Official Journal L 113 , 25/04/1978 P. 0001 - 0012
Greek special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0221
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0292
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0292
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0197
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0197
L-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 1978 li temenda l-Annessi tad-Direttiva 66/401/KEE dwar marketing taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf (78/386/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITA EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tpoġġija fis-suq taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/55/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 21a tagħha, Billi, fid-dawl ta' l-iżvilupp ta' l-għarfien xjentifiku u tekniku, l-Annessi I, II u III tad-Direttiva għandhom ikunu emendati għar-raġunijiet elenkati hawn taħt; Billi, biex jitjieb il-valur ġenetiku taż-żerriegħa, għandhom isiru disposizzjonijiet għall-gradi ta' purità varjetali li l-uċuh tar-raba' jridu jaderixxu fil-każ ta' ċerti speċi; Billi fejn għandu x'jaqsam dan, fil-każ ta' speċi li jiffertilizzaw lilhom infushom u tal-varjetajiet apomitiċi uniklonali tal-Poa spp., għandhom isiru disposizzjonijiet għal gradi ta' purità varjetali li ż-żerriegħa għandha taderixxi; Billi għandhom isiru disposizzjonijiet għall-kondizzjonijiet li jridu jkunu aderiti mill-uċuh tar-raba' fejn għandha x'taqsam il-preżenza ta' l-organiżmi li jagħmlu ħsara u li jnaqqsu l-utilità taż-żerriegħa; Billi għandhom ikunu stabbiliti gradi speċjali dwar il-kontenut massimu ta' aktar żrieragħ mhux mixtieqa jew li jagħmlu l-ħsara bħal ma hi Agropyron repens, Avena ludoviciana, Avena sterilis, Melilotus spp., Sinapis arvensis, Raphanus raphanistrum jew l-ispeċi tar-Rumex ħlief għal Rumex acetosella, Rumex crispus u Rumex obtusifolius; Billi għandhom ikunu adattati gradi dwar il-kapaċità tal-ġerminazzjoni minima u l-purità analitika minima fid-dawl ta' l-iżvilupp tal-kwalità taż-żerriegħa miksuba normalment; Billi, biex jiġu osservati l-kondizzjonijiet għall-eżami uffiċjali taż-żerriegħa li jsiru skond il-metodi internazzjonali li hawn bħalissa, huwa meħtieġ li jkunu riveduti ċerti disposizzjonijiet; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 66/401/KEE hija emendata kif ġej: 1) L-Anness I għandu jaqra kif ġej: ANNESS I IL-KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU ADERITI MILL-UĊUH TAR-RABA' 1. Il-ħsad ta' qabel ta' l-għalqa ma setax kien inkumpatibbli mal-produzzjoni taż-żerriegħa ta' l-ispeċi u l-varjetà ta' l-uċuh tar-raba', u l-għalqa għandha tkun ħielsa biżżejjed minn pjanti bħal dawn li huma voluntiera minn ħsad preċedenti. 2. L-uċuh tar-raba' għandhom ikunu konformi man-normi li ġejjin fejn għandhom x'jaqsmu distanzi minn sorsi qrib ta' trab dakkari li jista' jirriżulta fi traxxix ta' trab dakkari barrani li ma jkunx mixtieq: Uċuh tar-raba' | Distanza minima | 1 | 2 | Brassica spp.: —għall-produzzjoni taż-żerriegħa bazika | 400 m | —għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata | 200 m | Speċi jew varjetajiet oħra għal Brassica spp., Pisum arvense, il-varjetajiet apomitiċi uniklonali ta' Poa spp.: —għall-produzzjoni taż-żerriegħa maħsuba għall-multiplikazzjoni, b'għelieqi li jaslu sa żewġ ettari | 200 m | —għall-produzzjoni taż-żerriegħa maħsuba għal-multiplikazzjoni, b'għelieqi ta' aktar minn żewġ ettari | 100 m | —għall-produzzjoni taż-żerriegħa maħsuba għall-produzzjoni ta' pjanti għall-għalf, b'għelieqi li jaslu sa żewġ ettari | 100 m | —għall-produzzjoni taż-żerriegħa maħsuba għall-produzzjoni ta' pjanti għall-għalf, b'għelieqi li huma ta' aktar minn żewġ ettari | 50 m | Dawn id-distanzi jistgħu jkunu injorati jekk ikun hemm protezzjoni biżżejjed minn kwalunkwe traxxix ta' trab dakkari barrani mhux mixtieq. 3. Il-pjanti ta' speċi oħrajn, li ż-żerriegħa tagħhom tkun diffiċli li tiddistingwiha miż-żrieragħ ta' l-uċuh tar-raba' f'test tal-laboratorju, għandhom ikunu f'livell baxx. Partikolarment, l-uċuh tar-raba' ta' l-ispeċi tal-lolium għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin: in-numru ta' pjanti ta' l-ispeċi tal-lolium apparti milli għall-ispeċi ta' l-uċuh tar-raba' m'għandux jeċċedi: - wieħed kull 50 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika, - wieħed kull 10 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata. 4. L-uċuh tar-raba' għandhom ikollhom biżżejjed identità u purità varjetali. Partikolarment, l-uċuh tar-raba' ta' l-ispeċi jew tal-varjetajiet apparti għal Pisum arvense jew il-varjetajiet apomitiċi uniklonali tal-Poa spp. għandhom ikunu konformi man-normi li ġejjin: in-numru ta' pjanti ta' l-ispeċi ta' l-uċuh tar-raba' li huma identifikabbli bħala li ovvjament mhumiex veri għal varjetà m'għandhomx jeċċedu: - wieħed kull 30 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika, - wieħed kull 10 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata. 5. L-organiżmi ta' ħsara li jnaqqsu l-utilità taż-żerriegħa għandhom ikunu fl-iktar livell baxx possibbli. 6. Is-sodisfazzjon tan-normi imsemmija hawn fuq jew tal-kondizzjonijiet l-oħrajn għandhom ikunu eżaminati fi spezzjonijiet uffiċjali fuq is-sit. Dawn l-ispezzjonijiet fuq is-sit għandhom jitwettqu bi qbil mal-kondizzjonijiet li ġejjin: A. Il-kondizzjoni u l-istadju tal-iżviliupp ta' l-uċuh tar-raba' għandhom jippermettu eżami adekwat. B. Għandu jkun hemm minn ta' lanqas spezzjoni waħda fuq is-sit. C. Il-qies, in-numru u d-distribuzzjoni tal-proporzjonijiet ta' l-għalqa li sejra tkun spezzjonata biex ikun eżaminat is-sodisfazzjon tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness, għandhom ikunu stabbiliti bi qbil ma' metodi xierqa. 2) L-Anness II għandu jaqra kif ġej: ANNESS II IL-KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI MIŻ-ŻERRIEGĦA I. ŻERRIEGĦA ĊERTIFIKATA 1. Iż-żerriegħa għandu jkollha biżżejjed identità u purità varjetali. Partikolarment, iż-żerriegħa tal-Pisum arvense u tal-varjetajiet apomitiċi uniklonali tal-Poa spp. għandhom ikunu konformi man-normi li ġejjin jew mal-kondizzjonijiet l-oħrajn: il-purità varjetali minima trid tkun ta' 98 %. Il-purità varjetali minima għandha tkun eżaminata prinċipalment fl-ispezzjonijiet fuq is-sit imwettqa bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I. 2. Iż-żerriegħa għandha tkun konformi man-normi li ġejjin jew mal-kondizzjonijiet l-oħrajn f'dik li għandha x'taqsam il-ġerminazzjoni, il-purità analitika u l-kontenut taż-żrieragħ ta' l-ispeċi l-oħrajn tal-pjanti, inkluża iż-żrieragħ tal-Lupini ta' kulur ieħor u dawk tal-Lupini morri: A. Tabella: Speċi | Ġerminazzjoni | Purità Analitika | Ġerminazzjoni minima (% taż-żerriegħa pura) | Kontenut massimu taż-żerriegħa iebsa (% taz- żerriegħa pura) | Purità analitika minima (% bil-piż) | Kontenut massimu taż-żrieragħ ta' l-ispeċi ta' pjanti oħrajn (% bil-piż) | Total | Speċi singoli | Agropyron repens | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | GRAMINEAE Agrostis canina ssp. Canina | 75(a) | | 90 | 2.0 | 1.0 | 0.3 | Agrostis gigantea | 80(a) | | 90 | 2.0 | 1.0 | 0.3 | Agrostis stolonifera | 75(a) | | 90 | 2.0 | 1.0 | 0.3 | Agrostis tenuis | 75 (a) | | 90 | 2.0 | 1.0 | 0.3 | Alopecurus pratensis | 70 (a) | | 75 | 2.5 | 1.0 | 0.3 | Arrhenatherum clatius | 75 (a) | | 90 | 3.0 | 1.0 (f) | 0.5 | Dactylis glomerata | 80 (a) | | 90 | 1.5 | 1.0 | 0.3 | Festuca arundinacea | 80 (a) | | 95 | 1.5 | 1.0 | 0.5 | Festuca ovina | 75 (a) | | 85 | 2.0 | 1.0 | 0.5 | Festuca pratensis | 80 (a) | | 95 | 1.5 | 1.0 | 0.5 | Festuca rubra | 75 (a) | | 90 | 1.5 | 1.0 | 0.5 | Lolium multiflorum | 75 (a) | | 96 | 1.5 | 1.0 | 0.5 | Lolium perenne | 80 (a) | | 96 | 1.5 | 1.0 | 0.5 | Lolium X hybridum | 75 (a) | | 96 | 1.5 | 1.0 | 0.5 | Phleum bertolonii | 80 (a) | | 96 | 1.5 | 1.0 | 0.3 | Phleum pratense | 80 (a) | | 96 | 1.5 | 1.0 | 0.3 | Poa annua | 75 (a) | | 85 | 2.0 (c) | 1.0 (c) | 0.3 | Poa nemoralis | 75 (a) | | 85 | 2.0 (c) | 1.0 (c) | 0.3 | Poa palustris | 75 (a) | | 85 | 2.0 (c) | 1.0 (c) | 0.3 | Poa pratensis | 75 (a) | | 85 | 2.0 (c) | 1.0 (c) | 0.3 | Poa trivialis | 75 (a) | | 85 | 2.0 (c) | 1.0 (c) | 0.3 | Trisetum flavescens | 70 (a) | | 75 | 3.0 | 1.0 (f) | 0.3 | LEGUMINOSAE Hedysarum coronarium | 75(a)(b) | 30 | 95 | 2.5 | 1.0 | | Lotus corniculatus | 75(a)(b) | 40 | 95 | 1.8 (d) | 1.0 (d) | | Lupinus albus | 80(a)(b) | 20 | 98 | 0.5 (e) | 0.3 (e) | | Lupinus angustifolinus | 75(a)(b) | 20 | 98 | 0.5 (e) | 0.3 (e) | | Lupinus luteus | 80(a)(b) | 20 | 98 | 0.5 (e) | 0.3 (e) | | Medicago lupulina | 80(a)(b) | 20 | 97 | 1.5 | 1.0 | | Medicago sativa | 80(a)(b) | 40 | 97 | 1.5 | 1.0 | | Medicago varia | 80(a)(b) | 40 | 97 | 1.5 | 1.0 | | Onobrychis sativa | 75(a)(b) | 20 | 95 | 0.5 | 1.0 | | Pisum arvense | 80 (a) | | 98 | 1.5 | 0.3 | | Trifolium alexandrinum | 80(a)(b) | 20 | 97 | 1.5 | 1.0 | | Trifolium hybridum | 80(a)(b) | 20 | 97 | 1.5 | 1.0 | | Trifolium incarnatum | 75(a)(b) | 20 | 97 | 1.5 | 1.0 | | Trifolium pratense | 80(a)(b) | 20 | 97 | 1.5 | 1.0 | | Trifolium repens | 80(a)(b) | 40 | 97 | 1.5 | 1.0 | | Trifolium resupinatum | 80(a)(b) | 20 | 97 | 1.5 | 1.0 | | Trigonella foenumgraecum | 80 (a) | | 95 | 1.0 | 0.5 | | Vicia faba spp. var. equina | 85(a)(b) | 5 | 98 | 0.5 | 0.3 | | Vicia faba var. minor | 85(a)(b) | 5 | 98 | 0.5 | 0.3 | | Vicia pannonica | 85(a)(b) | 20 | 98 | 1.0 (e) | 0.5 (e) | | Vicia sativa | 85(a)(b) | 20 | 98 | 1.0 (e) | 0.5 (e) | | Vicia villosa | 85(a)(b) | 20 | 98 | 1.0 (e) | 0.5 (e) | | SPEĊI OĦRAJN Brassica napus var. napobrassica | 80 (a) | | 98 | 1.0 | 0.5 | | Brassica oleracea convar. Acephala | 75 (a) | | 98 | 1.0 | 0.5 | | Raphanus sativus ssp. Oleifera | 80(a) | | 97 | 1.0 | 0.5 | | Purità analitika | Kontenut massimu taż-żrieragħ ta' l-ispeċi tal-pjanti l-oħrajn f'kampjun tal-piż speċifikat fil-kolonna 4 ta' l-Anness III (total għal kull kolonna) | Kondizzjonijiet fejn għandu x'jaqsam il-kontenut taż-żrieragħ tal-Lupin ta' kulur ieħor u taż-żrieragħ tal-Lupin morri | Kontenut massimu taż-żrieragħ ta' l-ispeċi tal-pjanti l-oħrajn (% bil-piż) | Avena fatua, Avena ludoviciana, Avena sterilis | Cuscuta spp. | Rumex spp. ħlief għal Rumex acetosella | Alopecurus myosuroides | Melilotus spp. | Raphanus raphanistrum | Sinapis arvensis | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 2 | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 2 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 2 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 2 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 10 | | 0.3 | | | | 0 (g) | 0 (j) (k) | 20 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 10 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 20 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 10 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 20 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 10 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 20 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 20 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 20 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (k) | 20 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (k) | 5 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 5 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 5 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 2 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 2 | | 0.3 | | | | 0 | 0 (j) (k) | 2 | | 0.3 | | | | 0 (h) | 0 (j) (k) | 2 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (k) | 20 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (l) (m) | 10 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (j) | 20 (n) | (o) (p) | | 0.3 | | | 0 | 0 (j) | 20 (n) | (o) (p) | | 0.3 | | | 0 | 0 (j) | 20 (n) | (o) (p) | | 0.3 | | | 0 | 0 (l) (m) | 20 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (l) (m) | 20 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (l) (m) | 20 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (j) | 20 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (j) | 20 (n) | | | 0.3 | | | 0 | 0 (l) (m) | 20 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (l) (m) | 10 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (l) (m) | 20 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (l) (m) | 20 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (l) (m) | 10 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (l) (m) | 10 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (j) | 20 | | | 0.3 | | | 0 | 0 (j) | 20 (n) | | | 0.3 | | | 0 | 0 (j) | 20 (n) | | | 0.3 | | | 0 (i) | 0 (j) | 20 (n) | | | 0.3 | | | 0 (i) | 0 (j) | 20 (n) | | | 0.3 | | | 0 (i) | 0 (j) | 20 (n) | | | | 0.3 | 0.3 | 0 | 0 (j) (k) | 20 | | | | 0.3 | 0.3 | 0 | 0 (j) (k) | 20 | | | | 0.3 | 0.3 | 0 | 0 (j) | 20 | | B. L-istandards jew il-kondizzjonijiet applikabbli meta ssir referenza dwarhom fit-tabella taħt is-Sezzjoni I (2) (A) ta' dan l-Anness: (a) Iż-żrieragħ friski u b'saħħithom kollha li ma jiġġerminawx wara l-pre-trattatament għandhom jitqiesu bħala żrieragħ li jkunu ġġerminaw. (b) Sal-kwantità massima indikata, żerriegħa iebsa li tkun preżenti għandha titqies bħala żerriegħa li tista' tiġġermina. (ċ) Total massimu ta' 0.8 % bil-piż taż-żrieragħ ta' l-ispeċi l-oħrajn tal-Poa m'għandhomx jitqiesu bħala impurità. (d) Massimu ta' 1 % bil-piż taż-żrieragħ tat-Trifolium pratense m'għandhomx jitqiesu bħala impurità. (e) Il-massimu totali ta' 0.5 % bil-piż taż-żrieragħ tal-Lupinus albus, Lupinus angustifolius, Lupinus luteus, Pisum arvense, Vicia faba spp., Vicia pannonica, Vicia sativa, Vicia villosa fi speċi oħra relevanti m'għandhomx jitqiesu bħala impurità. (f) Il-perċentwali massimu preskritt bil-piż taż-żrieragħ ta' l-ispeċi singoli m'għandux japplika għaż-żerriegħa tal-Poa spp. (g) It-total massimu ta' żewġ żrieragħ tal-Avena fatua, Avena ludoviciana, Avena sterilis f'kampjun tal-piż preskritt m'għandux jitqies bħala impurità meta t-tieni kampjun ta' l-istess piż ikun ħieles minn kwalunkwe żrieragħ ta' dawn l-ispeċi. (h) Il-preżenza ta' żerriegħa waħda ta' Avena fatua, Avena ludoviciana, Avena sterilis f'kampjun tal-piż preskritt m'għandhiex titqies bħala impurità meta t-tieni kampjun tad-doppju tal-piż preskritt ikun ħieles minn kwalunkwe żerriegħa ta' dawn l-ispeċi. (i) id-determinazzjoni taż-żrieragħ tal-Avena fatua, Avena ludoviciana, Avena sterilis bin-numru m'hemmx għalfejn issir sakemm ma jkunx hemm dubju li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 12 ma jkunux ġew milħuqa. (j) id-determinazzjoni taż-żrieragħ ta' Cuscuta spp. bin-numru m'hemmx għalfejn issir sakemm ma jkunx hemm dubju li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 13 ma jkunux ġew milħuqa. (k) Il-preżenza ta' żerriegħa waħda ta' Cuscuta spp. f'kampjun tal-piż preskritt m'għandhiex titqies bħala impurità meta t-tieni kampjun ta' l-istess piż ikun ħieles minn kwalunkwe żerriegħa tal-Cuscuta spp. (l) Il-piż tal-kampjun għad-determinazzjoni taż-żrieragħ tal-Cuscuta spp. bin-numru għandu jkun id-doppju tal-piż speċifikat fil-kolonna 4 ta' l-Anness III għall-ispeċi relevanti. (m) Il-preżenza ta' żerriegħa waħda tal-Cuscuta spp. f'kampjun tal-piż preskritt m'għandhiex titqies bħala impurità meta t-tieni kampjun tad-doppju tal-piż preskritt ikun ħieles minn kwalunkwe żerriegħa tal-Cuscuta spp. (n) Id-determinazzjoni taż-żrieragħ ta' Rumex spp. apparti milli għal Rumex acetosella bin-numru m'hemmx għalfejn issir sakemm ma jkunx hemm dubju li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 14 ma jkunux ġew milħuqa. (o) Il-perċentwali bin-numru taż-żrieragħ tal-Lupin ta' kulur ieħor m'għandux jeċċedi: - f'Lupini morri, 2 % - f'Lupini apparti milli għal Lupini morri 1 % (p) Il-perċentwali bin-numru taż-żrieragħ tal-Lupini morri f'varjetajiet apparti milli għal Lupini morri m'għandux jeċċedi: - għal żerriegħa ċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni wara żerriegħa bażika 3 % - għal żerriegħa ċertifikata ta' ġenerazzjonijiet sussegwenti wara żerriegħa bażika 5 % 3. L-organiżmi ta' ħsara li jnaqqsu l-utilità taż-żerriegħa għandhom ikunu fl-iktar livell baxx possibbli. II. ŻERRIEGĦA BAŻIKA Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet t'hawn taħt, il-kondizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni I ta' dan l-Anness għandhom ikunu jgħoddu għaż-żerriegħa bażika: 1. Iż-żerriegħa tal-Pisum arvense u tal-varjetajiet apomitiċi uniklonali tal-Poa spp. għandha tkun konformi man-normi jew mal-kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin: il-purità varjetali minima għandha tkun ta' 99 77 %. Il-purità varjetali minima għandha tkun eżaminata prinċipalment fi spezzjonijiet fuq is-sit imwettqa bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I. 2. Iż-żerriegħa għandha tissodisfa n-normi jew mal-kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin: A. Tabella: Speċi | Kontenut massimu ta' żeriegħa ta' l-ispeċi ta' pjanti oħrajn | Normi u kondizzjonijiet oħrajn | Total (% bil-piż) | Kontenut bin-numru f'kampjun tal-piż speċifikat fil-kolonna 4 ta' l-Anness III | Speċi waħdanija | Rumex spp | Agropyros Repens | Alopecurus myosuroides | Melilorus | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | GRAMINEAE Agrostis canina ssp canina | 0.3 | 20 | 1 | 1 | 1 | | (j) | Agrostis gigantea | 0.3 | 20 | 1 | 1 | 1 | | (j) | Agrostis stolonifera | 0.3 | 20 | 1 | 1 | 1 | | (j) | Agrostis tenuis | 0.3 | 20 | 1 | 1 | 1 | | (j) | Alopecurus pratensis | 0.3 | 20 (a) | 5 | 5 | 5 | | (j) | Arbenatherum elatius | 0.3 | 20 (a) | 5 | 5 | 5 | | (i) (j) | Dactylis glomerata | 0.3 | 20 (a) | 5 | 5 | 5 | | (j) | Festuca arundinacea | 0.3 | 20 (a) | 5 | 5 | 5 | | (j) | Festuca ovina | 0.3 | 20 (a) | 5 | 5 | 5 | | (j) | Festuca pratensis | 0.3 | 20 (a) | 5 | 5 | 5 | | (j) | Festuca rubra | 0.3 | 20 (a) | 5 | 5 | 5 | | (j) | Lolium multiforum | 0.3 | 20 (a) | 5 | 5 | 5 | | (j) | Lolium perenne | 0.3 | 20 (a) | 5 | 5 | 5 | | (j) | Lolium X hybridum | 0.3 | 20 (a) | 5 | 5 | 5 | | (j) | Phleum bertolonii | 0.3 | 20 | 2 | 1 | 1 | | (j) | Phleum pratense | 0.3 | 20 | 2 | 1 | 1 | | (j) | Poa annua | 0.3 | 20 (b) | 1 | 1 | 1 | | (f) (j) | Poa nemoralis | 0.3 | 20 (b) | 1 | 1 | 1 | | (f) (j) | Poa palustris | 0.3 | 20 (b) | 1 | 1 | 1 | | (f) (j) | Poa pratensis | 0.3 | 20 (b) | 1 | 1 | 1 | | (f) (j) | Poa trivialis | 0.3 | 20 (b) | 1 | 1 | 1 | | (f) (j) | Trisetum flavescens | 0.3 | 20 (c) | 1 | 1 | 1 | | (i) (j) | LEGUMINOSAE Hedysarum coronarium | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (j) | Lotus corniculatus | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (g) (j) | Lupinus albus | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | (h) (k) | Lupinus angustifolinus | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | (h) (k) | Lupinus luteus | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | (h) (k) | Medicago lupulina | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (j) | Medicago sativa | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (j) | Medicago varia | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (j) | Onobrychis sativa | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | | Pisum arvense | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | | Trifolium alexandrinum | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (j) | Trifolium hybridum | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (j) | Trifolium incarnatum | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (j) | Trifolium pratense | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (j) | Trifolium repens | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (j) | Trifolium resupinatum | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (e) | (j) | Trigonella foenumgraecum | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | | Vicia faba spp. var. equina | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | | Vicia faba var. minor | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | | Vicia pannonica | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | (h) | Vicia sativa | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | (h) | Vicia villosa | 0.3 | 20 | 5 | | | 0 (d) | (h) | SPEĊI OĦRAJN Brassica napus var. napobrassica | 0.3 | 20 | 5 | | | | | Brassica oleracea convar. Acephala | 0.3 | 20 | 5 | | | | (j) | Raphanus sativus ssp. Oleifera | 0.3 | 20 | 5 | | | | (j) | B. Kondizzjonijiet standard jew oħrajn applikabbli meta ssir referenza għal dawn fit-tabella taħt is-Sezzjoni II (2) (A) ta' dan l-Anness: (a) Il-massimu totali ta' 80 żerriegħa ta' Poa spp. m'għandux jitqies bħala impurità. (b) Il-kondizzjoni stabbilita fil-kolonna 3 mhix applikabbli għaż-żerriegħa tal-Poa spp. Il-kontenut totali massimu taż-żerriegħa tal-Poa spp. apparti milli għall-ispeċi li għandhom ikunu eżaminati m'għandux jeċċedi aktar minn wieħed f'kampjun ta' 500 żerriegħa. (ċ) It-total massimu ta' 20 żerriegħa tal-Poa spp. m'għandux jitqies bħala impurità. (d) Id-determinazzjoni taż-żrieragħ tal-Melilotus spp. bin-numru m'hemmx għalfejn issir sakemm ma jkunx hemm dubju li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 7 ma jkunux ġew milħuqa. (e) Il-preżenza ta' żerriegħa waħda tal-Melilotus spp. f'kampjun tal-piż preskritt m'għandhiex titqies bħala impurità meta t-tieni kampjun tad-doppju tal-piż preskritt ikun ħieles minn kwalunkwe żerriegħa tal-Melilotus spp. (f) Il-kondizzjoni (c) stabbilita fis-Sezzjoni I (2) ta' dan l-Anness mhix applikabbli. (g) il-kondizzjoni (d) stabbilita fis-Sezzjoni I (2) ta' dan l-Anness mhix applikabbli. (h) Il-kondizzjoni (e) stabbilita fis-Sezzjoni I (2) ta' dan l-Anness mhix applikabbli. (i) Il-kondizzjoni (f) stabbilita fis-Sezzjoni I (2) ta' dan l-Anness mhix applikabbli. (j) Il-kondizzjonijiet (k) u (m) stabbiliti fis-Sezzjoni I (2) ta' dan l-Anness mhumiex applikabbli. (k) Il-perċentwali bin-numru ta' żrieragħ tal-Lupini morri f'varjetajiet apparti milli għall-Lupini morri m'għandux jeċċedi aktar minn 1 %. III. ŻERRIEGĦA KUMMERĊJALI Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet t'hawn taħt, il-kondizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni I (2) u (3) ta' dan l-Anness għandhom ikunu jgħoddu għal żerriegħa kummerċjali: 1. Il-perċentwali bil-piż stabbiliti fil-kolonni 5 u 6 tat-tabella taħt is-Sezzjoni I (2) (A) ta' dan l-Anness huma miżjuda b'1 %. 2. Fil-Poa annua t-total massimu ta' 10 % bil-piż taż-żrieragħ ta' l-ispeċi l-oħrajn tal-Poa m'għandux jitqies bħala impurità. 3. Fil-Poa spp. apparti milli għall-Poa annua, it-total massimu ta' 3 % bil-piż taż-żrieragħ apparti milli għall-ispeċi tal-Poa m'għandux jitqies bħala impurità. 4. Fil-Hedisarum coronarium it-total massimu ta' 1 % bil-piż taż-żrieragħ tal-Melilotus spp. m'għandux jitqies bħala impurità. 5. Il-kondizzjoni (d) stabbilita fis-Sezzjoni I (2) ta' dan l-Anness għall-Lotus corniculatus mhix applikabbli. 6. Fl-ispeċi tal-Lupini: (a) il-purità analitika minima għandha tkun ta' 97 % bil-piż; (b) il-perċentwali bin-numru taż-żrieragħ tal-Lupini ta' kulur ieħor m'għandux jeċċedi: - fil-Lupini morri 4 % - fil-Lupin apparti milli għall-Lupini morri 2 % (ċ) il-perċentwali bin-numru taż-żrieragħ tal-Lupini morri fil-Lupini apparti milli għall-Lupini morri m'għandux jeċċedi 5 % 7. Fil-Vicia spp. it-total massimu ta' 6 % bil-piż taż-żerriegħa tal-Vicia pannonica, Vicia villiosa jew ta' l-ispeċi kkultivati rrelatati fi speċi relevanti oħrajn m'għandux ikun meqjus bħala impurità. 8. Fil-Vicia pannonica, Vicia sativa, Vicia villosa l-purità analitika minima għandha tkun 97 % bil-piż. 3) L-Anness III għandu jaqra kif ġej: ANNESS III IL-PIŻIJIET TAL-LOTT U TAL-KAMPJUN Speċi | Il-piż massimu tal-lott (tunnellati) | Il-piż massimu tal-kampjun li għad irid ikun miġbur minn lott (grammi) | Il-piż tal-kampjun għad-determinazzjoni bin-numru li hemm provvediment dwaru fil-kolonni 12 sa 14 ta' l-Anness II (I) (2) (A) u l-kolonni 3 sa 7 ta' l-Anness II (2) (A) (grammi) | 1 | 2 | 3 | 4 | GRAMINEAE Agrostis canina spp. canina | 10 | 50 | 5 | Agrostis gigantea | 10 | 50 | 5 | Agrostis stolonifera | 10 | 50 | 5 | Agrostis tenuis | 10 | 50 | 5 | Alopecurus pratensis | 10 | 100 | 30 | Arrhenatherum clatius | 10 | 200 | 80 | Dactylis glomerata | 10 | 100 | 30 | Festuca arundinacea | 10 | 100 | 50 | Festuca ovina | 10 | 100 | 30 | Festuca pratensis | 10 | 100 | 50 | Festuca rubra | 10 | 100 | 30 | Lolium multiflorum | 10 | 200 | 60 | Lolium perenne | 10 | 200 | 60 | Lolium X hybridum | 10 | 200 | 60 | Phleum bertolonii | 10 | 50 | 10 | Phleum pratense | 10 | 50 | 10 | Poa annua | 10 | 50 | 10 | Poa nemoralis | 10 | 50 | 5 | Poa palustris | 10 | 50 | 5 | Poa pratensis | 10 | 50 | 5 | Poa trivialis | 10 | 50 | 5 | Trisetum flavescens | 10 | 50 | 5 | LEGUMINOSAE Hedysarum coronarium —frott | 10 | 1000 | 300 | —żerriegħa | 10 | 400 | 120 | Lotus corniculatus | 10 | 200 | 30 | Lupinus albus | 20 | 1000 | 1000 | Lupinus angustifolinus | 20 | 1000 | 1000 | Lupinus luteus | 20 | 1000 | 1000 | Medicago lupulina | 10 | 300 | 50 | Medicago sativa | 10 | 300 | 50 | Medicago varia | 10 | 300 | 50 | Onobrychis sativa —frott | 10 | 600 | 600 | —żerriegħa | 10 | 400 | 400 | Pisum arvense | 20 | 1000 | 1000 | Trifolium alexandrinum | 10 | 400 | 60 | Trifolium hybridum | 10 | 200 | 20 | Trifolium incarnatum | 10 | 500 | 80 | Trifolium pratense | 10 | 300 | 50 | Trifolium repens | 10 | 200 | 20 | Trifolium resupinatum | 10 | 200 | 20 | Trigonella foenumgraecum | 10 | 500 | 450 | Vicia faba spp. var. equina | 20 | 1000 | 1000 | Vicia faba var. minor | 20 | 1000 | 1000 | Vicia pannonica | 20 | 1000 | 1000 | Vicia sativa | 20 | 1000 | 1000 | Vicia villosa | 20 | 1000 | 1000 | Speċi oħrajn Brassica napus var. napobrassica | 10 | 200 | 100 | Brassica oleracea convar. Acephala | 10 | 200 | 100 | Raphanus sativus ssp. Oleifera | 10 | 300 | 300 | Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-: - fl-1 ta' Jannar 1981, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 (1) fir-rigward ta' l-Anness I (3) u (4), l-Artikolu 1 (2) fir-rigward ta' l-Anness II (I) (1), u ta' l-Anness II (II) (1), - id-disposizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1980. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf ma tkun suġġetta għall-ebda restrizzjonijiet tas-suq minħabba d-dati differenti ta' l-implementar ta' din id-Direttiva, bi qbil mat-tieni inċiż tal-Paragrafu 1. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-18 ta' April 1978. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi President [1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2298/66. [2] ĠU L 16, ta' l-20.1.1978, pġ. 23. --------------------------------------------------