European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3791

17.9.2025

P9_TA(2024)0365

Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (COM(2021)0420 – C9-0339/2021 – 2021/0239(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/3791)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0420),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0339/2021),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Frar 2022  (1),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021  (2),

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0151/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C 210, 25.5.2022, p. 5.

(2)   ĠU C 152, 6.4.2022, p. 89.


P9_TC1-COD(2021)0239

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1624.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3791/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)