieżami tal-kummerċ fl-eżemplari tal-annimali rrapportati bħala mrobbija fil-magħluq

CoP20 Dok. 36

SC

Appoġġa d-deċiżjoni u l-emendi proposti tar-Riżoluzzjoni. Konf. 17.7. Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.63 sa 19.65.

+

37.

Pussess ta’ eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Appendiċi I

CoP20 Dok. 37

SC.

Tappoġġax ir-rakkomandazzjonijiet a) u b) peress li jmorru kontra l-Artikolu VIII tal-Konvenzjoni.

Appoġġa emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 8.4 u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

(-)

Kummerċ illegali u infurzar

38.

Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.3 (Rev. CoP19) dwar il-Konformità u l-infurzar

CoP 20 Dok. 38

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.13 u t-tħassir tad-deċiżjoni implimentata.

+

39.

Kwistjonijiet ta’ infurzar

CoP20 Dok. 39

Seg.

B’mod ġenerali appoġġa r-rakkomandazzjonijiet.

(+)

40.

Appoġġ għall-infurzar kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi fl-Afrika tal-Punent u fl-Afrika Ċentrali

CoP20 Dok. 40

SC

Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet kif emendati mis-Segretarjat u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

41.

Task Force dwar il-Qtates il-Kbar tas-CITES

CoP20 Dok. 41

SC

Appoġġa l-abbozz ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.92 u 19.93.

+

42.

Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ prijorità mir-rieżami tal-Programm ETIS

CoP20 Dok. 42

SC

Appoġġa b’mod ġenerali t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet 19.94 sa 19.96 u l-adozzjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni oriġinali (mhux kif emendat mis-Segretarjat). Madankollu, tista’ tkun meħtieġa xi modifika biex jiġi żgurat approċċ koerenti għad-dokumenti kollha relatati mal-ETS, filwaqt li jitqiesu wkoll il-kummenti mis-Segretarjat.

(+)

43.

Kategorizzazzjoni tal-ETIS tal-Partijiet

CoP20 Dok. 43

SC

Appoġġa b’mod ġenerali l-adozzjoni tal-kriterji li għandhom jintużaw fl-Istadju 1 il-paragrafu a) tal-Linji Gwida għall-Proċess tal-NIAP. Madankollu, jista’ jkun meħtieġ xi rfinar ulterjuri għall-kriterji u l-kjarifiki, speċjalment biex tiġi żgurata n-natura vinkolanti tal-kriterji. Barra minn hekk, ara li l-informazzjoni kuntestwali tintuża wkoll bħala parti mill-proċess ta’ kategorizzazzjoni peress li bħalissa mhix inkluża fir-rakkomandazzjonijiet. Il-kriterji ta’ esklużjoni fil-paragrafu 13 a) huma skaduti u għandhom jiġu aġġornati hekk: “Il-kriterji ta’ esklużjoni ggwidati mill-aħħar data aġġornata tal-ETIS rieżaminata mill-MIKE-ETIS TAG, għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet tal-ETIS.”

(+)

44.

Sekwestri tal-avorju u swieq domestiċi tal-avorju

CoP20 Dok. 44

SC

Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.99 sa 19.101.

+

45.

Kummerċ illegali fiċ-ċiti (Acinonyx jubatus)

CoP20 Dok. 45

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

46.

Fkieren tal-baħar (Cheloniidae spp. u Dermochelyidae spp.)

CoP20 Dok. 46

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 19.5.

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjoni implimentata.

+

47.

Fkieren tal-art u fkieren tal-ilma ħelu (Testudines spp.)

 

 

 

 

47.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti u tas-Segretarjat

CoP20 Dok. 47.1

 

Appoġġa b’mod ġenerali l-adozzjoni tal-emenda għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.9 (Rev. CoP18) u appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.123 sa 19.127.

Appoġġa b’mod ġenerali l-verżjoni riveduta u konsolidata tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet kif imħejjija mis-Segretarjat fid-dokument 47.2 taħt il-Kummenti tas-Segretarjat.

(+)

 

47.2

Kummerċ fil-fkieren tal-art u l-fkieren tal-ilma ħelu mill-Madagascar

CoP20 Dok. 47.2

UE

Appoġġa l-verżjoni riveduta u konsolidata tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet kif imħejjija mis-Segretarjat taħt il-Kummenti tas-Segretarjat.

+

Ir-Regolament dwar il-kummerċ

48.

Proposta biex tiġi emendata r-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP19)

CoP20 Dok. 48

 

Tappoġġax l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 12.3. L-emendi joħolqu proċeduri ta’ piż addizzjonali u jaffettwaw id-drittijiet tal-Partijiet li jistabbilixxu miżuri domestiċi aktar stretti.

—

49.

Sejbiet fir-rigward tal-akkwist legali

CoP20 Dok. 49

Seg. fuq talba tal-SC

Tappoġġax ir-rakkomandazzjoni 24 c) peress li l-linji gwida ma jistgħux jiġu appoġġati fil-forma attwali tagħhom. B’mod partikolari, it-terminu “stokk fundatur”, jekk jitqies meħtieġ mill-Partijiet, ser jirrikjedi definizzjoni xierqa permezz ta’ emenda għar-Riżoluzzjoni(jiet) rilevanti qabel ma jiġi inkluż fil-linji gwida.

Appoġġa l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u l-emendi proposti tal-Annessi 1 u 3 tar-Riżoluzzjoni Konf. 18.7 kif propost skont ir-rakkomandazzjoni 24 a) u b).

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati, kif propost skont ir-rakkomandazzjoni 24 d).

(-)

50.

Sejbiet mhux ta’ detriment

CoP20 Dok. 50

AC, PC

Appoġġa l-adozzjoni tal-abozz tad-deċiżjonijiet proposti u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

51.

Sejbiet mhux detrimentali għal eżemplari tal-ispeċijiet tal-Appendiċi II meħuda minn żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali

CoP20 Dok. 51

SC

Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati. Madankollu, innota li mhux possibbli li jiġi appoġġat l-abbozz ta’ deċiżjoni 20.BB fid-Dok. 52.

(+)

52.

Introduzzjoni mill-baħar

CoP20 Dok. 52

SC

Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet minbarra 20BB (bidliet għar-Riżoluzzjoni Konf. 14.6). Fir-rigward tal-abbozz ta’ deċiżjoni 20BB, opponi l-ftuħ mill-ġdid tar-riżoluzzjoni.

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

(+)

53.

Materjali għall-identifikazzjoni ta’ eżemplari tal-ispeċijiet elenkati fis-CITES

CoP20 Dok. 53

AC, PC

Appoġġa d-deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

54.

Identifikazzjoni tal-injam u ta’ prodotti oħra tal-injam

CoP20 Dok. 54

SC

Appoġġa r-reviżjonijiet għad-Deċiżjonijiet 19.146 sa 19.148 u l-abbozz il-ġdid tad-Deċiżjoni 20.AA.

+

55.

Kodiċijiet tal-iskop tat-tranżazzjoni

CoP20 Dok. 55

SC

Appoġġa l-mandat iżda tappoġġax id-definizzjoni proposta tal-kodiċi “P”.

(-)

56.

Sistemi elettroniċi u teknoloġiji tal-informazzjoni u awtentikazzjoni u kontroll tal-permessi

 

 

 

 

56.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP20 Dok. 56.1

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

Madankollu, id-deċiżjonijiet iridu jiġu kkoordinati mal-emendi proposti fid-Dok. 56.2.

Appoġġa l-proposta tas-Segretarjat tas-CITES li jiġi emendat il-paragrafu 3 d) fir-Riżoluzzjoni Conf. 12.3 (REV CoP19) dwar il-Permessi u ċ-Ċertifikati billi tiżdied referenza għal-Linji Gwida dwar l-użu ta’ barcodes bidimensjonali (2D) fuq permessi/ċertifikati tas-CITES.

(+)

 

56.2

Mudell ta’ hub għall-iskambju tal-permessi tas-CITES

CoP20 Dok. 56.2

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, l-Iżvizzera

Appoġġa l-emendi għad-deċiżjonijiet, inkluż il-bidliet editorjali kif proposti mis-Segretarjat tas-CITES. Żgura li l-valutazzjoni tal-fattibbiltà u l-għażliet bl-użu ta’ mudell ta’ hub tqis il-hubs reġjonali eżistenti jew hubs bħal dawn kif ser ikunu jeżistu qabel ma l-hub globali tas-CITES ikun jista’ jibda jopera.

+

57.

Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 8.13 (REV. CoP17) dwar l-Użu ta’ impjanti ta’ mikroċipep kodifikati għall-immarkar ta’ annimali ħajjin fil-kummerċ

CoP20 Dok. 57

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet inkluż iż-żieda “soġġett għal riżorsi esterni” kif propost mis-Segretarjat.

+

58.

Valutazzjoni tar-riskju u analiżi għall-kontroll fuq il-fruntieri tal-ispeċijiet elenkati fis-CITES

CoP20 Dok. 58

SC

Appoġġa l-adozzjoni tal-gwida; jekk ma jiġux adottati, appoġġa t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet 19.153–19.155 biex tippermetti l-finalizzazzjoni.

+

59.

Stokkijiet u ħażniet

CoP20 Dok. 59

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjonijiet.

Tappoġġax l-abbozz tad-definizzjoni ta’ “ħażniet” sakemm ma titneħħiex ir-referenza għal “maħżuna legalment” u tiżdied il-frażi “… miżmuma minn mużewijiet, istituzzjonijiet xjentifiċi…”. Appoġġa biss parti waħda mill-bidla għad-definizzjoni proposta mis-Segretarjat. L-ispeċifikazzjoni tal-obbligi partikolari għall-ħażniet miżmuma mill-gvern hija aċċettabbli. Iż-żieda “u meta speċifikat f’Riżoluzzjoni jew Deċiżjoni, [ħażniet] miżmuma privatament” ma għandhiex tiġi adottata.

(+)

60.

Trasport ta’ kampjuni ħajjin

CoP20 Dok. 60

SC

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati 19.158 u 19.159. Tinżamm pożizzjoni miftuħa rigward l-abbozz ta’ deċiżjoni 20.AA.

0

61.

Moviment rapidu tal-kampjuni dijanjostiċi tal-organiżmi selvaġġi u tal-istrumenti mużikali

CoP20 Dok. 61

SC

Appoġġa l-abbozz ta’ deċiżjonijiet proposti iżda żgura li l-implimentazzjoni tagħhom tkun kundizzjonali fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi. Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjoni 19.160.

(+)

62.

Eżemplari prodotti permezz tal-bijoteknoloġija

CoP20 Dok. 62

SC

Appoġġa t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet 19.161 sa 19.163.

+

63.

Definizzjoni tat-terminu “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli”

CoP20 Dok. 63

SC f’konsultazzjoni mal-President tal-AC

Appoġġa t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet 19.164 sa 19.166.

+

64.

Rimi ta’ eżemplari kkonfiskati

 

 

 

 

64.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP20 Dok. 64.1

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.8 u ż-żamma tad-deċiżjonijiet rilevanti u t-tħassir tad-deċiżjonijiet impimentati.

+

 

64.2

Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 17.8 (Rev. CoP19)

CoP20 Dok. 64.2

Il-Kenja

Tappoġġax il-proposta fil-forma attwali tagħha. Il-proposta fir-rigward kemm tat-terminoloġija kif ukoll tat-trasferiment tal-annimali lill-istituzzjonijiet tar-riċerka teħtieġ analiżi u diskussjoni bir-reqqa, li x’aktarx ma tkunx possibbli fil-CoP20.

(-)

 

64.3

Reġistru volontarju tal-faċilitajiet ta’ tqegħid għall-eżemplari ħajjin ikkonfiskati

CoP20 Dok. 64.3

In-Niġerja u l-Istati Uniti tal-Amerka

Tappoġġax il-proposta peress li għandha konsegwenzi negattivi għall-konservazzjoni u l-infurzar tal-ispeċijiet.

—

65.

Sistema ta’ tikkettar għall-kummerċ fil-kavjar

CoP20 Dok. 65

SC

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

66.

Kummerċ fil-qroll ġebli

 

 

 

 

66.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP20 Dok. 66.1

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.10 u Riżoluzzjoni Konf. 9.6.

Fir-rigward tad-Deċiżjoni 19.178 indirizzata lill-SC, issuġġerixxi l-involviment tal-AC.

Issuġġerixxi li fil-CoP20 jenħtieġ li titqies l-inklużjoni ta’ unità ta’ rapportar addizzjonali biex jiġu rreġistrati mhux biss l-għadd iżda wkoll id-daqs tal-qroll ħaj individwali.

(+)

 

66.2

Kummerċ fil-qroll ġebli mkabbar b’mod asesswali

CoP20 Dok. 66.2

L-Awstralja

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.10 (REV. CoP15), inkluż definizzjonijiet ġodda għall-qroll imkabbar b’mod asesswali riprodott u kkultivat fil-magħluq.

+

Eżenzjonijiet u dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kummerċ

67.

Rieżami tad-dispożizzjonijiet tas-CITES relatati mal-kummerċ fl-eżemplari tal-annimali u l-pjanti mhux ta’ oriġini selvaġġa

 

 

 

 

67.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP20 Dok. 67.1

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati

+

 

67.2

Kunsiderazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet għat-trobbija tal-ispeċijiet akkwatiċi

CoP 20 Dok. 67.2

Il-Messiku, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Istati Uniti tal-Amerka

Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet. Madankollu, l-ambitu tal-ħidma fuq din il-kwistjoni jenħtieġ li jitwessa’ lil hinn mill-ispeċijiet akkwatiċi.

(+)

68.

Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 12.10 (Rev. CoP15) dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ operazzjonijiet li jnisslu speċijiet ta’ annimali miżmuma fil-magħluq tal-Appendiċi I għal skopijiet kummerċjali

CoP20 Dok. 68

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 12.10 filwaqt li tipproponi xi emendi għaċ-ċarezza u biex jiġu riflessi aħjar l-eżiti tad-diskussjonijiet fl-SC u fl-AC. Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjoni implimentata.

(+)

69.

Gwida dwar it-terminu “propagat artifiċjalment”

CoP20 Dok. 69

PC

Appoġġa l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

70.

L-Użu ta’ ċertifikati fitosanitarji bħala ċertifikati ta’ propagazzjoni artifiċjali

CoP20 Dok. 70

President tal-SC f’konsultazzjoni mal-President tal-PC u mas-Seg.

Tappoġġax peress li l-informazzjoni hija aġġornata, u ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex il-kwistjoni tiġi eżaminata aktar.

—

Konservazzjoni u kummerċ tal-ispeċijiet

71.

Valutazzjoni tal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi I

CoP20 Dok. 71

AC, PC

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

72.

Identifikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ispeċijiet f’riskju ta’ estinzjoni affettwati mill-kummerċ internazzjonali

CoP20 Dok. 72

SC

Appoġġa d-deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

73.

Kummerċ fi speċijiet endemiċi

CoP20 Dok. 73

Il-Brażil u l-Ekwador

Tappoġġax l-abbozzi tad-deċiżjonijiet 20.AA, 20.BB u 20.CC kif propost mill-proponenti. Jekk ikun hemm appoġġ ġenerali fost il-Partijiet għall-istudju, l-abbozzi tad-deċiżjonijiet 20.BB u 20.CC, kif abbozzati mill-ġdid mis-Segretarjat (innumerati mill-ġdid għal 20.AA u 20.BB rispettivament), jistgħu jiġu appoġġati, dment li jiġu emendati aktar. B’mod partikolari, l-emendi għandhom jiffukaw fuq it-tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-istudju għall-impatt reali tal-kummerċ fuq l-ispeċijiet endemiċi u l-iżgurar li l-istudju jeżamina kemm in-naħa tad-domanda kif ukoll dik tal-provvista, inklużi l-prattiki fis-seħħ fil-pajjiżi ta’ oriġini.

Barra minn hekk, id-duplikazzjonijiet ma’ proċessi oħra, b’mod partikolari dwar il-LAF (bħal fid-Dokument 49), għandhom jiġu evitati.

(-)

Fawna

74.

Avultuni tal-Afrika tal-Punent (Accipitridae spp.)

CoP20 Dok. 74

SC

Appoġġa d-deċiżjonijiet riveduti.

+

75.

Konservazzjoni tal-amfibji (Amphibia spp.)

CoP20 Dok. 75

AC f’konsultazzjoni mal-President tal-SC

Appoġġa d-deċiżjonijiet, filwaqt li possibbilment teskludi d-Deċiżjoni 20.BB (b) (l-iżvilupp ta’ tabella tal-fatturi tal-konverżjoni) bħala mhux assolutament meħtieġa.

(+)

76.

Iljunfanti (Elephantidae spp.)

 

 

 

 

76.1

Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP19) dwar il- Kummerċ fl-eżemplari tal-iljunfanti

CoP20 Dok. 76.1

SC

Appoġġa b’mod ġenerali l-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet fid-dokument. Madankollu, ara li jkun hemm sejħa biex jiġi żgurat finanzjament konsistenti għall-ETIS billi ma titħassarx ir-rakkomandazzjoni 19.36 u tiġi inkluża s-sostenibbiltà finanzjarja u operazzjonali tal-MIKE u tal-ETIS kif previst fir-Riżoluzzjoni 10.10.

(+)

 

76.2

Aspetti dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP19) dwar l-għeluq tas-swieq domestiċi tal-avorju

CoP20 Dok. 76.2

Il-Burkina Faso, l-Etjopja, in-Niġer u s-Senegal

Tappoġġax ir-rakkomandazzjonijiet. Diġà hemm fis-seħħ proċeduri xierqa biex jiġu identifikati l-Partijiet affettwati mill-kummerċ illegali tal-avorju.

Barra minn hekk, l-abbozz rivedut propost tad-Deċiżjoni 18.118 mhuwiex meħtieġ peress li d-data tal-ETIS hija disponibbli online u l-Partijiet diġà għandhom aċċess għall-aggregati.

Kif ukoll, id-deċiżjonijiet indirizzati lill-Partijiet jidhru li jqisu biss il-Partijiet li wieġbu għan-Notifika rilevanti. Pożizzjoni li għandha tiġi kkunsidrata fir-rigward tad-dokumenti ta’ ħidma 44 u 76.1.

—

 

76.3

Stokkijiet u ħażniet tal-avorju

Cop20 Dok. 76.3

Il-Burkina Faso, l-Etjopja, il-Kenja, in-Niġer, in-Niġerja u s-Senegal

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 żgura l-konsistenza mad-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati taħt il-punt 76.1 tal-aġenda.

Ħassar id-deċiżjonijiet 18.184-18.185 u 19.156 peress li l-ammont ta’ xogħol tas-Segretarjat jeħtieġ li jiġi kkunsidrat u jqis il-proċessi eżistenti AITR, gwida dwar ir-rapport Annwali dwar il-Kummerċ Illegali u l-ETIS.

(-)

 

76.4

Rapport dwar il-Monitoraġġ tal-Qtil Illegali tal-Iljunfanti (MIKE)

CoP20 Dok. 76.4

Seg.

Ma hi meħtieġa l-ebda deċiżjoni

 

 

76.5

Rapport dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Kummerċ fl-Iljunfanti (ETIS)

CoP20 Dok. 76.5

 

Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet. Madankollu, ara li tiġi inkluża l-kontinwazzjoni tal-analiżi tan-network tal-ETIS. It-tħassir ta’ 20.AA bħala skambju bejn ir-Rapport Annwali dwar il-Kummerċ Illegali u l-ETIS diġà qed jiġi indirizzat.

(+)

 

76.6

Riżultati tal-laqgħa ta’ djalogu dwar l-iljunfanti Afrikani

CoP20 Dok. 76.6

SC

Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.167 u 19.168 u ilqa’ l-eżitu tal-Laqgħa ta’ Djalogu.

Appoġġa d-deċiżjonijiet li ġew miftiehma mill-maġġoranza tal-Istati taż-żoni ta’ distribuzzjoni. Żgura li jkunu allinjati d-deċiżjonijiet dwar il-punti 44, 76.6 u 76.7 tal-aġenda.

(+)

 

76.7

Finanzjament sostenibbli għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-iljunfanti Afrikani

CoP20 Dok. 76.7

Iż-Żimbabwe

Appoġġa l-proposta jekk tkun appoġġata mill-maġġoranza tal-istati taż-żoni ta’ distribuzzjoni. Żgura li l-pożizzjoni tkun allinjata ma’ dik tal-punt fuq l-aġenda 76.6.

(+)

77.

Qtates kbar Ażjatiċi (Felidae spp.)

 

 

 

 

77.1

Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 12.5 (Rev. CoP19) dwar il-Konservazzjoni tat-tigri u ta’ speċijiet oħra ta’ qtates kbar Ażjatiċi tal-Appendiċi I u l-kummerċ fihom

CoP20 Dok. 77.1

Seg.

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati jew li qed jiġu inkorporati fid-dokument ta’ eżitu tat-Task Force dwar il-Qtates il-Kbar tas-CITES u r-Riżoluzzjoni Konf. 12.5 (Rev. CoP 19).

+

 

77.2

Qtates kbar Ażjatiċi miżmuma fil-magħluq

CoP20 Dok. 77. 2

SC

Appoġġa b’mod ġenerali l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati. Opponi l-proposta tas-Segretarjat tas-CITES li titħassar id-deċiżjoni 14.69.

Ipproponi emendi għad-Deċiżjoni 20.AA sabiex ma teskludix minn qabel operazzjonijiet ta’ tnissil iżgħar, u żid “programmi” sabiex jiġu speċifikati aħjar l-attivitajiet ta’ tnissil għall-konservazzjoni f’20.AA a) u biex tiġi inkluża referenza għall-“qerda tal-karkassi” fi tmiem il-paragrafu 20.AA f). Issuġġerixxi li tiżdied referenza għad-deċiżjoni li għadha kif ġiet proposta dwar il-kummerċ illegali fil-qtates kbar (20.AA fid-dok. CoP20 Dok. 41) biex jiġi implimentat bis-sħiħ id-dokument ta’ eżitu tat-Task Force dwar il-Qtates il-Kbar tas-CITES.

(+)

78.

Xadini kbar (Hominidae spp.)

 

 

 

 

78.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP20 Dok. 78.1

SC

Ma hi meħtieġa l-ebda deċiżjoni

 

 

78.2

Il-Konservazzjoni tax-xadini kbar ħajjin u l-kummerċ tagħhom

CoP20 Dok. 78.2

L-Uganda

Appoġġa d-deċiżjonijiet.

+

79.

Pangolini (Manis spp.)

 

 

 

 

79.1

Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 17.10 (REV. CoP19) dwar il-Konservazzjoni tal-pangolini u l-kummerċ fihom

CoP20 Dok. 79.1

 

Appoġġa r-rakkomandazzjoni a) u c) iżda kkunsidra t-tisħiħ tal-lingwa fl-abbozzi tad-deċiżjonijiet fir-rakkomandazzjoni b) u l-ħtieġa li jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet marbuta biż-żmien u li jistgħu jitkejlu diretti lejn Partijiet speċifiċi eż. fi grupp ta’ ħidma matul is-sessjoni.

(+)

 

79.2

Rapport dwar id-Deċiżjonijiet 18.238, 18.239 u 19.200 sa 19.204

CoP20 Dok. 79.2

SC f’konsultazzjoni mal-President tal-AC u mas-Seg.

Appoġġa l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

80.

Iljuni tal-Afrika (Panthera leo)

CoP20 Dok. 80

SC f’konsultazzjoni mal-President tal-AC

Appoġġa d-deċiżjonijiet riveduti; madankollu, ipproponi emendi għad-deċiżjonijiet rilevanti biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tad-data skaduta dwar il-popolazzjoni jew tal-lakuni fid-data f’dik il-kwistjoni.

(+)

81.

Ġagwars (Panthera onca)

CoP20 Dok. 81

 

Appoġġa dokument b’emendi żgħar.

(+)

82.

Gwida dwar sejbiet mhux detrimentali għall-kummerċ fit-trofej tal-kaċċa għal-leopard (Panthera pardus)

CoP20 Dok. 82

AC

Appoġġa d-deċiżjonijiet riveduti; madankollu, hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri. Ipproponi kliem addizzjonali biex tiġi appoġġata l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mal-pajjiżi importaturi.

(+)

83.

Il-ġestjoni tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-passeriformi (Passeriformes spp.)

CoP20 Dok. 83

SC f’konsultazzjoni mal-President tal-AC

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati. Issuġġerixxi deċiżjonijiet ġodda biex jiġi żgurat li r-riżultati tal-workshop jiġu segwiti.

(+)

84.

Rinoċeronti (Rhinocerotidae spp.)

CoP20 Dok. 84

 

Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet biex tinżamm id-Deċiżjoni 18.116. Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozz ta’ deċiżjonijiet dwar ir-Rinoċeronti. Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 19.115 sa 19.122.

+

85.

Antilop Saiga (Saiga spp.)

 

 

 

 

85.1

Rapport tas-Segretarjat

CoP20 Dok. 85.1

Seg.

Appoġġa d-deċiżjonijiet. Issuġġerixxi li tiżdied talba lill-istati taż-żoni ta’ distribuzzjoni u lill-Partijiet importaturi biex jipprovdu informazzjoni dwar l-għadd ta’ ħażniet, il-volum tal-ħażniet, u l-provenjenza tal-eżemplari tal-antilopi mneħirhom minfuħ miżmuma fil-ħażniet.

Skont l-adozzjoni tal-proposta għall-elenkar 3, issuġġerixxi Deċiżjonijiet addizzjonali li jippermettu l-valutazzjoni tal-impatti tal-kummerċ fuq il-popolazzjonijiet tas-saiga u l-miżuri ta’ kontroll fis-seħħ.

(+)

 

85.2

Dokumenti tal-Każakistan u tal-Federazzjoni Russa

CoP20 Dok. 85.2

Il-Każakistan u l-Federazzjoni Russa

Appoġġa d-dokument. Madankollu, fittex kjarifika mis-Segretarjat jekk il-proposta tirriżultax f’ammont ta’ xogħol addizzjonali għas-Segretarjat.

(+)

Speċijiet akkwatiċi

86.

Speċijiet akkwatiċi elenkati fl-Appendiċi tas-CITES

CoP20 Dok. 86

SC

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

87.

Sallur (Anguilla spp.)

CoP20 Dok. 87

SC

Appoġġa t-test tar-riżoluzzjoni, filwaqt li tfittex possibiltajiet biex tissaħħaħ aktar, speċjalment fir-rigward tal-miżuri ta’ infurzar. Madankollu, id-deċiżjoni 20DD b) “esplora għażliet biex tiffaċilita d-detezzjoni bejn is-sallur Ewropew imqajjem fl-akkwakultura u s-sallur selvaġġ Ewropew fid-data kummerċjali tas-CITES.” ma tistax tiġi appoġġata.

(+)

88.

Klieb il-baħar u raj (Elasmobranchii spp.)

 

 

 

 

88.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP20 Dok. 88.1

SC

Appoġġa d-deċiżjonijiet u l-emendi tar-Riż. Konf. 18.7.

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

 

88.2

Abbozz ta’ deċiżjonijiet dwar il-kummerċ, il-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-elażmobranki tal-fond

CoP20 Dok. 89.2

L-UE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Dokument sottomess mill-UE

+

89.

Żwiemel il-baħar (Hippocampus spp.)

CoP20 Dok. 89

SC f’konsultazzjoni mal-President tal-AC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati. Madankollu, hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri ladarba l-kalkoli tal-kostijiet ikunu disponibbli.

(+)

90.

Il-konservazzjoni tal-bużżi (Holothuridae u Stichopodidae) u l-kummerċ fihom

CoP20 Dok. 90

L-Istati Uniti tal-Amerka

Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet

+

91.

Bronja reġina (Strombus gigas)

CoP20 Dok. 91

AC f’konsultazzjoni mal-President tal-SC

Appoġġa t-tiġdid tad-deċiżjonijiet.

+

92.

Ħut ornamentali tal-baħar

CoP20 Dok. 92

AC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

Flora

93.

Tassonomiji li jipproduċu l-injam tal-agar (Aquilaria spp. u Gyrinops spp.)

CoP20 Dok. 93

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 16.10 u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

94.

Siġar tal-Boswellia (Boswellia spp.)

CoP20 Dok. 94

PC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

Tappoġġax l-emendi magħquda tas-Segretarjat għall-abbozz ta’ deċiżjoni 20.WW u 20.XX biex jidderieġu dan l-abbozz ta’ deċiżjoni għal laqgħa tal-istati taż-żoni ta’ distribuzzjoni Boswellia spp.

L-abbozzi tad-deċiżjonijiet kif inhuma mingħajr l-emendi tas-Segretarjat huma l-kunsens involut u dettaljat mid-diskussjonijiet fi ħdan il-grupp ta’ ħidma Boswellia u l-plenarja tal-Kumitat tal-Pjanti, li ma llimitawx il-laqgħa għall-Istati ta’ Medda biss.

(+)

95.

Speċijiet ta’ siġar tal-injam dagħmi [Leguminosae (Fabaceae)]

CoP20 Dok. 95

PC f’konsultazzjoni mal-President tal-SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

96.

Prodotti li fihom eżemplari tal-orkidi tal-Appendiċi II (Orchidaceae spp.)

CoP20 Dok. 96

SC

Ipproponi t-tħassir tal-abbozzi tad-Deċiżjonijiet 20.BB a) u b), 20.CC a) u 20DD a). Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet implimentati.

(+)

97.

Injam tal-Brażil (Brazilwood) (Paubrasilia echinata)

CoP20 Dok. 97

Seg. f’konsultazzjoni mal-President tal-SC

Appoġġa l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati. Jista’ jkun meħtieġ li t-test jiġi adattat skont id-deċiżjoni tal-CoP dwar il-proposta għall-elenkar 46.

(+)

98.

Speċijiet ta’ siġar Afrikani

CoP20 Dok. 98

PC

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

99.

Speċijiet ta’ siġar neotropikali

CoP20 Dok. 99

PC

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

100.

Il-kummerċ fl-ispeċijiet tal-pjanti mediċinali u aromatiċi

CoP20 Dok. 100

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

Faqqiegħ

101.

Ir-riżoluzzjoni tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni CoP12 li l-Konvenzjoni tapplika għall-fungi (korrezzjoni tal-kontroreferenzi fl-abbozzi ta’ deċiżjonijiet)

CoP20 Dok. 101(Rev. 1)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Appoġġa l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.

+

Appendiċi tal-Konvenzjoni

102.

Filwaqt li jitqies il-kriterju “tax-xebh” fl-Anness 2B A tar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17) dwar il-Kriterji għall-emendar tal-Appendiċi I u II

CoP10 Dok. 102

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Tappoġġax id-deċiżjonijiet kif proposti fid-dokument. Fil-każ biss li maġġoranza ċara tal-partijiet tappoġġa l-proposta, issuġġerixxi minflok li l-kwistjoni tiġi diskussa mill-AC u l-PC, minflok ma jinbeda proċess biex tiġi żviluppata linja gwida.

—

Annotazzjonijiet

103.

Annotazzjonijiet

CoP20 Dok. 103

SC

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 10.13, it-Taqsima tal-Interpretazzjoni tal-Appendiċi. Appoġġa d-deċiżjoni proposta u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

104.

Annotazzjoni #15

CoP20 Dok. 104

A3: Rapport dwar l-impatt tal-eżenzjonijiet tas-CITES għad-Dalbergia u l-Guibourtia

Seg. f’konsultazzjoni mal-Viċi President tal-SC

Tappoġġax ir-rakkomandazzjoni a) u b). Appoġġa r-rakkomandazzjoni c) u d).

L-Annotazzjoni hija implimentata b’mod attiv, turi li hija effettiva u l-eżenzjonijiet għandhom impatt baxx fuq il-konservazzjoni.

—

105.

Implikazzjonijiet tat-trasferiment ta’ speċi minn Appendiċi għal ieħor

 

 

 

 

105.1.

Rapport tas-Segretarjat fuq talba tal-Kumitat Permanenti

CoP20 Dok. 105.1

Seg. fuq talba tal-SC

Appoġġa r-rakkomandazzjoni skont 11. a) b’żieda mal-“ABBOZZ TA’ GWIDA” fl-Anness 2 taħt il-paragrafu 15 b) i) dwar id-dokumenti li jistgħu jservu bħala prova tal-esportazzjoni.

Appoġġa d-Deċiżjoni 20.AA fl-Anness I b’xi emendi.

Appoġġa t-Tħassir tad-Deċiżjoni 18.151 (rev CoP19).

(+)

 

105.2.

L-iffaċilitar tal-kummerċ legali u l-użu sostenibbli matul perjodi ta’ tranżizzjoni

CoP20 Dok. 105.2

L-Istati Uniti tal-Amerka

Tappoġġax emendi għar-Riżoluzzjoni 12.3 peress li l-permessi ta’ qabel il-Konvenzjoni ma jistgħux jinħarġu qabel ma tiġi elenkata speċi, u permessi jew ċertifikati retrospettivi ma jistgħux jinħarġu qabel ma tiġi elenkata speċi.

Appoġġa emendi għar-Riżoluzzjoni 13.6, filwaqt li nnota li l-kunċett ta’ “akkwist eċċessiv” mhuwiex definit u li din il-limitazzjoni tista’ ma tkunx konformi mal-liġijiet nazzjonali.

(-)

106.

Sistema ta’ informazzjoni għall-kummerċ fl-eżemplari tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati fis-CITES

CoP20 Dok. 106

SC

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati rilevanti.

+

107.

Mekkaniżmu informali ta’ rieżami tal-annotazzjonijiet eżistenti u proposti

CoP20 Dok. 107

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

108.

Eżemplari tal-orkidej eżentati permezz tal-annotazzjoni #4 g

CoP20 Dok. 108

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet filwaqt li tinsisti fuq tikkettar ċar.

+

109.

Annotazzjoni ta’ Cape aloe (Aloe ferox)

CoP20 Dok. 109

PC

Appoġġa t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

+

Kwistjonijiet tan-nomenklatura

110.

Nomenklatura standard

CoP20 Dok. 110

AC, PC

Appoġġa b’mod ġenerali xi modifiki meħtieġa għall-“ġeneri tal-basla” u għall-allinjament ma’ deċiżjonijiet oħra meħuda mill-CoP.

(+)

111.

Nomenklatura tal-listi fl-Appendiċi III

CoP20 Dok. 111

SC

Appoġġa l-emendi għar-riżoluzzjonijiet u t-tħassir tad-deċiżjonijiet.

Żid talba espliċita biex is-Segretarjat jinforma lill-Partijiet affettwati mill-bidliet.

(+)

112.

Listi ta’ unitajiet tassonomiċi ogħla fl-Appendiċi

CoP20 Dok. 112

Seg.

Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 12.11 u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati rilevanti.

+

113.

Tassonomija u nomenklatura tal-iljunfanti Afrikani (Loxodonta spp.)

CoP20 Dok. 113

Seg. fuq talba tal-SC

Appoġġa d-deċiżjonijiet fir-rakkomandazzjoni b) u l-emendi tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 u t-tħassir tad-deċiżjonijiet implimentati.

Fir-rigward tar-rakkomandazzjoni a) hija meħtieġa informazzjoni ulterjuri; għandhom jintalbu l-fehmiet tal-istati taż-żoni ta’ distribuzzjoni.

(+)

Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċi

114.

Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċi I u II

 

 

 

 

114.1

Il-valutazzjoni tas-Segretarjat tal-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċi I u II

 

 

 

 

114.2

Kummenti mill-Partijiet

 

 

 

 

114.3

Kummenti minn persuni statutorji kkonsultati

 

 

 

2.   PROPOSTI GĦALL-ELENKAR

Nru.

Unità tassonomika / Dettall

Proposta

Proponent

Kummenti

Pożizzjoni

FAWNA – MAMMALIA

1.

Damaliscus pygargus pygargus

(Bontebok)

II – 0

Ħassar mill-Appendiċi II

L-Afrika t’Isfel

Appoġġa l-proposta għat-tneħħija tad-Damaliscus pygargus pygargus mill-Appendiċijiet tas-CITES peress li l-ispeċi ma għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-Appendiċi II. Madankollu, innota t-theddid nazzjonali kontinwu għall-ispeċijiet mill-ibridazzjoni u t-telf u l-frammentazzjoni tal-ħabitats u ħeġġeġ lill-Afrika t’Isfel tkompli ssaħħaħ il-miżuri rilevanti inkluż l-iżvilupp ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-metapopolazzjoni.

+

2.

Gazella dorcas

(Għażżiela dorcas)

0 – II

Inkludi fl-Appendiċi II

Il-Benin, il-Burkina Faso, il-Mali, il-Mauritania, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, is-Sudan, it-Tuneżija

Appoġġa l-proposta jekk il-proposta tkun appoġġata wkoll minn stadji tal-medda mhux proponenti.

(+)

3.

Saiga tatarica

(Antilop imnieħru minfuħ)

Emenda l-annotazzjoni billi żżid il-kliem ħlief għall-eżemplari mill-popolazzjoni tas-Saiga tatarica tal-Każakistan

Il-Każakistan

Irrikonoxxi s-suċċess fil-konservazzjoni u t-tkabbir sinifikanti tal-popolazzjoni KZ u aqbel fil-prinċipju li l-kummerċ regolat sew x’aktarx ma jkunx ta’ detriment għall-popolazzjoni. Madankollu, huma meħtieġa aktar salvagwardji biex jiġi żgurat li l-kummerċ fil-qrun ikun sostenibbli, ġestit tajjeb u ma jirriżultax fil-ħasil ta’ kampjuni akkwistati illegalment minn popolazzjonijiet oħra. Għalhekk, il-proposta tista’ tiġi appoġġata biss jekk tkun limitata għal bejgħ ta’ darba ta’ qrun diġà maħżun u mmarkat kif xieraq li joriġina mill-Każakistan, bil-kundizzjoni li ssir verifika minn qabel mis-Segretarjat, f’konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti, li jkun hemm fis-seħħ biżżejjed mekkaniżmi ta’ kontroll fil-Każakistan, bl-opzjoni li jitwaqqaf il-kummerċ f’każ ta’ nonkonformità jew impatti detrimentali ppruvati tal-kummerċ fuq il-popolazzjonijiet selvaġġi. Il-pajjiżi importaturi għandhom jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi ta’ kontroll adegwati. Żid rekwiżiti ta’ rapportar permezz ta’ deċiżjonijiet addizzjonali fid-WD 85.1 biex jiġu vvalutati l-impatti kummerċjali fuq il-popolazzjonijiet selvaġġi, inkluż l-impatt fuq popolazzjonijiet iżgħar fi stati ta’ firxa oħra anke ta’ Saiga borealis, u jekk il-mekkaniżmi ta’ kontroll fil-Każakistan u fil-pajjiżi konsumaturi ewlenin humiex robusti biżżejjed biex jipprevjenu l-ħasil u l-lakuni għall-kummerċ illegali.

(-)

4.

Giraffa camelopardalis

(Ġiraffa)

Ħassar il-popolazzjonijiet tal-Angola, il-Botswana, l-Eswatini, il-Malawi, il-Mozambique, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe mill-Appendiċi II

In-Namibja, l-Afrika t’Isfel, ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija, iż-Żimbabwe

Il-popolazzjonijiet fl-istati taż-żoni ta’ distribuzzjoni rilevanti għall-proposta juru xejra pożittiva u mhumiex meqjusa bħala mhedda mill-kummerċ. Madankollu, huma meħtieġa informazzjoni u analiżi ulterjuri, speċjalment fir-rigward tal-impatt tal-proposta dwar l-infurzar tal-elenkar għal popolazzjonijiet oħra. Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqiesu l-bidliet reċenti fit-tassonomija tal-ġeneru.

0

5.

Okapia johnstoni

(Okapi)

0 – I

Inkludi fl-Appendiċi I

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Il-kriterji bijoloġiċi huma ssodisfati. Għandha tintalab aktar informazzjoni dwar l-ambitu tal-kummerċ internazzjonali mingħand il-proponent.

(+)

6.

Hyaena hyaena

(Jena bl-istrixxi)

0 – I

Inkludi fl-Appendiċi I

Iżrael, it-Taġikistan

Il-proposta ma turix li l-ispeċi tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I.

—

7.

Arctocephalus townsendi

(Foka muswafa ta’ Guadeloupe)

I – II

Ittrasferixxi mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II

Il-Messiku, l-Istati Uniti tal-Amerka

Il-proposta turi li l-ispeċi ma għadhiex tissodisfa l-kriterji tal-Appendiċi I.

+

8.

Monachus tropicalis

(Bumerin tal-Karibew)

I – 0

Ħassar mill-Appendiċi I

Il-Messiku, l-Istati Uniti tal-Amerka

Il-proposta turi li l-ispeċi ma għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tas-CITES. L-ispeċi hija estinta.

+

9.

Ceratotherium simum simum

(Rinoċeronte xufftejh kwadri tan-Nofsinhar)

Emenda l-annotazzjoni tal-popolazzjoni taċ-Ceratotherium simum simum tan-Namibja elenkata fl-Appendiċi II għall-iskop esklużiv li jkun permess kummerċ internazzjonali:

(a)

fl-annimali ħajjin għall-konservazzjoni in situ biss;

(b)

fit-trofej tal-kaċċa; u

(c)

fil-kummerċ fl-istokkijiet tal-qrun tar-rinoċeronti li huma proprjetà tal-Gvern u tas-sidien tal-artijiet privati li joriġinaw mill-Istat (esklużi l-qarn ikkonfiskat tar-rinoċeronte u l-qrun ta’ oriġini mhux magħrufa tar-rinoċeronti); soġġett għal dan li ġej:

(i)

stokkijiet irreġistrati mal-Gvern biss;

(ii)

qrun b’ċertifikati RHODIS biss;

(iii)

esklużivament għas-sħab kummerċjali li jkunu ġew ivverifikati mis-Segretarjat, f’konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti, bħala li għandhom biżżejjed leġiżlazzjoni nazzjonali u kontrolli kummerċjali domestiċi; u

(iv)

mhux qabel ma s-Segretarjat ikun ivverifika l-pajjiżi importaturi prospettivi u l-istokkijiet irreġistrati.

L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Appendiċi I u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat kif xieraq.

In-Namibja

Il-proposta ma għandiex tiġix appoġġata sakemm il-kamp ta’ applikazzjoni ma jitnaqqasx b’mod sinifikanti, b’mod partikolari billi jiġi eskluż il-kummerċ fil-qarn tar-rinoċeronte, u jiżdiedu salvagwardji addizzjonali għall-kummerċ fl-annimali ħajjin. L-appoġġ huwa kontinġenti fuq l-introduzzjoni mill-ġdid tal-frażi “Annimali ħajjin għall-konservazzjoni in situ biss, u biss fi ħdan l-ispeċi naturali u l-medda storika taċ-Ceratotherium simum fl-Afrika”.

(-)

10.

Diceros bicornis

(Rinoċeronte iswed)

Ittrasferixxi l-popolazzjoni tad-Diceros bicornis bicornis tan-Namibja mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II bl-annotazzjoni li ġejja:

Għall-iskop esklużiv li jkun permess il-kummerċ fil-qarn irreġistrat tar-rinoċeronte, sħiħ jew f’biċċiet, soġġett għal dan li ġej:

(i)

stokk proprjetà tal-Gvern irreġistrat biss, li joriġina fl-Istat (esklużi l-qrun ikkonfiskati tar-rinoċeronte u l-qrun ta’ oriġini mhux magħrufa tar-rinoċeronte);

(ii)

qrun b’ċertifikati RHODIS biss;

(iii)

esklużivament għas-sħab kummerċjali li jkunu ġew ivverifikati mis-Segretarjat, f’konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti, bħala li għandhom biżżejjed leġiżlazzjoni nazzjonali u kontrolli kummerċjali domestiċi;

(iv)

mhux qabel ma s-Segretarjat ikun ivverifika l-pajjiżi importaturi prospettivi u l-istokkijiet irreġistrati; u

(v)

ir-rikavati minn dan il-kummerċ jintużaw esklużivament għall-konservazzjoni tar-rinoċeronti u għall-programmi għall-iżvilupp tal-komunità fiż-żona fejn jimirħu r-rinoċeronti jew biswitha.

L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Appendiċi I u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat kif xieraq.

In-Namibja

Tappoġġax il-proposta peress li tirriżulta fil-ftuħ tal-kummerċ internazzjonali fil-qrun tar-rinoċeronti.

—

11.

Choloepus didactylus

Choloepus hoffmanni

(Bugħażżien didattilu ta’ Hoffman)

0 – II

Inkludi fl-Appendiċi II

Il-Brażil, il-Costa Rica, il-Panama

Il-kriterji għall-elenkar ma jidhrux li ġew issodisfati. Itlob informazzjoni addizzjonali dwar il-miżuri nazzjonali ta’ protezzjoni u l-firxa tal-kummerċ internazzjonali fi Choloepus hoffmanni u l-impatt tiegħu fuq il-popolazzjonijiet selvaġġi. Jekk informazzjoni addizzjonali tappoġġa l-inklużjoni ta’ Choloepus hoffmanni fl-Appendiċi II, Choloepus didactylus għandu jiġi inkluż skont l-Anness 2b tar-Riżoluzzjoni Conf. 9.24 (Rev. CoP17).

0

12.

Cercocebus chrysogaster

(Mangabej żaqqu dehbiena)

II – I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Il-proposta turi li l-ispeċi tissodisfa l-kriterji tal-Appendiċi I.

+

13.

Loxodonta africana

(Iljunfant Afrikan)

Biex in-Namibja tkun tista’ tinnegozja fi stokkijiet irreġistrati tal-avorju mhux maħdum (nejbiet sħaħ u f’biċċiet) li joriġinaw min-Namibja, li huma proprjetà tal-Gvern tar-Repubblika tan-Namibja, għal skopijiet kummerċjali ma’ sħab kummerċjali li jkunu ġew ivverifikati mis-Segretarjat tas-CITES bħala li jkollhom biżżejjed leġiżlazzjoni nazzjonali u kontrolli tal-kummerċ domestiku. Dan jiżgura li l-avorju importat min-Namibja ma jiġix esportat mill-ġdid u jiġi ġestit skont ir-rekwiżiti kollha tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 dwar manifattura u kummerċ domestiċi.

Barra minn hekk, biex in-Namibja tkun tista’ tikseb l-istatus sħiħ tal-Appendiċi II għall-iljunfanti tagħha, kif previst fl-Artikolu IV tal-Konvenzjoni, u b’hekk tippermetti l-kummerċ regolat u legali fil-prodotti tal-iljunfanti tan-Namibja, inkluż l-avorju.

In-Namibja

Tappoġġax il-proposta peress li tirriżulta fil-ftuħ tal-kummerċ internazzjonali fl-avorju.

—

14.

Loxodonta africana

(Iljunfant Afrikan)

Emenda l-annotazzjoni A10 dwar il-popolazzjonijiet tal-iljunfanti tal-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe biex jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet tal-kummerċ fl-iljunfanti Afrikani ħajjin (test imħassar ikun jidher ingassatu test imdaħħal ikun jidher sottolinjat):

Għall-iskop esklużiv li jiġi permess:

(a)

kummerċ fit-trofej tal-kaċċa għal skopijiet mhux kummerċjali;

(b)

il-kummerċ fl-annimali ħajjin għal destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli kif iddefiniti fir-Riżoluzzjoni bir-referenza Conf. 11.20 (Rev. CoP18) għall-Botswana u għaż-Żimbabwe u għall-programmi ta’ konservazzjoni in situ għan-Namibja u għall-Afrika t’Isfel;

(c)

kummerċ fil-ġlud;

(d)

kummerċ fix-xagħar;

(e)

il-kummerċ fil-prodotti tal-ġilda għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali għall-Botswana, għan-Namibja u għall-Afrika t’Isfel u għal skopijiet mhux kummerċjali għaż-Żimbabwe;

(f)

kummerċ għal skopijiet mhux kummerċjali fl-ekipas immarkati u ċċertifikati individwalment inkorporati f’ġojjellerija lesta għal skopijiet mhux kummerċjali għan-Namibja u fit-tinqix fl-avorju għal skopijiet mhux kummerċjali għaż-Żimbabwe;

(g)

kummerċ f’avorju mhux maħdum irreġistrat (għall-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe, nejbiet sħaħ u f’biċċiet) soġġett għal li ġej:

(i)

stokkijiet proprjetà tal-gvern irreġistrati biss, li joriġinaw fl-Istat (minbarra avorju konfiskat jew avorju ta’ oriġini mhux magħrufa);

(ii)

biss għal imsieħba kummerċjali li ġew ivverifikati mis-Segretarjat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti, li għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali suffiċjenti u kontrolli kummerċjali domestiċi sabiex jiżguraw li l-avorju impurtat ma jiġix esportat mill-ġdid u jkun ġestit f’konformità mar-rekwiżiti kollha tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP18) dwar manifattura u kummerċ domestiċi;

(iii)

il-kummerċ ma jsirx qabel ma s-Segretarjat ikun ivverifika l-pajjiżi prospettivi tal-importazzjoni u l-istokkijiet irreġistrati li jkunu proprjetà tal-gvern;

(iv)

avorju mhux maħdum skont il-bejgħ kundizzjonali ta’ stokkijiet tal-avorju tal-gvern irreġistrati maqbula f’CoP12 li huma 20 000  kg (il-Botswana), 10 000  kg (in-Namibja), u 30 000  kg (l-Afrika t’Isfel);

(v)

flimkien mal-kwantitajiet maqbula f’CoP12, l-avorju tal-gvern mill-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe irreġistrat sal-31 ta’ Jannar 2007 u vverifikat mis-Segretarjat jista’ jiġi kkumerċjalizzat u ttrasportat, mal-avorju fil-paragrafu g) iv) hawn fuq f’bejgħ uniku għal kull destinazzjoni taħt superviżjoni stretta tas-Segretarjat;

(vi)

id-dħul mill-kummerċ jintuża biss għall-konservazzjoni tal-iljunfanti u għall-Programmi komunitarji tal-konservazzjoni u tal-iżvilupp fiż-żona fejn jimirħu l-iljunfanti jew maġenbha; u

(vii)

il-kwantitajiet addizzjonali speċifikati fil-paragrafu g) v) hawn fuq għandhom jiġu kkummerċjalizzati biss wara li l-Kumitat Permanenti jkun qabel li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fuq; u

(h)

l-ebda proposta ulterjuri li tippermetti l-kummerċ fl-avorju tal-iljunfanti minn popolazzjonijiet diġà fl-Appendiċi II m’għandha titressaq lill-Konferenza tal-Partijiet għall-perjodu minn CoP14 u li jispiċċa disa’ snin mid-data tal-bejgħ uniku tal-avorju li għandu jseħħ skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu g) i), g) ii), g) iii), g) vi) u g) vii). Barra minn hekk, kull proposta oħra ta’ dan it-tip għandha tiġi ttrattata skont id-Deċiżjonijiet 16.55 u 14.78 (Rev. CoP16).

Fuq proposta mis-Segretarjat, i Il-Kumitat Permanenti jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf dan il-kummerċ parzjalment jew għalkollox fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-pajjiżi esportaturi jew importaturi, jew fil-każ ta’ impatti ta’ detriment ippruvati tal-kummerċ fuq popolazzjonijiet oħra tal-iljunfanti.

L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Appendiċi I u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat kif xieraq.

Il-Botswana, il-Kamerun, il-Kosta tal-Avorju, in-Namibja, iż-Żimbabwe

Il-proposta hija waħda mill-eżiti tal-Laqgħa ta’ Djalogu tas-CITES dwar l-istati taż-żoni ta’ distribuzzjoni tal-iljunfanti Afrikani li saret mit-23 sas-26 ta’ Settembru 2024 fil-Botswana. Appoġġa l-proposta jekk tkun appoġġata mill-maġġoranza tal-istati taż-żoni ta’ distribuzzjoni fl-Afrika.

(+)

FAWNA – AVES

15.

Bycanistes spp.

Ceratogymna spp.

0 - II

Inkludi fl-Appendiċi II

Il-Kamerun, il-Kongo, il-Gabon, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, Sierra Leone, it-Togo

L-ispeċijiet jissodisfaw il-kriterji tal-Appendiċi II.

+

16.

Gyps africanus

(Avultun dahru abjad)

Gyps rueppelli

(Avultun ta’ Ruppell)

II – I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

Il-Benin, il-Burkina Faso, il-Burundi, il-Kamerun, iċ-Chad, il-Kongo, il-Gambja, il-Guinea, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, Sierra Leone, it-Togo

L-ispeċijiet jissodisfaw il-kriterji tal-Appendiċi I.

+

17.

Falco peregrinus

Falco peregrinus (Bies)

I – II

Ittrasferixxi mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II

Il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerka

Għalkemm il-popolazzjoni turi xejra li qed tiżdied u l-biċċa l-kbira tal-kummerċ x’aktarx li jibqa’ f’eżemplari mrobbija fil-magħluq, it-tniżżil fil-lista tal-Appendiċi II jista’ jwassal għal domanda akbar għal għasafar maqbuda mis-selvaġġ u b’hekk potenzjalment jhedded il-popolazzjonijiet fis-selvaġġ. Il-proposta tista’ possibilment tiġi appoġġata jekk tkun akkumpanjata minn kwota ta’ esportazzjoni żero għall-eżemplari maqbuda mis-selvaġġ.

(-)

18.

Sporophila angolensis

Sporophila atrirostris

Sporophila crassirostris

Sporophila funerea

Sporophila maximiliani

Sporophila nuttingi

(Għasfur tal-għana munqaru kbir)

Inkludi s-Sporophila maximiliani fl-Appendiċi I u inkludi s-Sporophila angolensis, is-Sporophila atrirostris, is-Sporophila crassirostris, is-Sporophila funerea u s-Sporophila nuttingi fl-Appendiċi II

Il-Brażil

L-ispeċijiet jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fl-Appendiċi I u II, kif propost rispettivament.

+

FAWNA – REPTILIA

19.

Caribicus warreni

(Gremxula ġganta tal-Haiti)

0 - I

Inkludi fl-Appendiċi I

Ir-Repubblika Dominicana

Issuġġerixxi l-elenkar fl-Appendiċi II bi kwota żero u stieden lir-Repubblika Dominicana telenka l-Caribicus anelpistus u l-Caribicus darlingtoni fl-Appendiċi III.

(+)

20.

Phyllurus amnicola

(Wiżgħa denbha wiesa’ tal-Muntanja Elliot)

III - II

Inkludi fl-Appendiċi II

L-Awstralja

Appoġġa l-proposta peress li l-kriterji għall-elenkar jidhru li ġew issodisfati. Il-kummerċ internazzjonali jikkonsisti prinċipalment f’eżemplari mrobbija fil-magħluq.

+

21.

Phyllurus caudiannulatus

(Wiżgħa denbha rqiq annulari)

III - II

Inkludi fl-Appendiċi II

L-Awstralja

Il-kummerċ fl-ispeċi huwa meqjus bħala estremament rari.

0

22.

Amblyrhynchus spp.

(Igwana tal-baħar tal-Galapagos)

II - I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

L-Ekwador

Tappoġġax peress li l-kriterji għall-elenkar ma jidhrux li ġew issodisfati.

0

23.

Conolophus spp.

(Igwana tal-art tal-Galapagos)

II - I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

L-Ekwador

Appoġġa l-proposta abbażi tal-approċċ prekawzjonarju u l-indikazzjoni tad-domanda internazzjonali għall-ispeċi.

(+)

24.

Bitis harenna

(Lifgħa tal-muntanji tal-Etjopja)

Bitis parviocula

(Lifgħa tal-Muntanji Bale)

0 - I

Inkludi fl-Appendiċi I

L-Etjopja

Appoġġa peress li l-kriterji bijoloġiċi jidhru li ġew issodisfati għaż-żewġ speċijiet. Bitis parviocula magħruf li jinsab fil-kummerċ, madankollu ma ġiet żgurata l-ebda evidenza għall-kummerċ f’Bitis harenna.

(+)

25.

Crotalus spp.

Sistrurus spp.

0 - II

Inkludi fl-Appendiċi II

L-Istat Plurinazzjonali tal-(Bolivja), il-Messiku

Tappoġġax il-proposta peress li mhuwiex ċar jekk il-kriterji għall-elenkar humiex issodisfati għal Crotalus ravus u Crotalus lepidus. L-elenkar fl-Appendiċi III jista’ jkun l-ewwel pass xieraq biex jinftiehmu x-xejriet kummerċjali fis-sriep rattiċi.

—

26.

Kinixys homeana

(Fekruna taċ-ċappetta ta’ Home)

II - I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

Il-Kamerun, il-Guinea, in-Niġerja, it-Togo

Appoġġa peress li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I jidhru li ġew issodisfati.

+

FAWNA – AMPHIBIA

27.

Pelophylax epeiroticus

Pelophylax lessonae

Pelophylax ridibundus

Pelophylax shqipericus

0 - II

Inkludi fl-Appendiċi II (Id-dħul fis-seħħ biex jiġu inklużi fl-Appendiċi II jiddewwem bi 18-il xahar, jiġifieri sal-5 ta’ Ġunju 2027.)

L-Unjoni Ewropea, Iżrael, il-Maċedonja ta’ Fuq

Proposta tal-UE (pożizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1314 tat-23 ta’ Ġunju 2025)

 

FAWNA – ELASMOBRANCHII (Klieb il-baħar)

28.

Carcharhinus longimanus

(Kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku)

II - I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

L-Arġentina, il-Bahamas, il-Brażil, Comoros, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Unjoni Ewropea, Fiġi, il-Gabon, il-Honduras, il-Libanu, l-Oman, il-Panama, is-Samoa, is-Senegal, is-Seychelles, is-Sri Lanka, is-Sudan, it-Togo, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Koproponent tal-UE (pożizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1314 tat-23 ta’ Ġunju 2025)

 

29.

Galeorhinus galeus

(Kelb il-baħar)

Mustelus spp

0 - II

Inkludi fl-Appendiċi II

Il-Brażil, l-Ekwador, l-Unjoni Ewropea, il-Panama, is-Senegal

Koproponent tal-UE (pożizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1314 tat-23 ta’ Ġunju 2025)

 

30.

Mobulidae spp.

II - I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

Il-Bahamas, il-Belize, il-Brażil, Comoros, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, Fiġi, il-Gabon, il-Ġamajka, il-Maldivi, il-Panama, is-Samoa, is-Senegal, is-Seychelles, is-Sudan, it-Togo

Appoġġa peress li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I jidhru li ġew issodisfati.

+

31.

Rhincodon typus

(Kelb balena)

II – I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

L-Arġentina, il-Bahamas, il-Bangladesh, il-Belize, Comoros, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, Fiġi, il-Gabon, il-Maldivi, il-Panama, il-Filippini, is-Samoa, is-Senegal, is-Seychelles, is-Sri Lanka, it-Togo

Appoġġa peress li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I jidhru li ġew issodisfati u l-elenkar ikun allinjat mal-protezzjoni skont il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċi Migratorji tal-Annimali Selvaġġi.

+

32.

Glaucostegus spp.

Żid l-annotazzjoni li ġejja: “Kwota annwali ta’ esportazzjoni żero għall-eżemplari maqbuda mis-selvaġġ li jsir negozju fihom għal skopijiet kummerċjali”

Il-Bangladesh, il-Benin, il-Brażil, il-Burkina Faso, il-Burundi, Cabo Verde, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, Comoros, il-Kongo, il-Gabon, il-Gambja, il-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Maldivi, il-Mali, in-Niġer, in-Niġerja, il-Panama, Sierra Leone, is-Sudan, it-Togo

L-istabbiliment tal-kwota ta’ esportazzjoni żero huwa ġġustifikat minħabba t-tnaqqis fl-ispeċi.

+

33.

Rhinidae spp.

(Pixxifeles)

Żid l-annotazzjoni li ġejja: “Kwota annwali ta’ esportazzjoni żero għall-eżemplari maqbuda mis-selvaġġ li jsir negozju fihom għal skopijiet kummerċjali”

Il-Bangladesh, il-Benin, il-Brażil, il-Burkina Faso, il-Burundi, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, Comoros, il-Kongo, il-Gabon, il-Gambja, il-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Maldivi, il-Mali, in-Niġer, in-Niġerja, il-Panama, is-Senegal, Sierra Leone, is-Sudan, it-Togo

L-istabbiliment tal-kwota ta’ esportazzjoni żero huwa ġġustifikat minħabba t-tnaqqis fl-ispeċi.

+

34.

Centrophoridae spp.

Inkludi fl-Appendiċi II

Il-Brażil, Comoros, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Unjoni Ewropea, il-Libanu, in-Niġerja, il-Panama, is-Senegal, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Proposta tal-UE (pożizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1314 tat-23 ta’ Ġunju 2025)

 

FAWNA – ACTINOPTERI

35.

Anguilla spp.

0 – II

Inkludi fl-Appendiċi II (Id-dħul fis-seħħ jiddewwem bi 18-il xahar, jiġifieri sal-5 ta’ Ġunju 2027.)

L-Unjoni Ewropea, il-Honduras, il-Panama

Proposta tal-UE (pożizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1314 tat-23 ta’ Ġunju 2025)

 

FAWNA – HOLOTHUROIDEA

36.

Actinopyga echinites

Actinopyga lecanora

Actinopyga mauritiana

Actinopyga miliaris

Actinopyga palauensis

Actinopyga varians

0 - II

Inkludi fl-Appendiċi II

Unjoni Ewropea

Proposta tal-UE (pożizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1314 tat-23 ta’ Ġunju 2025)

 

37.

Holothuria lessoni

(Bużżu tar-ramel)

0 – II

Inkludi fl-Appendiċi II

Unjoni Ewropea

Proposta tal-UE (pożizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1314 tat-23 ta’ Ġunju 2025)

 

FAWNA – Arthropoda

38.

Acanthoscurria chacoana

Acanthoscurria insubtilis

Acanthoscurria musculosa

Acanthoscurria theraphosoides

Avicularia hirschii

Avicularia rufa

Avicularia avicularia

Catumiri argentinense

Cyriocosmus berate

Cyriocosmus perezmilesi

Grammostola rosea

Hapalotremus albipes

Holothele longipes

Pamphobeteus antinous

Umbyquyra acuminatum

0 – II

Inkludi fl-Appendiċi II

L-Arġentina, l-Istat Plurinazzjonali tal-(Bolivja), il-Panama

L-ispeċijiet ma jidhrux li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar. L-elenkar ta’ xi wħud mill-ispeċijiet fl-Appendiċi III mill-Istati taż-żoni ta’ distribuzzjoni jista’ jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kummerċ ta’ eżemplari selvaġġi u l-impatt tiegħu

(-)

FAWNA – MOLLUSCA

39.

Haliotis midae

(Widna tal-baħar tal-Afrika t’Isfel)

Inkludi l-popolazzjoni tal-Afrika t’Isfel fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni “eżemplari mnixxfa biss”

L-Afrika t’Isfel

Il-kriterji għall-elenkar jidhru li ġew issodisfati.

Madankollu, il-proposta tidher li mhijiex allinjata mat-test tal-Konvenzjoni.

—

FLORA

40.

Panax quinquefolius

(Ġinseng Amerikan)

Emenda l-annotazzjoni #3 biex jiġu eżentati l-prodotti lesti, ippakkjati u lesti għall-bejgħ bl-imnut, li huma għeruq imqatta’ rqiq derivati mill-pjanti tal-Panax quinquefolius ippropagati artifiċjalment

L-Istati Uniti tal-Amerka

Tappoġġax il-proposta fil-forma attwali tagħha. L-emenda tista’ tirriżulta f’riskju akbar ta’ frodi li jinvolvi l-ispeċijiet selvaġġi. L-eżenzjoni proposta tista’ tiġi infurzata/implimentata biss jekk tkun akkumpanjata minn rekwiżiti ċari tat-tikkettar li jindikaw is-sors minn propagazzjoni artifiċjali, jew minn dokumentazzjoni oħra tal-oriġini mill-kultivazzjoni.

Konsegwentement, l-UE tista’ tappoġġa l-kumment mis-Segretarjat fil-valutazzjoni tiegħu fid-dokument 114.1 tal-CoP20.

(-)

41.

Jubaea chilensis

(Palma taċ-Ċilì)

0 – I

Inkludi fl-Appendiċi I

Iċ-Ċilì

Appoġġa peress li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I jidhru li ġew issodisfati.

+

42.

Beaucarnea glassiana

Beaucarnea glassiana

Beaucarnea hookeri (Palma tat-toppu)

Inkludi fl-Appendiċi II bħala parti mill-elenkar tal-ġeneru Beaucarnea spp.

Il-Messiku, l-Iżvizzera

Appoġġa peress li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi II jidhru li ġew issodisfati.

+

43.

Commiphora wightii

(Bdellju Indjan)

0 - II

Inkludi fl-Appendiċi II

Unjoni Ewropea

Proposta tal-UE (pożizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1314 tat-23 ta’ Ġunju 2025)

 

44.

Euphorbia bupleurifolia

(Tengħud tal-prinjola)

II - I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

L-Afrika t’Isfel

Appoġġa peress li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I jidhru li ġew issodisfati.

+

45.

Afzelia bipindensis

(Afzelia ħamra)

Ħassar il-popolazzjonijiet tal-Kamerun, tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, tal-Kongo, tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, tal-Guinea Ekwatorjali u tal-Gabon mill-Appendiċi II

Il-Burundi, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Gabon

L-ispeċi tkompli tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi II.

—

46.

Paubrasilia echinata

(Injam tal-Brażil)

II - I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

Il-Brażil

Irrikonoxxi l-ħtieġa għat-tisħiħ tal-isforzi ta’ konservazzjoni ta’ Paubrasilia, filwaqt li tagħraf l-importanza ta’ Paubrasilia għal strumenti mużikali.

Fir-rigward tat-tħassib dwar ħażniet mhux irreġistrati, l-UE tista’ potenzjalment tipproponi li l-Partijiet iridu jibagħtu informazzjoni aġġornata dwar il-ħażniet nazzjonali lis-Segretarjat tas-CITES qabel l-SC81 (tmiem l-2026) jew il-CoP21.

L-elenkar fl-Appendiċi I kif propost oriġinarjament x’aktarx li ma jindirizzax il-problemi identifikati li jikkonċernaw il-kummerċ illegali.

Potenzjalment appoġġa soluzzjoni fl-Appendiċi II, filwaqt li jissaħħu l-kontrolli u tingħata soluzzjoni għall-mużiċisti li jivvjaġġaw. Hija meħtieġa aktar ħidma qabel l-adozzjoni ta’ proposta, li fiha huma meħtieġa aktar diskussjonijiet mal-proponent.

0

47.

Pterocarpus soyauxii

Pterocarpus soyauxii (Padauk Afrikan)

Ħassar il-popolazzjonijiet tal-Angola, tal-Kamerun, tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, tal-Kongo, tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, tal-Guinea Ekwatorjali u tal-Gabon mill-Appendiċi II

Il-Burundi, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Gabon

L-ispeċi tkompli tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi II.

—

48.

Aloe bergeriana

Aloe jeppeae

Aloe subspicata

Aloe welwitschii

Emenda l-elenkar tal-Aloe spp. fl-Appendiċi II biex jiġu inklużi wkoll l-erba’ speċijiet li qabel kienu ttrattati fil-ġeneru mhux elenkat Chortolirion, iżda issa huma inklużi fit-taqsima Aloe Chortolirion, jiġifieri l-Aloe bergeriana, l-Aloe jeppeae, l-Aloe subspicata, u l-Aloe welwitschia

L-Afrika t’Isfel, l-Iżvizzera, iż-Żimbabwe

Appoġġa peress li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi II jidhru li ġew issodisfati.

+

49.

Podocarpus parlatorei

(Podokarp ta’ Parlatore)

I – II

Ittrasferixxi mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II

L-Arġentina

Tappoġġax sakemm ma tiġix ipprovduta d-data dwar il-popolazzjoni fil-Bolivja.

(-)

50.

Avonia quinaria

II – I

Ittrasferixxi mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

L-Afrika t’Isfel

Appoġġa peress li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I jidhru li ġew issodisfati.

+

51.

Aloe ferox

Euphorbia antisyphilitica

Emenda l-annotazzjoni #4 kif ġej:

(f)

prodotti lesti ppakkjati u lesti għall-kummerċ bl-imnut tal-Aloe ferox u tal-Euphorbia antisyphilitica ppakkjati u lesti għall-kummerċ bl-imnut;

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Appoġġa peress li l-emenda minuri tissimplifika u tikkjarifika t-test tal-annotazzjoni mingħajr ma tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni jew it-tifsira.

+


(1)  Seg. = Is-Segretarjat tas-CITES

SC = Il-Kumitat Permanenti

AC = Il-Kumitat dwar l-Annimali

PC = Il-Kumitat dwar il-Pjanti


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2437/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)