|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3229 |
20.12.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3229
tat-18 ta’ Ottubru 2024
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ bidliet fuq vjeġġi ta’ skart elettriku u elettroniku maqbula skont il-Konvenzjoni ta’ Basel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1013/2006 tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1), il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-ħmistax-il laqgħa tagħha li saret f’Ġunju 2022, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel iddeċidiet, permezz tad-Deċiżjoni BC-15/18, li tinkludi entrata ġdida għal skart elettriku u elettroniku perikoluż (entrata A1181) fl-Anness VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel, filwaqt li tħassar l-entrata A1180 f’dak l-Anness u żżid entrata ġdida għal skart elettriku u elettroniku mhux perikoluż (entrata Y49) fl-Anness II tal-Konvenzjoni ta’ Basel, filwaqt li tħassar l-entrata attwali għal tali skart (entrata B1110) fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel kif ukoll tħassar l-entrata B4030 fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel. Dawk il-bidliet se jsiru effettivi fl-1 ta’ Jannar 2025. |
|
(2) |
Jixraq li l-Unjoni, li hija Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel, timmodifika l-entrati relatati mal-iskart elettriku u elettroniku fl-Annessi rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 meta jirreferu għall-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-esportazzjoni tal-iskart elettriku u elettroniku mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi u l-importazzjoni tal-iskart ta’ dan it-tip fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Annessi III, IV u V tar-Regolament (KE) No 1013/2006 jenħtieġ li jitqiesu l-bidliet fl-Annessi II, VIII u IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel. B’riżultat ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2025, l-esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Destinat għal Operazzjonijiet ta’ Rkupru tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (2) (OECD)(“id-Deċiżjoni tal-OECD”), u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ skart elettriku u elettroniku skont l-entrata A1181 fl-Anness VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel u skont l-entrata Y49 fl-Anness II tal-Konvenzjoni ta’ Basel, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel. F’konformità mal-Artikolu 36(1), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u l-Anness V ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi pprojbita l-esportazzjoni tal-iskart elettriku u elettroniku skont l-entrati A1181 fl-Anness VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel u Y49 fl-Anness II tal-Konvenzjoni ta’ Basel lejn pajjiżi terzi li għalihom ma tapplikax l-OECD. |
|
(4) |
Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jenħtieġ li jibqgħu applikabbli għall-vjeġġi bejn l-Istati Membri ta’ skart elettriku u elettroniku mhux perikoluż skont l-entrati GC010 u GC020 sakemm jibqa’ japplika l-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 18 jiżgura s-superviżjoni u l-kontroll tal-vjeġġi bil-ħsieb tal-ġestjoni ambjentalment soda tagħhom. |
|
(5) |
Dan ir-Regolament iqis il-fatt li ma ntlaħaq l-ebda ftehim fl-OECD biex jiġu inkorporati l-emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel dwar l-iskart elettriku u elettroniku jiġu inkorporati fl-Appendiċijiet tad-Deċiżjoni tal-OECD. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati GC010 u GC020 fl-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 ma jibqgħux jiġu applikati mill-1 ta’ Jannar 2025 għall-esportazzjoni tal-iskart elettriku u elettroniku mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi u għall-importazzjoni ta’ tali skart fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. |
|
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Peress li l-bidliet fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel mhux se jkunu effettivi qabel l-1 ta’ Jannar 2025, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita għal dik id-data. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet kompetenti kif ukoll biex jiġi żgurat approċċ armonizzat għall-implimentazzjoni tal-bidliet introdotti b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jispeċifikaw li l-kunsens għall-vjeġġi ta’ skart elettriku u elettroniku maħruġ qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jibqa’ validu sal-1 ta’ Jannar 2026 jew sal-iskadenza ta’ tali kunsens meta jiskadi qabel dik id-data. Barra minn hekk, in-notifikanti jenħtieġ li sal-1 ta’ Frar 2025 jitħallew jaġġornaw notifika li ġiet sottomessa qabel il-31 ta’ Diċembru 2024 biex jallinjawha mal-bidliet introdotti b’dan ir-Regolament. |
|
(9) |
In-notifikaturi jenħtieġ li jitħallew jissottomettu notifiki dwar vjeġġi ta’ skart elettriku u elettroniku abbażi tal-entrati l-ġodda diġà qabel l-1 ta’ Jannar 2025, sabiex jiġi ffaċilitat it-teħid rapidu tad-deċiżjonijiet, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2025. Madankollu, in-notifikaturi jistgħu diġà qabel dik id-data jissottomettu notifiki dwar vjeġġi ta’ skart elettriku u elettroniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 kif emendat b’dan ir-Regolament.
Fir-rigward ta’ vjeġġi ta’ skart elettriku u elettroniku kklassifikat taħt l-entrati A1180, B1110, B4030, GC010 jew GC020, jew ta’ skart mhux ikklassifikat taħt entrata waħda unika jew fl-Anness III, IIIB jew IV tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, li għalihom awtorità kompetenti tkun tat il-kunsens tagħha qabel l-1 ta’ Jannar 2025 ħlief għal vjeġġi ta’ skart elettriku u elettroniku mhux perikoluż lejn pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, il-kunsens għandu jibqa’ validu sal-1 ta’ Jannar 2026 jew sal-iskadenza ta’ tali kunsens meta dan jiskadi qabel dik id-data.
Meta notifikatur ikun ippreżenta notifika dwar vjeġġi ta’ skart ikklassifikat taħt l-entrati A1180, B1110, B4030, GC010 jew GC020 qabel il-31 ta’ Diċembru 2024 u l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu deċiżjoni sa dik id-data, in-notifikatur għandu jitħalla jaġġorna n-notifika biex jallinjaha mar-regoli l-ġodda introdotti b’dan ir-Regolament sal-1 ta’ Frar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2006/1013/oj?locale=mt.
(2) OECD/LEGAL/0266.
ANNESS
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 fir-rigward ta’ bidliet fuq vjeġġi ta’ skart elettriku u elettroniku maqbula skont il-Konvenzjoni ta’ Basel
L-Annessi III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness IV, Parti I huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/3229/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)