5.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/16


Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva Nru 94/22/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 244/05)

Avviż tar-Renju Unit għad-29 Ċiklu ta’ Liċenzji għat-Tiftix taż-Żejt u l-Gass Offshore

Id-Dipartiment tal-Enerġija u tat-Tibdil fil-Klima

L-Att dwar il-Petroleum tal-1998

Ċiklu ta’ Liċenzji offshore

1.

Is-Segretarju tal-Istat għall-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima jistieden lill-persuni interessati biex japplikaw għal Liċenzji għall-produzzjoni ta’ idrokarburi (Seaward Production Licences) f’żoni speċifiċi tal-Blata Kontinentali tar-Renju Unit.

2.

Id-dettalji kollha tal-offerta, inklużi listi u mapep taż-żona inkluża fl-offerta flimkien ma’ tagħrif dwar il-liċenzji, it-termini li se jinkludu dawk il-liċenzji, u kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli fis-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit (ara hawn taħt).

3.

L-applikazzjonijiet kollha se jiġu ddeterminati skont it-termini tal-Hydrocarbons Licensing Directive Regulations 1995 (S.I. 1995 Nru 1434), il-Petroleum Licensing (Applications) Regulations 2015 (SI 2015 No. 766) u l-Offshore Petroleum Licensing (Offshore Safety Directive) Regulations 2015 (SI 2015 No. 385). Aktar għajnuna fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza u ambjentali kollha jinsabu fuq www.hse.gov.uk/osdr/assets/docs/osd-licensing-operatorship-safety-environmental-aspects%20.pdf Id-determinazzjonijiet se jsiru fil-kuntest tal-ħtieġa kontinwa għal tiftix komprensiv, effiċjenti u sikur sabiex ikunu identifikati r-riżorsi taż-żejt u tal-gass tar-Renju Unit filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-aspetti ambjentali.

Qafas innovattiv

4.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji se jiġu kkunsidrati fid-dawl tal-approċċ innovattiv ġdid adottat għall-Programmi ta’ Ħidma tal-Perjodu Inizjali tal-liċenzji (“Programmi ta’ Ħidma”), li juża l-flessibilità pprovduta skont il-Klawsoli Mudell fis-seħħ. Dawn il-Programmi ta’ Ħidma se jinkorporaw il-kombinament flessibbli ta’ mhux aktar minn tliet fażijiet (A, B u C) fil-Perjodu Inizjali. Dan se jgħin biex jiġi żgurat li l-Programmi ta’ Ħidma għall-blokka (blokok) li għaliha (għalihom) qed issir l-applikazzjoni huma xierqa għall-isfidi ġeotekniċi u ta’ tipi oħra li jridu jiġu indirizzati f’żona, filwaqt li jiġu ottimizzati l-fatturi elenkati fil-Paragrafu 3. Il-flessibilità li qed tingħata mill-kombinament ta’ mhux aktar minn tliet fażijiet tippermetti li l-applikanti jfasslu Programm ta’ Ħidma li jkun xieraq għall-pjanijiet u għall-ħtiġiet partikolari tagħhom.

Il-Fażi A tal-Programm ta’ Ħidma tinkludi perjodu li fih se jitwettqu Studji Ġeotekniċi u Riproċessar Ġeofiżiku tad-Dejta; Il-Fażi B tal-Programm ta’ Ħidma se tkun perjodu fejn se tinġabar Dejta Siżmika Ġdida; Il-Fażi C tal-Programm ta’ Ħidma se tkun għat-tħaffir esploratorju u/jew ta’ evalwazzjoni. L-applikanti jistgħu jiddeċiedu l-kombinament tal-Fażijiet, jekk isirux it-tliet Fażijiet kollha, jinbediex ix-xogħol direttament bil-Fażi B segwita mill-Fażi C, jinbediex ix-xogħol direttament bil-Fażi C, inkella direttament bil-Fażi A segwita mill-Fażi C.

Il-Fażi A u l-Fażi B mhumiex obbligatorji u jistgħu ma jkunux adattati f’ċirkostanzi partikolari, iżda kull applikazzjoni trid tipproponi Fażi C, ħlief meta l-applikant ma jaħsibx li hija meħtieġa xi esplorazzjoni u jipproponi li jmur direttament għall-iżvilupp (jiġifieri “direttament għat-tieni perjodu”).

Il-liċenzji kollha mogħtija f’dan iċ-ċiklu se jkollhom Perjodu Inizjali ta’ mhux iktar minn disa’ snin u jista’ jkun fihom dispożizzjonijiet għaċ-ċediment skont il-klawsola 5 tal-Klawsoli Mudell attwali.

5.

L-applikazzjonijiet li l-Fażi tal-bidu tagħhom hija l-Fażi A jew B se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

Il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant;

(b)

Il-kapaċità teknika tal-applikant li se tiġi vvalutata parzjalment skont il-kwalità tal-analiżi relatata mal-blokka;

(c)

Il-mod li bih l-applikant jipproponi li jwettaq l-attivitajiet li jkunu permessi skont il-liċenzja, inkluża l-kwalità tal-Programm ta’ Ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona li għaliha qed issir l-applikazzjoni; u

(d)

Meta l-applikant ikollu jew kellu liċenzja mogħtija skont l-Att tal-Petroleum tal-1998, jew ittrattata daqslikieku ngħatat skontu, kull nuqqas ta’ effiċjenza u ta’ responsabbiltà murija mill-applikant f’operazzjonijiet skont dik il-liċenzja.

Skont il-Klawsoli Mudell attwali, il-liċenzji b’Fażi B għandhom jispeċifikaw perjodu ta’ żmien skont il-klawsola 4(2) biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa d-DECC bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-programm ta’ ħidma. Għal liċenzji li għandhom il-Fażi A iżda mhux il-Fażi B, il-liċenzja għandha tispeċifika wkoll perjodu skont il-klawsola 4(2) biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa d-DECC bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta’ Ħidma.

6.

L-applikazzjonijiet li jibdew bil-Fażi C se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant u l-kapaċità finanzjarja tiegħu biex iwettaq l-attivitajiet li se jkunu permessi skont il-liċenzja waqt il-Perjodu Inizjali, inkluż il-Programm ta’ Ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona fil-blokka;

(b)

il-kapaċità teknika tal-applikant biex iwettaq attivitajiet li jkunu permessi skont il-liċenzja waqt il-Perjodu Inizjali, inklużi l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-analiżi tal-prospetti tal-idrokarburi fil-blokka. Il-kapaċità teknika se tiġi vvalutata parzjalment fuq il-kwalità tal-analiżi tal-applikant b’rabta mal-blokka;

(c)

il-mod li bih l-applikant jipproponi li jwettaq l-attivitajiet li se jkunu permessi skont il-liċenzja, inkluża l-kwalità tal-Programm ta’ Ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona li għaliha qed issir l-applikazzjoni; u

(d)

meta l-applikant ikollu jew kellu liċenzja mogħtija skont l-Att tal-Petroleum tal-1998, jew ittrattata daqslikieku ngħatat skontu, kull nuqqas ta’ effiċjenza u ta’ responsabbiltà murija mill-applikant f’operazzjonijiet skont dik il-liċenzja.

Gwida

7.

Tinsab aktar għajnuna fuq is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit: https://www.gov.uk/oil-and-gas-licensing-rounds

Offerti għal-Liċenzji

8.

Sakemm ma jkunx hemm bżonn ta’ Valutazzjoni Xierqa għal xi Blokka partikolari (ara l-Paragrafu 11 iktar ‘l isfel), kull offerta tas-Segretarju tal-Istat għal liċenzja skont din l-istedina, se ssir fi żmien tmintax-il xahar mid-data ta’ dan l-Avviż.

9.

Is-Segretarju tal-Istat ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għall-ispejjeż imġarrba mill-applikant waqt il-kunsiderazzjoni jew il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

Valutazzjonijiet Ambjentali

10.

Is-Segretarju tal-Istat wettaq Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS) skont id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-Istima tal-Effetti ta’ Ċerti Pjanijiet u Programmi fuq l-Ambjent taż-żoni kollha li se jiġu offruti f’dan iċ-Ċiklu. Ir-riżultati ta’ dik il-VAS jinsabu fuq is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit iddedikat għall-VAS tal-enerġija offshore:

https://www.gov.uk/offshore-energy-strategic-environmental-assessment-sea-an-overview-of-the-sea-process

11.

Il-liċenzji skont din l-istedina se jiġu offruti biss jekk, skont id-Direttiva dwar il-Habitats (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa):

(a)

l-attivitajiet li għandhom jitwettqu skont il-liċenzja aktarx mhux se jkollhom effett sinifikanti fuq il-ġestjoni ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (ŻSK) jew ta’ Żona Speċjali ta’ Protezzjoni (ŻSP), jew inkella jekk

(b)

Valutazzjoni Xierqa tkun aċċertat li l-attivitajiet mhux se jkollhom effetti negattivi fuq l-integrità ta’ ŻSK jew ŻSP bħal dawn; jew

(c)

f’każ partikolari fejn l-attivitajiet jiġu vvalutati u jirriżulta li x’aktarx jikkawżaw effetti negattivi bħal dawn, madankollu dment li

(i)

ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku ġenerali għall-ħruġ tal-liċenzja,

(ii)

jittieħdu miżuri xierqa ta’ kumpens, u

(iii)

ma jkunx hemmx soluzzjonijiet alternattivi.

12.

Kuntatt: Ricki Kiff, The Oil and Gas Authority, 21 Bloomsbury Street, London WC1B 3HF, ir-Renju Unit.

(Tel. +44 3000671637).

Is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit: https://www.gov.uk/oil-and-gas-licensing-rounds