|
19.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 4/2009
tal-5 ta’ Frar 2009
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2008 rigward l-indikazzjoni obbligatorja fuq it-tikketti ta’ ċerti prodotti tal-ikel ta’ dettalji minbarra dawk li taħseb għalihom id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (verżjoni Kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/802/KE tal-4 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE rigward il-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għall-irradjazzjoni tal-ikel (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/196/KE tat-28 ta’ Marzu 2007 dwar is-sorveljanza tal-preżenza ta’ furan fil-prodotti tal-ikel (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2008/5/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kapitoli XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
It-test ta’ punt 54zc (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE) għandhu jitħassar. |
|
(2) |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zze (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE):
|
|
(3) |
Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 54 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE):
|
|
(4) |
Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 63 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/331/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2008/5/KE, id-Deċiżjoni 2007/802/KE u r-Rakkomandazzjoni 2007/196/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 309, 20.11.2008, p. 19.
(2) ĠU L 27, 31.1.2008, p. 12.
(3) ĠU L 323, 8.12.2007, p. 40.
(4) ĠU L 88, 29.3.2007, p. 56.
(5) ĠU L 300, 23.11.1994, p. 14.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.