Official Journal L 083 , 20/03/2004 P. 0026 - 0028
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Marzu 2004 li temenda d-Deċiżjoni 1999/813/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, dwar l-għażla ta' l-awtorità kompetenti u l-mudell taċ-ċertifkat tas-saħħa (notifikata bid-dokument numru K(2004) 825) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2004/267/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq ta' prodotti tas-sajd ( [1]), u l-aktar l-Artikolu 11(1) tiegħu, Billi: (1) Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/813/KE ( [2]), "Iċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Ispezzjoni u ta' l-Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-Prodotti tas-Sajd (NAFIQACEN) tal-Ministeru għas-Sajd" huwa meqjus fil-Vjetnam bħala l-awtorità kompetenti biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura mal-kriterji tad-Direttiva 91/493/KEE. (2) Wara li kien hemm ristrutturar fit-tmexxija tal-Vjetnam, l-awtorità kompetenti nbidlet f'"Id-Direttorat Nazzjonali ta' l-Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-Prodotti tas-Sajd u Veterinarju (NAFIQAVED)". Din l-awtorità l-ġdida għandha s-setgħa tivverifika b'mod effettiv l-applikazzjoni tar-regoli li hemm fis-seħħ. (3) In-NAFIQAVED ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali fuq il-konformità mal-livelli għall-kontrolli u l-monitoraġġ tas-saħħa tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura, kif stabbilit fid-Direttiva 91/493/KEE, kif ukoll fuq il-kisba ta' kriterji ta' iġjene li huma daqsinsew għal dawk stabbiliti f'dik id-Direttiva. (4) Id-Deċiżjoni 1999/813/EC għandha, għalhekk, tiġi emendata kif xieraq. (5) Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 1999/813/KE qed tiġi emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej: "L- Artikolu 1 'Id-Direttorat Nazzjonali ta' l-Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-Prodotti tas-Sajd u Veterinarju (NAFIQAVED)' għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Vjetnam biex jivverifika u jiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura mal-kriterji tad-Direttiva 91/493/KEE." 2. Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: "2. Iċ-ċertifikati għandhom ikollhom l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tan-NAFIQAVED, kif ukoll it-timbru uffiċjali tiegħu f'kulur li jkun differenti minn dak tad-dettalji l-oħra li jkunu tniżżlu fiċ-ċertifikat." 3. L-Anness I jinbidel bit-test li hemm fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun tgħodd mill-4 ta' Mejju 2004. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Marzu 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15, Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1). [2] ĠU L 315, tad-9.12.1999, p. 39, Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/331/KE (ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 39). -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------