|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1927 |
28.2.2024 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
(C/2024/1927)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Carlos Alberto CALDERÓN CHIRINOS (Nru 21), is-Sur Rafael Antonio FRANCO QUINTERO (Nru 23), is-Sa Tania D'AMELIO CARDIET (Nru 49) u s-Sur José Miguel DOMÍNGUEZ RAMÍREZ (Nru 50), persuni li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati.
Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel is-7 ta' Marzu 2024, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1927/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)