31.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8394 — Essilor/Luxottica)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 287/04)

1.

Fit-22 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Essilor International SA (“Essilor”, Franza) u Luxottica Group SpA (“Luxottica”, l-Italja) jidħlu f’għaqda sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Essilor: Essilor hija attiva f’kull fażi tal-iżvilupp tal-lenti oftalmika (korrettiva), mid-disinn sal-manifattura sal-bejgħ bl-ingrossa, b’enfasi partikolari fuq ir-riċerka u l-iżvilupp. Essilor timmanifattura u tbigħ ukoll magni, strumenti u servizzi għall-professjonisti tal-għajnejn;

—   għal Luxottica: Luxottica tiddisinja, timmanifattura u tqassam in-nuċċalijiet, jiġifieri frejms tan-nuċċalijiet bir-riċetta u nuċċalijiet tax-xemx.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8394 — Essilor/Luxottica, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).