|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1723 |
21.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1723
tal-20 ta’ Ġunju 2024
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 bħala addittiv tal-għalf għall-annimali li jirgħu għall-produzzjoni tal-ħalib tal-ispeċi bovina, tan-nagħaġ u tal-mogħoż (detentur tal-awtorizzazzjoni: International Animal Health Products Pty Ltd, irrappreżentata minn GAB Consulting GmbH)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 bħala addittiv tal-għalf. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 bħala addittiv tal-għalf għall-annimali kollha li jirgħu, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-2 ta’ Lulju 2020 (2) u tal-14 ta’ Novembru 2023 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 huwa sikur għall-bovini, l-ovini u l-kaprini kollha tal-ħalib, għall-konsumaturi u għall-ambjent fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti b’marġni ta’ sikurezza tal-10. Minħabba n-nuqqas ta’ data, ma setgħetx tikkonkludi dwar is-sikurezza tal-addittiv għal speċijiet/kategoriji oħra li jirgħu. L-awtorità qieset li l-preparat ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 mhuwiex irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn iżda huwa irritanti għas-sistema respiratorja u sensitizzatur respiratorju, filwaqt li ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda tiegħu. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 jista’ inaqqas l-għadd ta’ nematodi parassitiċi fuq il-mergħat għall-benefiċċju tal-annimali li jirgħu meta jintuża bir-rata ta’ applikazzjoni rakkomandata ta’ 3 × 104 klamidospori/kg piż tal-ġisem u kuljum. Ma kinitx tal-fehma li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għall-baqar tal-ħalib, għall-baqar tal-ħalib ta’ speċijiet bovini minuri, għan-nagħaġ tal-ħalib u għall-mogħoż tal-ħalib, filwaqt li l-proċess ta’ valutazzjoni jkompli għall-annimali li jirgħu għajr il-baqar tal-ħalib, il-baqar tal-ħalib ta’ speċijiet bovini minuri, in-nagħaġ tal-ħalib u l-mogħoż tal-ħalib. Huwa xieraq, għal raġunijiet prattiċi u ta’ kontroll, li jiġi espress id-dożaġġ tal-preparat għal kull kilogramma ta’ għalf komplet u li jiġi previst li l-addittiv jintuża biss fl-għalf għall-baqar tal-ħalib li jirgħu, għall-baqar tal-ħalib ta’ speċijiet bovini minuri, għan-nagħaġ tal-ħalib u għall-mogħoż tal-ħalib. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jaqa’ fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/.
(2) EFSA Journal. 2020;18(7):6208.
(3) EFSA Journal. 2023;21:e8465.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
Għadd ta’ ta’ klamidospori/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tan-numru ta’ larvi tan-nematodu infettiv fil-mergħa) |
|||||||||||||||
|
4d27 |
International Animal Health Products Pty Ltd, rappreżentata minn GAB Consulting GmbH |
Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 li fih minimu ta’ 5 × 105 klamidospori/g addittiv. Forma solida. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Klamidospori vijabbli ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 Metodu analitiku (1) Għall-identifikazzjoni ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336: Metodi bbażati fuq id-DNA. Għall-enumerazzjoni ta’ klamidospori vijabbli ta’ Duddingtonia flagrans NCIMB 30336 fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: il-metodu bl-użu ta’ agar tal-mannitol tal-ħmira (YMA — yeast mannitol agar) bi streptomiċina u kloramfenikol u numru l-aktar probabbli (MPN — most probable number) għall-enumerazzjoni. |
Baqar tal-ħalib Baqar tal-ħalib ta’ speċi bovina minuri |
— |
8,5 × 105 |
8,5 × 106 |
|
Il-11 ta’ Lulju 2034 |
||||||
|
Nagħaġ tal-ħalib Mogħoż tal-ħalib |
1,3 × 106 |
1,3 × 107 |
|||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1723/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)