|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/900 |
10.2.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12291 – APOLLO FUNDS / PROSOL GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/900)
1.
Fit-3 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Apollo Capital Management, L.P (“Apollo Capital Management, L.P”) ikkontrollata minn Apollo Global Management, Inc. (“AGM”) (flimkien mas-sussidjarji indiretti ta’ AGM li jimmaniġġjaw il-fondi ta’ investiment, “Apollo”, u l-fondi ta’ investiment immaniġġjati minn affiljati ta’ Apollo, il-“Fondi Apollo”), (l-Istati Uniti), |
|
— |
Prosol Group (“Target”, Franza), ikkontrollat minn ZF Invest u fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollat minn Ardian. |
Apollo Capital Management, L.P. se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Prosol Group.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Apollo hija maniġer tal-assi alternattivi globali b’rata għolja ta’ tkabbir bil-kwartieri ġenerali tagħha f’New York City, New York fl-Istati Uniti. Apollo toffri servizzi ta’ mmaniġġjar tal-investiment u ta’ ppjanar finanzjarju lill-investituri individwali u istituzzjonali, |
|
— |
Prosol Group huwa multispeċjalist fin-negozji tal-ikel frisk u fil-bejgħ bl-imnut tal-ikel, bil-kwartieri ġenerali tiegħu fi Franza. Prosol Group jopera prinċipalment fi Franza u fl-Italja (u sa ċertu punt, fil-Belġju, fil-Lussemburgu u fin-Netherlands) taħt diversi strixxuni, biż-żewġ strixxuni ewlenin ikunu: Grand Frais u Fresh meta jipprovdi frott, ħxejjex, prodotti tal-ħalib, laħam u ħut. Strixxuni oħra jinkludu wkoll La Boulangerie du Marché, Mon Marché, BioFrais, Novoviande, u Banco Fresco fl-Italja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet possibbli tagħhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12291 – APOLLO FUNDS / PROSOL GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Directorate-General Competition |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
IL-BELĠJU/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/900/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)