12.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/24


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9733 — ENGIE/Mirova/Predica/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 48/15)

1.   

Fis-6 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ENGIE SA (“ENGIE”, Franza),

—

Mirova S.A. (“Mirova”, Franza), ikkontrollata mill-BPCE Group (“BPCE”, Franza),

—

Predica Prévoyance Dialogue (“Predica”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Crédit Agricole S.A., u

—

il-Kumpanija fil-Mira: portafoll ta’ sitt impjanti tal-elettriku mill-ilma li jinsabu fil-Portugall.

ENGIE, Mirova u Predica jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ portafoll ta’ assit tal-elettriku mill-ilma (il-“Kumpanija fil-Mira”), li bħalissa hija proprjetà ta’ EDP - Gestão da Produção de Energia, li mn-naħa tagħha hija proprjetà minn EDP.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ENGIE: ENGIE hija kumpanija attiva fl-oqsma tal-provvista tal-gass u tal-elettriċità, kif ukoll fis-servizzi tal-enerġija,

—

Mirova: Mirova hija kumpanija Franċiża li tiġġestixxi l-assi,

—

Predica: Predica hija kumpanija Franċiża tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja u s-saħħa, u li tappartjeni għall-grupp Franċiż, Crédit Agricole,

—

il-Kumpanija fil-Mira: il-Kumpanija fil-Mira tikkonsisti f’portafoll ta’ sitt impjanti ta’ enerġija elettrika mill-ilma li jinsabu fit-Tramuntana tal-Portugall u li bħalissa hija proprjetà tas-sussidjarja EDP - Gestão da Produção de Energia, li min-naħa tagħha hija proprjetarja kollha kemm hi ta’ EDP.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.9733 — ENGIE/Mirova/Predica/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.