32005D0794

Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Settembru 2005 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunita', tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

Official Journal L 300 , 17/11/2005 P. 0053 - 0054
Official Journal L 175 , 29/06/2006 P. 0001 - 0002


Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l- 20 ta' Settembru 2005

dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunita', tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

(2005/794/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61 (ċ) tiegħu flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad- 29 ta’ Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali [1], u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom.

(2) Bid-Deċiżjoni tat- 8 ta' Mejju, 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex b' mod eċċezzjonali tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, biex id-dispożizzjonijiet tar-Regolament hawn fuq imsemmi jiġu estiżi għad-Danimarka;

(3) Il-Kummissjoni innegozjat ftehim bħal dan, f'isem il-Komunità, mar-Renju tad-Danimarka.

(4) Ir-Renju Unit u l-Irlanda, skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, qed jipparteċipaw fl-adozzjoni u t-tħaddim ta' din id-Deċiżjoni.

(5) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll fuq imsemmi dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u ma hix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6) Il-Ftehim, inizjalat fi Brussel, fis- 17 ta' Jannar, 2005, għandu jiġi iffirmat.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunita' Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali qiegħed hawn jiġi approvat f' isem il-Komunita', bla ħsara għad-Deċżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f'isem il-Komunità bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu.

Magħmula fi Brussel, nhar il- 20 ta' Settembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Beckett

[1] ĠU L 160, 30.6.2000, p. 37.

--------------------------------------------------