|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5902 |
7.11.2025 |
Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antisussidji
(C/2025/5902)
1. Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri kompensatorji msemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami ta’ skadenza. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta’ sussidjar u ta’ dannu. F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità biex jelaboraw dwar il-kwistjonijiet imsemmijin fit-talba għal rieżami, jirribattuhom jew jikkummentaw dwarhom.
3. Skadenza
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Bruxelles/Brussels, BELGIQUE/BELGIË (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika, iżda mhux aktar tard minn 3 xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Bijodiżil |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Dazju kumpensatorju |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1267 tad-29 ta’ Lulju 2021 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 2.8.2021, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1267/oj) |
3 ta’ Awwissu 2026 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1037/oj.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5902/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)