|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1364 |
15.6.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1364
tal-15 ta’ Ġunju 2026
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u afferma mill-ġdid li l-appoġġ persistenti tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment. Il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-isforzi sabiex tkompli tiġi limitata l-kapaċità tar-Russja li tiġġieled gwerra jridu jkomplu. Huwa esprima wkoll ir-rieda tal-Unjoni li żżid il-pressjoni fuq ir-Russja, inkluż billi timponi aktar sanzjonijiet. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-aggressjoni tal-Federazzjoni Russa li għadha għaddejja u qed teskala kontra l-Ukrajna, u b’mod partikolari l-kampanja militari brutali reċenti tagħha mmirata deliberatament lejn l-infrastruttura ċivili, inkluż il-faċilitajiet tal-enerġija, tal-ilma u tas-saħħa, li kkawżat tbatija serja lill-popolazzjoni ċivili u li għandha l-għan li ddgħajjef ir-reżiljenza tal-Ukrajna, il-Kunsill iqis li huwa neċessarju li jiġu adottati aktar miżuri restrittivi. |
|
(4) |
B’mod partikolari, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 9 persuni u 45 entità jiżdiedu fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ġunju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/oj).
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“2048. |
Oleg Igorevich FISHELEV |
Funzjoni: Sid ta’ LLC Unimatik Data tat-twelid: 18.11.1986 Post tat-twelid: l-eks USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel INN: 668501138190 |
Oleg Fishelev huwa sid LLC Unimatik. LLC Unimatik hija manifattur, importatur u bejjiegħ bl-ingrossa Russu ta’ magni ta’ kontroll numeriku bil-kompjuter (CNC), u l-partijiet marbuta magħhom, li jforni lil kumpaniji fil-qasam tad-difiża Russi, bl-użu wkoll tas-sussidjarja tagħha LLC Unimatik MSK. Unimatik forniet lil JSC ‘Plant No. 9’, JSC ‘Uralvagonzavod’, JSC ‘Almaz-Antey’, u JSC ‘Corporation Tactical Missile Weapons’, fost oħrajn. Għalhekk, OLEG Fishelev qed jappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi jkun involut fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
2049. |
Oleg Nikolaevich YEVTUSHENKO bir-Russu: Олег Николаевич ЕВТУШЕНКО |
Funzjoni: Direttur Eżekuttiv ta’ Rostec State Corporation Data tat-twelid: 9.11.1975 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Oleg Yevtushenko ilu mill-2018 id-Direttur Eżekuttiv ta’ Rostec State Corporation. Rostec hija l-aktar korporazzjoni tad-difiża importanti fir-Russja, li tikkonsisti fil-kumpaniji ewlenin tal-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Għalhekk, Oleg Yevtushenko qed jappoġġa lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. |
15.6.2026 |
|
2050. |
Pavel NIKITIN |
Funzjoni: Sid Rustakt LLC Entità assoċjata: Rustakt LLC |
Pavel Nikitin huwa individwu Russu mwieled il-Belarussja li huwa involut f’diversi kumpaniji li jarmaw Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-użu militari għall-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Huwa sid Rustakt LLC, li timporta komponenti għall-UAVs u tarma l-UAVs. Barra minn hekk huwa involut fil-kumpanija Santext LLC, li timporta UAVs ġewwa l-Belarussja biex jiġu esportati mill-ġdid lejn ir-Russja. Għalhekk, Pavel Nikitin qed jappoġġa lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi jkun involut fil-produzzjoni u l-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
2051. |
Aleksei Lvovich RAKHMANOV bir-Russu: Алексей Львович РАХМАНОВ |
Funzjoni: Membru tal-Bureau of the League for Assistance to Defence Enterprises, konsulent tad-Direttur Ġenerali ta’ Rostec State Corporation, Membru u eks Direttur Ġenerali tal-Bord tad-Diretturi ta’ United Shipbuilding Corporation Data tat-twelid: 18.7.1964 Post tat-twelid: Gorky (Nizhny Novgorod), USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel ID tat-Taxxa Nazzjonali: 525900723537 Entitajiet assoċjati: JSC United Shipbuilding Corporation; Il- League for Assistance to Defence Enterprises |
Aleksei Rakhmanov huwa membru tal-Bureau of the League for Assistance to Defence Enterprises, organizzazzjoni Russa li, fost affarijiet oħra, hija ffukata fuq l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-industrija militari Russa. Mill-2023 Aleksei Rakhmanov huwa wkoll konsulent tad-Direttur Ġenerali ta’ Rostec State Corporation, kumpanija soġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni u l-manifattur u l-fornitur ewlieni tal-armi Russi lill-forzi armati Russi. Huwa wkoll membru tal-Bord tad-Diretturi u eks Direttur Ġenerali ta’ United Shipbuilding Corporation, entità soġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni u konglomerat Russu tal-bini tal-bastimenti li jappartjeni lill-Istat, li huwa fornitur ta’ bastimenti tal-gwerra militari lill-Forza Navali Russa. Għalhekk, Aleksei Rakhmanov qed jappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi jkun involut fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
2052. |
Bekhan Ibrahimovich OZDOYEV bir-Russu: Бекхан Ибрагимович ОЗДОЕВ |
Funzjoni: Direttur industrijali tal-Conventional Arms, Ammunition and Special Chemicals Complex ta’ Rostec State Corporation; Membru tal-Bureau of the League for Assistance to Defense Enterprises; Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ JSC Uralvagonzavod Concern; Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ JSC Shvabe; Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ JSC High-Precision Systems Research and Production Association; Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ JSC Spetskhimiya; Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ JSC NPK Tekhmash; Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ JSC Izhevsk Mechanical Plant; Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ JSC Kalashnikov Concern; Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ JSC KBAL Data tat-twelid: 28.9.1972 Post tat-twelid: Ordzhonikidzevskaya (Sunzha), Sunzhensky District, Chechen-Ingush ASSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Bekhan Ozdoyev huwa d-Direttur Industrijali tal-Conventional Arms, Ammunition and Special Chemicals Complex ta’ Rostec State Corporation. Rostec hija l-manifattur u l-fornitur ewlieni tal-armi Russi lill-forzi armati Russi. Bekhan Ozdoyev huwa wkoll membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ għadd ta’ kumpaniji li jagħmlu parti mill-kumpless militari u industrijali Russu u huma soġġetti wkoll għal miżuri restrittivi tal-Unjoni, bħal JSC Uralvagonzavod Concern, JSC Shvabe u oħrajn. Bekhan Ozdoyev huwa wkoll membru tal-Bureau of the League for Assistance to Defence Enterprises, organizzazzjoni Russa ffukata fuq l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-industrija militari Russa. Għalhekk, Bekhan Ozdoyev qed jappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi jkun involut fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
2053. |
Vasiliy Nikolaevich TIKMENOV bir-Russu: Василий Николаевич ТИКМЕНОВ |
Funzjoni: Negozjant Kap tal-Kumpanija b’Ishma Konġunti ‘Scientific and Technical Center Elins’ Data tat-twelid: 6.10.1950 Post tat-twelid: Village of Illich in the Pakhtaaral region of the Syrdar region, USSR (issa Uzbekistan) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Vasiliy Tikmenov huwa l-kap tal-Kumpanija b’Ishma Konġunti ‘Scientific and Technical Center Elins’ (‘JSC “STC Elins”’), li hija parti integrali mill-kumpless militari-industrijali tal-Federazzjoni Russa. JSC ‘STC Elins’ tipproduċi armi u munizzjon, hija involuta fil-produzzjoni ta’ komponenti elettroniċi u bordijiet ta’ ċirkwiti elettroniċi, timmanifattura kompjuters, tagħmir għat-trażmissjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni, strumenti u apparati għall-kejl, l-ittestjar u n-navigazzjoni, wajers u kejbils għal tagħmir elettroniku u elettriku, tiżviluppa software tal-kompjuters u tipprovdi riċerka u żvilupp fil-qasam tax-xjenzi naturali u tekniċi, eċċ. Għalhekk, JSC ‘STC Elins’ għandha rwol sinifikanti fit-twettiq tal-ordnijiet tad-difiża tal-Istat matul l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Għalhekk, bħala l-kap ta’ JSC ‘STC Elins’, Vasiliy Tikmenov qed jappoġġa lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. |
15.6.2026 |
|
2054. |
Maxim Sergeevich VAKSTEIN magħruf ukoll bħala Maxim WAKSTEIN bir-Russu: Максим Сергеевич ВАКШТЕЙН |
Funzjoni: Direttur Ġenerali tal-Foundation for Advanced Studies Data tat-twelid: 26.8.1980 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 672700855501 Entità assoċjata: Foundation for Advanced Studies |
Maxim Vakstein huwa d-Direttur Ġenerali tal-Foundation for Advanced Studies. Il-Foundation for Advanced Studies ġiet stabbilita mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa biex tippromwovi u tiffinanzja r-riċerka u l-iżvilupp ta’ armi u tagħmir b’appoġġ għall-Forzi Armati Russi u s-settur tal-produzzjoni militari. Il-Foundation for Advanced Studies iffinanzjat diversi proġetti biex jiġu żviluppati sistemi avvanzati mingħajr bdot abbord għal finijiet militari. Għalhekk, Maxim Vakstein qed jappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Qed jappoġġa wkoll il-kumpless militari u industrijali tar-Russja. |
15.6.2026 |
|
2055. |
Tahir GARAYEV magħruf ukoll bħala Takhir Harayev |
Funzjoni: Fundatur ta’ Coral Energy (aktar tard 2Rivers Group) Data tat-twelid: Jannar 1980 Nazzjonalità: Ażerbajġana Sess: raġel Indirizz: 7 Rue De l’Arquebuse, Genève, Switzerland |
Tahir Garayev huwa fundatur ta’ Coral Energy (aktar tard 2Rivers Group). Permezz ta’ network ta’ kumpaniji, huwa jippermetti l-vjeġġi u l-esportazzjoni taż-żejt Russu, b’mod partikolari minn Rosneft, billi jaħbi l-oriġini reali taż-żejt. B’mod partikolari, in-network 2Rivers jikkontrolla u juża parti kbira mill-bastimenti fl-hekk imsejħa ‘flotta mistura’ tar-Russja. Għalhekk, Tahir Garayev qed ifixkel b’mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u tar-Regolament (UE) Nru 833/2014. Huwa involut ukoll f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
15.6.2026 |
|
2056. |
Konstantin Valerievych ROGACH magħruf ukoll bħala Konstantin Valerievich ROGACH magħruf ukoll bħala Konstantin Valerijevič ROGAČ bir-Russu: Константин Валериевич РОГАЧ |
Funzjoni: Sensar tal-assigurazzjoni marittima, sieħeb fil-kumpanija ‘Maritime Risk Management’ Data tat-twelid: 13.10.1979 Nazzjonalità: Russa; Iżraeljana Sess: raġel Numri tal-passaport Russu: 767782168; 765305838 Numru tal-passaport Iżraeljan: 37456882 |
Konstantin Rogach huwa sensar tal-assigurazzjoni marittima u sieħeb fil-kumpanija ‘Maritime Risk Management’. Hu ffaċilita l-kopertura tal-assigurazzjoni u ta konsulenza amministrattiva għall-benefiċċju ta’ bastimenti li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja filwaqt li jwettqu prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli, kif ukoll ta’ kumpaniji b’rabtiet mal-hekk imsejħa ‘flotta mistura’ Russa. Biex jgħatti u jaħbi din l-attività huwa uża network ta’ kumpaniji fittizji li jiffunzjonaw bħala aġenti ta’ pagament. Għalhekk, Konstantin Rogach qed jagħti appoġġ materjali lill-operat tal-bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja u jipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026”; |
Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“775. |
Limited Liability Company ‘Dilmas’ bir-Russu: ООО ‘ДИЛМАС’ |
Indirizz: Nakhodka a/ya 46, Nakhodka, 692926, Russian Federation OMI: 5545171 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Limited Liability Company ‘Dilmas’ hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fir-Russja u l-operatur kummerċjali tal-bastimenti Nord, Geliodor u Amazonit. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Limited Liability Company ‘Dilmas’ topera bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw mir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
776. |
Limited Liability Company ‘KORD COMPANY’ |
Indirizz: Tralovaya street 17, Murmansk, 183001, Russian Federation OMI: 5705072 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Limited Liability Company ‘KORD COMPANY’ hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fir-Russja. Hija l-operatur kummerċjali tal-bastimenti Kord Wind, Kord Arctic u Kord, kif ukoll sid il-bastiment Kord Atlantic. Dawn il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Limited Liability Company ‘KORD COMPANY’ topera u tippossedi bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li jiġu esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
777. |
Limited Liability Company ‘MORSKOY STANDARD’ |
Indirizz: Office 206, Vladivostokskaya street 37, Petropavlovsk-Kamchatskiy, 683024, Russian Federation OMI: 5371527 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Limited Liability Company ‘MORSKOY STANDARD’ hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fir-Russja u l-operatur kummerċjali tal-bastimenti Protey, Peley u Akhilles. Dawn il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Limited Liability Company ‘MORSKOY STANDARD’ topera bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li jiġu esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
778. |
Moonstone Maritime Corporation |
Indirizz: 80 Broad Street, Monrovia, Liberia Post prinċipali tan-negozju: Liberia |
Moonstone Maritime Corporation hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fil-Liberja u l-operatur kummerċjali tal-bastimenti Sikar, Samira, Eminent u Canara. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Moonstone Maritime Corporation topera bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li jiġu esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
779. |
Trans KA Tankers Management Company Limited |
Indirizz: Daire 57, Denizciler İş Merkezi, Sahil Bulvari No.126, Aydıntepe Mah, Tuzla, Istanbul, 34947, Türkiye OMI: 1509747 Post prinċipali tan-negozju: Türkiye |
Trans KA Tankers Management Company Limited hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fit-Turkija u hija l-operatur kummerċjali tal-bastimenti Haci Kemal Ka, Lycia Ka u Sumer. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Trans KA Tankers Management Company Limited topera bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li jiġu esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
780. |
Alacritas Shipping FZE |
Indirizz: Office E-41F-44, P1-ELOB, Hamriyah Free Zone, Sharjah, 0044101, United Arab Emirates OMI: 0044101 Post prinċipali tan-negozju: United Arab Emirates |
Alacritas Shipping FZE hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fl-Emirati Għarab Magħquda li tispeċjalizza fl-għoti ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Everdine u Charminar. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Alacritas Shipping FZE timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li jiġu esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
781. |
Albatross Shipmanagement LLC-FZ |
Indirizz: 6th Floor, Meydan Grandstand, Al Meydan Road, Nad Al Sheba, Dubai, United Arab Emirates OMI: 0156598 Post prinċipali tan-negozju: United Arab Emirates |
Albatross Shipmanagement LLC-FZ hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fl-Emirati Għarab Magħquda u l-maniġer tekniku tal-bastimenti Zaliv Aniva, Zaliv Baikal u Zaliv Vostok. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Albatross Shipmanagement LLC-FZ timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li jiġu esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
782. |
Dreamer Shipmanagement LLC-FZ |
Indirizz: 6th Floor, Meydan Grandstand, Al Meydan Road, Nad Al Sheba, Dubai, United Arab Emirates OMI: 0032244 Post prinċipali tan-negozju: United Arab Emirates |
Dreamer Shipmanagement LLC-FZ hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fl-Emirati Għarab Magħquda li tispeċjalizza fl-għoti ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Level, Celt u Camel. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Dreamer Shipmanagement LLC-FZ timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li jiġu esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
783. |
East Gemi İşletmeciliği AS |
Indirizz: Ic Kapi 111, A Blok, Hukukcular Towers, Mustafa Kemal Caddesi 66 A, Cevizli Mah, Kartal, Istanbul, 34865, Türkiye OMI: 0026325 Post prinċipali tan-negozju: Türkiye |
East Gemi İşletmeciliği AS hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata t-Turkija li tispeċjalizza fl-għoti ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Azure, Jasper u Storm Pearl. Dawn il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, East Gemi İşletmeciliği AS timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li jiġu esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
784. |
EMT Gemi İşletmeciliği AS |
Indirizz: Yesilkoy Halkali Caddesi 93/2, Senlikkoy Mah, Bakirkoy, Istanbul, 34153, OMI: 0115002 Post prinċipali tan-negozju: Türkiye |
EMT Gemi İşletmeciliği AS hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata t-Turkija li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Quartz, South Star u Opal. Dawn il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, EMT Gemi İşletmeciliğiAS timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
785. |
ESEA Venture Shipping Management LLC |
Indirizz: Office 1401, Prism Tower 139, Al Mustaqbal Street, Business Bay, Dubai, United Arab Emirates OMI: 6472902 Post prinċipali tan-negozju: United Arab Emirates |
ESEA Venture Shipping Management LLC hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata l-Emirati Għarab Magħquda li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Wind, Dakar u Eridan. Dawn il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, ESEA Venture Shipping Management LLC timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
786. |
Limited Liability Company ‘GAZPROMNEFT SHIPPING’ |
Indirizz: Lit 0, Gapsalskaya street 1, St. Petersburg, 198035, Russian Federation OMI: 5438351 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Limited Liability Company ‘GAZPROMNEFT SHIPPING’ hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata r-Russja li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Omsk, Olanga u Murmansk. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Limited Liability Company ‘GAZPROMNEFT SHIPPING’ timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja, u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
787. |
‘Global Ship Solutions’ LLC |
Indirizz: Apartment 28, Building 5, Estate 4, Sumqayit, 5000, Republic of Azerbaijan OMI: 0025707 Post prinċipali tan-negozju: Republic of Azerbaijan |
‘Global Ship Solutions’ LLC hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata r-Repubblika tal-Ażerbajġan li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Fulger, Deneb u Odune. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, ‘Global Ship Solutions’ LLC timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
788. |
Glory Shipping HK Limited |
Indirizz: Unit 601, 6th Floor, LT Tower 31, Chong Yip Street, Kwun Tong, Kowloon, Hong Kong OMI: 0082952 Post prinċipali tan-negozju: Hong Kong |
Glory Shipping HK Limited hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata Hong Kong li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Sikar, Samira, Eminent u Canara. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Glory Shipping HK Limited timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
789. |
Limited Liability Company‘KONTUR SPB’ bir-Russu: Общество с Ограниченной Ответственностью ‘КОНТУР СПБ’ |
Indirizz: Zastavskaya 33 street, St. Petersburg, 196034, Russian Federation OMI: 1991146 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Limited Liability Company ‘KONTUR SPB’ hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata r-Russja li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Odin, Kapitan Shiryaev u Valeriy Zelenko. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Limited Liability Company ‘KONTUR SPB’ timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
790. |
Limited Liability Company ‘Kord-Bunker’ |
Indirizz: Polyarnyye Zori street 21/3, Murmansk, 183025, Russian Federation OMI: 5793484 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Limited Liability Company ‘Kord-Bunker’ hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata r-Russja. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Kord Wind, Kord Arctic u Kord, kif ukoll il-maniġer tal-bastiment u l-maniġer tal-ISM ta’ Kord Atlantic. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Limited Liability Company ‘Kord-Bunker’ timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
791. |
LLC Morskoy Standart-Bunker |
Indirizz: Room 1, Toporkova street 9/6, Petropavlovsk-Kamchatskiy, 683031, Russian Federation OMI: 5901309 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
LLC Morskoy Standart-Bunker hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata r-Russja li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Protey, Peley u Arno Babajanyan. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, LLC Morskoy Standart-Bunker timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
792. |
OOO Sea Engineering Limited magħrufa wkoll bħala OOO ‘Si Inzhenering’ |
Indirizz: K.2.a, Tsiolkovskogo street 9, St. Petersburg, 190020, Russian Federation (kwartieri ġenerali); Office 311, Liter A, Fokina street 5, St. Petersburg, 194044, Russian Federation (uffiċċju) OMI: 5103516 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
OOO Sea Engineering Limited hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata San Pietruburgu li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Nimbus SPB, G. Rossini u G. Puccini. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, OOO Sea Engineering Limited timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
793. |
Orchid Shipmanagement LLC-FZ |
Indirizz: 6th Floor, Meydan Grandstand, Al Meydan Road, Nad Al Sheba, Dubai, United Arab Emirates OMI: 0013015 Post prinċipali tan-negozju: United Arab Emirates |
Orchid Shipmanagement LLC-FZ hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata l-Emirati Għarab Magħquda li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Talisman, Proxima u Prosperity. Dawn il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Orchid Shipmanagement LLC-FZ timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
794. |
Transbunker-Novo Company Limited |
Indirizz: Office 147, Svobody street 1, P O Box 129 Glavpochtampt, Novorossiysk, 353900, Russian Federation OMI: 5183861 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Transbunker-Novo Company Limited hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata r-Russja li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Ulika, kif ukoll tat-tankers tal-bunkering Transbunker u Korsakov. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Transbunker-Novo Company Limited timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
795. |
Valkur LLC |
Indirizz: Ekipazhnaya street 1, Office 303, Floor 3, Primorsky Territory, Vladivostok, 690001, Russian Federation OMI: 5700831 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Valkur LLC hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata r-Russja li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Andrey Pervozvanniy, Yaroslav Mudryy u Alexander Nevskiy. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għal ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Valkur LLC timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
796. |
Volga Oil Shipping Company |
Indirizz: Fersmana street 5 A, Moscow, 117312, Russian Federation OMI: 5658026 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Volga Oil Shipping Company hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata r-Russja li tispeċjalizza fil-forniment ta’ appoġġ tekniku. Il-kumpanija hija l-maniġer tekniku tal-bastimenti Volgoneft-111, Midvolga-3 u Midvolga-2. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, Volga Oil Shipping Company timmaniġġa bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026 |
|
797. |
Rustakt LLC bir-Russu: ООО ‘РУСТАКТ’ |
Indirizz: Moscow, In.Ter.G. Presnensky Municipal District, Shmitovsky Passage, 39, Building 2, Premises. 5K, 123290, Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa (INN): 9703074147 Individwu assoċjat: Pavel Nikitin |
Rustakt LLC hija entità Russa involuta fl-importazzjoni ta’ komponenti għal vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs), u fl-assemblaġġ ta’ UAVs. Rustakt LLC timmanifattura droni b’pilotaġġ immersiv (FPV) VT-40 u tfornihom lill-Forzi Armati Russi għall-użu fl-Ukrajna. Għalhekk, Rustakt LLC qegħda tappoġġa lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. |
15.6.2026 |
|
798. |
L-assoċjazzjoni ‘League for Assistance to Defence Enterprises’ bir-Russu: Ассоциация ‘Лига Содействия Оборонным Предприятиям’ |
Indirizz: Ul. Zemlyanoy Val, Building 50 A, Moscow, Tagansky Municipal District, 109028, Russian Federation Tip ta’ entità: Organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 8.6.2007 Numru ta’ Identifikazzjoni Primarju tal-Istat (OGRN): 1077799011421 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: www.lsop.ru Email: liga@lsop.ru |
L-assoċjazzjoni ‘League for Assistance to Defence Enterprise’ hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ibbażata Moska. Hija tikkonsisti minn rappreżentanti mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, korpi leġiżlattivi u eżekuttivi federali, u kapijiet u rappreżentanti ta’ korporazzjonijiet, ishma maġġoritarji, assoċjazzjonijiet u impriżi, pubbliċi u privati, tal-industrija militari. L-organizzazzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp, il-modernizzazzjoni u aktar tkabbir tal-industrija militari Russa. Hija tippromwovi l-interessi tal-industrija tad-difiża mal-korpi tal-gvern u l-istituzzjonijiet tas-soċjetà ċivili Russi, b’mod partikolari sabiex tippromwovi l-innovazzjoni, issaħħaħ it-taħriġ u trawwem l-opportunitajiet ta’ reklutaġġ għall-kumpaniji tad-difiża. Għandha wkoll l-għan li tassisti lill-kumpaniji tad-difiża Russi fl-implimentazzjoni tal-programm tal-istat dwar l-armamenti u l-akkwist militari tal-istat. Għalhekk, l-assoċjazzjoni ‘League for Assistance to Defence Enterprises’ qed tappoġġa l-kumpless militari u industrijali tar-Russja. |
15.6.2026 |
|
799. |
Limited Liability Company ‘ASFPV’ magħrufa wkoll bħala LLC ‘ASFPV’ bir-Russu: Общество с Ограниченной Ответственностью ‘АСФПВ’ magħrufa wkoll bħala ООО ‘АСФПВ’ |
Indirizz: St. Petersburg, internal territory of the city municipal district No. 21, Rustaveli Street, building 60, letter A, premises 9-N, room 3.1, 195299, Russian Federation Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 24.11.2023 OGRN: 1237800134879 INN: 7804705606 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Tel. 7(812)6034423 Email: asfpv@bk.ru Sit web: asfpv.ru |
Limited Liability Company ‘ASFPV’ hija kumpanija Russa li timmanifattura d-droni b’pilotaġġ immersiv (FPV) ‘Veterok 7’, ‘Veterok 10’, u ‘Veterok 13’, id-detetturi tad-droni ‘Gorn’, u rkiekel tal-fibrottika għall-Forzi Armati tar-Russja. Il-kumpanija timmanifattura sa 10 000 dron kull xahar. Id-droni ‘Vetorok’ jintużaw mir-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Bħala manifattur ta’ droni FPV, detetturi tad-droni, u rkiekel tal-fibrottika għall-militar Russu, Limited Liability Company ‘ASFPV’ qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Bħala fornitur ta’ droni FPV, detetturi tad-droni, u rkiekel tal-fibrottika lill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Limited Liability Company ‘ASFPV’ tappoġġa b’mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
15.6.2026 |
|
800. |
Joint-Stock Company Engels Experimental Design Bureau ‘Signal’ named after A.I. Glukharev magħrufa wkoll bħala JSC EOKB ‘Signal’ named after A.I. Glukharev bir-Russu: Акционерное Общество Энгельсское Опытно Конструкторское Бюро ‘Сигнал’ им. А.И. Глухарева a.k.a. АО ЭОКБ ‘Сигнал’ им. А.И. Глухарева |
Indirizz: Saratov region, Engels district, rp. Privolzhsky, st. 5th Quarter (Engels-19 microdistrict), 14, 413119, Russian Federation Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 13.11.2002 OGRN: 1026401988249 INN: 6449013609 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Joint-Stock Company Engels Experimental Design Bureau ‘Signal’ named after A.I. Glukharev tiżviluppa u timmanifattura tagħmir ta’ sensuri bħal allarmi, gejġijiet tal-pressjoni, sistemi għall-kejl tal-pressjoni u sensuri tat-temperatura sabiex jintużaw f’kundizzjonijiet fejn l- operazzjoni hija diffiċli għall-avjazzjoni, ir-rokits, l-ispazju u l-faċilitajiet marittimi. Sensuri manifatturati minn Joint-Stock Company Engels Experimental Design Bureau ‘Signal’ imsemmija għal A.I. Glukharev jintużaw fl-inġenji tal-ajru Su-27, Su-35 u fl-elikotteri Mi-8, li huma kollha użati fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Joint-Stock Company Engels Experimental Design Bureau ‘Signal’ named after A.I. Glukharev qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Joint-Stock Company Engels Experimental Design Bureau ‘Signal’ named after A.I. Glukharev tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja billi hija involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
801. |
LLC ‘IONOS’ bir-Russu: ООО ‘ИОНОС’ |
Indirizz: Rostov region, Azov district, Koluzaevo kh, st. Lenina, 68B, 346741, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 25.8.2014 Numru tar-reġistrazzjoni: 1146196001621 INN: 6168719068 KPP: 610101001 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://ionos.ru/ Email: office@ionos.ru Tel. 8 (800) 700-75-16 |
LLC ‘IONOS’ hija kumpanija Russa li tispeċjalizza fil-manifattura ta’ lampi elettriċi u tagħmir tat-tidwil, kif ukoll fil-manifattura ta’ tagħmir tal-inġenji tal-ajru. Il-kumpanija, b’mod partikolari permezz tal-proġett ‘Alaska’, tipproduċi d-droni b’pilotaġġ immersiv (FPV) ‘Alyosha’, li ntużaw b’mod attiv mill-forzi Russi fl-Ukrajna għal missjonijiet ta’ rikonjizzjoni, ta’ attakk u dawk unidirezzjonali. Il-kumpanija taqdi rwol dejjem akbar fil-kapaċitajiet li qed jespandu tal-gwerra bid-droni tar-Russja. Għalhekk, LLC ‘IONOS’ qed tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
802. |
LLC Izovac bil-Belarussu: ТАА ‘Iзавак’ bir-Russu: ООО ‘Изовак’ |
Indirizz: Minsk, Selitskogo str., building 7, room 202, 220075, Republic of Belarus Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Republic of Belarus Data ta’ reġistrazzjoni: 25.2.1992 Numru tar-reġistrazzjoni: 100133538 Post prinċipali tan-negozju: Republic of Belarus |
LLC Izovac hija żviluppatur u manifattur Belarussu ta’ tagħmir tal-vakwu, teknoloġiji tar-riti, sorsi ta’ joni, teknoloġija ta’ pulverizzazzjoni katodika u software relatat. Il-kumpanija ġiet inkluża fir-Reġistru tal-Kumpless Militari-Industrijali tar-Russja. Fir-Russja, Izovac hija rrappreżentata mis-sieħeb tagħha – LLC Engineering Group. Izovac, flimkien mal-kumpaniji affiljati tagħha taħt l-istess isem tal-grupp, forniet kuntratturi tad-difiża Russi li rċevew oġġetti b’valur ta’ madwar USD 200 miljun minn Izovac mill-bidu tal-invażjoni Russa fuq skala sħiħa tal-Ukrajna. Għalhekk, LLC Izovac qed tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż bl-involviment tagħha fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
803. |
LLC Engineering Group magħrufa wkoll bħala Inzhiniring Grupp OOO magħrufa wkoll bħala OOO Izovak Engineering bir-Russu: ООО ‘Инжиниринг Групп’ |
Indirizz: Moscow, Ul. Lva Tolstogo D. 5, Str. 2, Floor 4, Pomeshch./Kom. 2/24 (V 416), 119021, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 16.9.2020 Numru tar-reġistrazzjoni: 1207700340759 INN: 7708387990 KPP: 770401001 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
LLC Engineering Group tiżviluppa u tipproduċi tagħmir u komponenti ta’ teknoloġija avvanzata għal diversi industriji. Din il-kumpanija tirrappreżenta lis-sieħeb tagħha – il-kumpanija Belarussa Izovac – fir-Russja. Izovak ġiet inkluża fir-Reġistru tal-Kumpless Militari-Industrijali tar-Russja. Izovac, flimkien mal-kumpaniji affiljati tagħha taħt l-istess isem tal-grupp, forniet kuntratturi tad-difiża Russi li rċevew oġġetti b’valur ta’ madwar USD 200 miljun minn Izovac mill-bidu tal-invażjoni Russa fuq skala sħiħa tal-Ukrajna. LLC Engineering Group ipparteċipat bħala intermedjarju. Għalhekk, LLC Engineering Group qed tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
804. |
JSC Research Institute of Technical Systems ‘Sinvent’ magħrufa wkoll bħala JSC Research Institute of Transport Systems ‘Sinvent’ magħrufa wkoll bħala JSC Scientific Research Institute of Technical Systems ‘Synvent’ magħrufa wkoll bħala ‘NIITS Sinvent’ bir-Russu: Акционерное Общество Научно-Исследовательский Институт Технических Систем ‘Синвент’ magħrufa wkoll bħala. АО ‘НИИТС “Синвент”’ |
Indirizz: St. Petersburg, Moskovsky prospekt, 212 A, office 3047-3, 196066, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 21.2.1994 OGRN: 1027804853900 INN: 7806016672 KPP: 781001001 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Tel. 8 (812) 409-93-45 Fax 8 (812) 373-70-34 Sit web: https://sinvent.ru/ |
JSC Research Institute of Technical Systems ‘Sinvent’ hija istitut Russu għar-riċerka u l-produzzjoni tad-difiża li jispeċjalizza f’teknoloġiji ta’ taħriġ militari. Tiżviluppa simulaturi professjonali u programmi ta’ taħriġ għall-operaturi ta’ sistemi tekniċi kumplessi. JSC Research Institute of Technical Systems ‘Sinvent’ tipproduċi simulaturi għal sewwieqa u ekwipaġġi ta’ xażi militari b’aktar minn fus wieħed użati f’sistemi ta’ missili ballistiċi interkontinentali, sistemi ta’ missili Iskander, u pjattaformi ta’ difiża tal-ajru, kif ukoll simulaturi u software għal vetturi tal-kmand militari u tal-istat maġġur, kollha użati fl-Ukrajna. Sehem sinifikanti tax-xogħol li tagħmel il-JSC Research Institute of Technical Systems ‘Sinvent’ huwa marbut ma’ ordnijiet ta’ difiża tal-istat, b’kuntratti mal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, JSC Research Institute of Technical Systems ‘Sinvent’ qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC Research Institute of Technical Systems ‘Sinvent’ qed tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. |
15.6.2026 |
|
805. |
ERA Military Innovation Technopolis Magħrufa wkoll bħala FGAU VIT ERA Magħrufa wkoll bħala VIT ERA FSAI Bir-Russu: Военный Инновационный Техноролис ЭРА Magħrufa wkoll bħala Техноролис ЭРА Magħrufa wkoll bħala ФГАУ ВИТ ЭРА |
Indirizz: Krasnodar region, Anapa district, Anapa, Pionersky prospect, 41, 353456, Russian Federation Tip ta’ entità: Istituzzjoni Awtonoma tal-Istat Federali Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 22.1.2003 Numru tar-reġistrazzjoni: 1032502119715 INN: 2539025440 KPP: 230101001 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: www.era-tehnopolis.ru Indirizz elettroniku: era_1@mil.ru |
ERA Military Innovation Technopolis hija entità proprjetà tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Ġiet stabbilita biex tiżviluppa u timplimenta teknoloġiji importanti għall-Forzi Armati Russi. Tiżviluppa teknoloġiji f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ kumpaniji xjentifiċi tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-industrija tad-difiża u s-sħab industrijali. Ħafna mill-prodotti, inkluż id-dron ‘Boomerang’, diġà qed jintużaw mill-Forzi Armati Russi. Għalhekk, ERA Military Innovation Technopolis qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
806. |
Joint Stock Company ‘Elekond’ Magħrufa wkoll bħala JSC ‘Elekond’ Magħrufa wkoll bħala JSC ‘Elecond’ Magħrufa wkoll bħala АО ‘Элеконд’ |
Indirizz: Kalinin Str. 3, Sarapul, Udmurt Republic, 427968, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 10.2.1993 OGRN: 1021800993752 INN: 1827003592 KPP: 183801001 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Tel. +7 (34147) 4-27-53; +7 (34147) 2-99-77 Sit web: www.elecond.ru; www.elecond.ru/en/ Indirizz elettroniku: elecond@elcudm.ru |
Joint Stock Company ‘Elekond’ hija manifattur ewlieni Russu ta’ kapaċitaturi. Il-prodotti tagħha jintużaw fl-elettronika, fil-prodotti tal-ajruspazju, fit-trasport u f’tagħmir għal skopijiet speċjali. Joint Stock Company ‘Elekond’ hija parti mill-industrija tad-difiża tar-Russja. Il-prodotti tagħha jintużaw f’sistemi militari li ġew użati f’attakki fuq l-Ukrajna. Il-kumpanija tkompli tikseb u tuża komponenti kritiċi u b’użu doppju, li jippermettilha tkompli l-produzzjoni biex tissodisfa l-ħtiġijiet militari. Għalhekk, Joint Stock Company ‘Elekond’ qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Joint Stock Company ‘Elekond’ timmanifattura kapaċitaturi K53-68 u K53-69 użati fis-sistemi abbord tal-missila kruċiera S8000 ‘Banderol’, li ntużat f’attakki kontra l-Ukrajna. Il-kumpanija għandha wkoll kuntratti ma’ manifattur ta’ apparat ta’ mira għat-tankijiet. Joint Stock Company ‘Elekond’ tipparteċipa b’mod attiv f’wirjiet militari-tekniċi. Għalhekk, Joint Stock Company ‘Elekond’ hija entità li tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. |
15.6.2026 |
|
807. |
JSC ‘Lavochkin Research and Production Association’ Magħrufa wkoll bħala Joint Stock Company ‘Research and Production Association Named After S.A. Lavochkina’ Magħrufa wkoll bħala JSC ‘NPO LAVOCHKINA’ Magħrufa wkoll bħala NPO Lavochkin Magħrufa wkoll bħala Lavochkin Association Bir-Russu: Акционерное Общество ‘Научно-Производственное Объединение им. С.А.Лавочкина’ Magħrufa wkoll bħala АО ‘НПО ЛАВОЧКИНА’ Magħrufa wkoll bħala Ассоциация Лавочкина |
Indirizz: Moscow region, Khimki, Leningradskaya str., 24, 141402, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 5.4.2017 Numru tar-reġistrazzjoni: 1175029009363 INN: 5047196566 PPC: 504701001 OKPO: 07522233 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://www.laspace.ru/ |
JSC ‘Lavochkin Research and Production Association’ twaqqfet minn korporazzjoni tal-Istat għall-attivitajiet spazjali ‘Roscosmos’ u twettaq xogħol fuq id-disinn, il-manifattura, l-ittestjar u l-iżvilupp komprensiv ta’ inġenji spazjali awtomatiċi. Hija żżomm ukoll armi u tagħmir militari. JSC ‘Lavochkin Research and Production Association’ taħdem mal-Ministeru għad-Difiża biex toħloq sistema ta’ telerilevament bis-satellita biex ittejjeb l-effettività tat-truppi militari. Is-satelliti omm tal-kumpanija huma parti min-network militari ta’ sorveljanza spazjali tar-Russja. Għalhekk, JSC ‘Lavochkin Research and Production Association’ qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Għalhekk, JSC ‘Lavochkin Research and Production Association’ qed tappoġġa l-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi hija involuta fl-iżvilupp ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
808. |
JSC ‘Research and Production Enterprise “Zvukotekhnika”’ Magħrufa wkoll bħala JSC NPP ‘Zvukotekhnika’ Magħrufa wkoll bħala JSC NPP ‘Zvukotechnika’ Bir-Russu: Акционерное Общество Научно-Производственное Предприятие Звукотехника Magħrufa wkoll bħala АО ‘НПП “Звукотехника”’ |
Indirizz: Murom, Vladimir Region, Radiozavodskoye Highway 23 A, 602264, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 28.6.2002 OGRN: 1023302153115 INN: 3307011706 KPP: 333401001 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Tel. +7 49234 22556 Sit web: https://www.нппузкотехника.рф Indirizz elettroniku: zvuk@mit.ru |
JSC ‘Research and Production Enterprise Zvukotekhnika’ hija kumpanija tal-industrija tad-difiża Russa li tispeċjalizza fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni u xandir tal-ħoss għall-użu industrijali, mobbli u militari. JSC ‘Research and Production Enterprise Zvukotekhnika’ tipproduċi sistemi ta’ komunikazzjoni u xandir għal vapuri, sottomarini, truppi tad-difiża tal-ajru, Forzi tal-Missili Strateġiċi, u vetturi blindati bħall-BTR-80, li ntuża fl-Ukrajna. Hija ċertifikata mir-Reġistru Militari, hija affiljata ma’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-industrija tad-difiża, u hija involuta fi proġetti avvanzati ta’ komunikazzjoni militari. Għalhekk, JSC ‘Research and Production Enterprise Zvukotekhnika’ hija entità li tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Għalhekk, JSC ‘Research and Production Enterprise Zvukotekhnika’ qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
15.6.2026 |
|
809. |
Federal State Unitary Enterprise ‘18th Central Research Institute’ tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa Magħrufa wkoll bħala FSUE ‘18th Central Research Institute’ tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa Magħrufa wkoll bħala FGUP ‘18 TsNII’ MO RF Magħrufa wkoll bħala FSUE ‘18 Central Research Institute’ Bir-Russu: Федеральное Государственное Унитарное Предприятие ‘18 Центральный Научно-Исследовательский Институт’ Министерства Обороны Российской Федерации Magħrufa wkoll bħala ФГУП ‘18 ЦНИИ’ МО РФ |
Indirizz: Moscow, Svobodny Prospekt, 4, 111123, Russian Federation Tip ta’ entità: Intrapriża Unitarja tal-Istat Federali Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 8.8.1934; 30.1.2003 Numru tar-reġistrazzjoni: 1037700091736 INN: 7720090314 KPP: 772001001 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Il-Federal State Unitary Enterprise (FSUE) ‘18th Central Research Institute’ tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa tiżviluppa sistemi elettroniċi għall-Forza tal-Ajru u l-Forzi tal-Art u timmanifattura wkoll l-armi. L-istitut huwa subordinat għall-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa u jikkoopera ma’ istituti ta’ riċerka u intrapriżi oħra tal-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Għalhekk, FSUE ‘18th Central Research Institute’ qed tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż bl-involviment tagħha fl-iżvilupp ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
810. |
CJSC ‘Gefest and T’ Magħrufa wkoll bħala CJSC GEFEST I T Bir-Russu: ЗАО ‘Гефест и Т’ |
Indirizz: Moscow Region, Zhukovsky, Narkomvod Street, 7, 140182, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Magħluqa Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 3.3.1992 Numru tar-reġistrazzjoni: 1025001628630 INN: 5013013165 KPP: 504001001 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
CJSC ‘Gefest and T’ tiżviluppa u timmanifattura prodotti ta’ teknoloġija avvanzata għall-inġenji tal-ajru, inkluż għall-inġenji tal-ajru militari. Is-subsistemi tal-informatika tal-kumpanija SVP-24 ‘Gefest’ huma installati fuq it-trasportaturi tal-bombi ggwidati (inklużi Su-34, Su-35S, Su-24M) u jintużaw biex jiġu kkalkulati l-parametri tat-titjira tal-inġenju tal-ajru u l-punt tar-rilaxx tal-bombi. Din is-sistema bħalissa qed tintuża fuq ħafna inġenji tal-ajru ta’ attakk tal-Forzi Ajruspazjali Russi. Għalhekk, CJSC ‘Gefest and T’ qed tappoġġa materjalment il-kumpless militari u industrijali tar-Russja inkluż billi tkun involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
811. |
JSC Serpukhov Plant ‘Metallist’ Magħrufa wkoll bħala JSC Serpukovsky Plant Metallist Magħrufa wkoll bħala JSC Serpukhovsky Zavod Metallist Bir-Russu: АО ‘Серпуховский Завод “Металлист”’ |
Indirizz: Moscow region, Serpukhov city, Lunacharskogo street, building 32, 142200, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 25.7.2002 Numru tar-reġistrazzjoni: 1025005598155 INN: 5043012881 KPP: 504301001 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: www.szmetallist.ru Indirizz elettroniku: metallist@szmetallist.ru; svetaleko@yandex.ru Entità assoċjata: JSC NPO High Precision Systems |
JSC Serpukhov Plant ‘Metallist’ tipproduċi muturi ġiroskopiċi, unitajiet ġiroskopiċi, u diversi sensuri u apparati elettromekkaniċi ta’ preċiżjoni. Il-kumpanija hija involuta fil-manifattura tas-sistema ta’ navigazzjoni 9B918 għall-missila ballistika 9M723 ‘Iskander-M’, użata mill-forzi Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, JSC Serpukhov Plant ‘Metallist’ qed tappoġġa materjalment lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż bl-involviment tagħha fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
812. |
JSC Research Institute of Precision Instruments NII TP Bir-Russu: АО ‘НИИ ТП’ |
Indirizz: Moscow, Otradnoe Municipal District, Dekabristov St., Bld. 51, Building 1, 127490, Russian Federation Tel. +7 (495) 404-91-81; +7 (499) 181-03-70; +7 (495) 231-38-22; +7 (499) 204-85-77 Fax +7 (495) 404-91-81; +7 (499) 404-79-66 Indirizz elettroniku: info@niitp.ru; aleksey.khrapov@niitp.ru; it@niitp.ru; personal@niitp.ru Sit web: http://niitp.ru |
JSC Research Institute of Precision Instruments NII TP hija organizzazzjoni li twettaq attivitajiet fl-isfera spazjali u militari u tforni lill-Ministeru għad-Difiża Russu kif ukoll lill-Ministeru għal Sitwazzjonijiet ta’ Emerġenza b’tagħmir u servizzi speċjali. Il-kumpanija hija parti mill-korporazzjoni statali ‘Roscosmos’ u tipparteċipa bħala intrapriża ewlenija fid-diversi proġetti spazjali Russi mmexxija mir-‘Roscosmos’. Il-kumpanija ilha taħdem fuq is-sistema satellitari l-ġdida għall-armata Russa, ir-radar spazjali sintetiku Kasatka-R. Fil-Forum tal-Armata 2024, il-kumpanija ppreżentat ir-radar Kasatka-R u r-radar sintetiku Compact-4 żviluppat biex jinqabdu immaġnijiet dettaljati ħafna ta’ terren u oġġetti. Barra minn hekk, f’Settembru 2025 intuża t-tagħmir ta’ monitoraġġ tat-titjiriet tal-kumpanija matul it-titjira tal-bijosatellita Bion-M Nru 2 fl-ispazju. Għalhekk, JSC Research Institute of Precision Instruments NII TP qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Għalhekk, JSC Research Institute of Precision Instruments NII TP tagħmel parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja, inkluż billi hija involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
15.6.2026 |
|
813. |
Xinxiang Richful Lubricant Additive Company Magħrufa wkoll bħala Xinxiang Ruifeng New Materials Co., Ltd Biċ-Ċiniż: 瑞丰新材 |
Indirizz: Dazhaoying Township (North of Xinhuo Rd), 453700 Xinxiang City, Xinxiang County, Henan Province, People’s Republic of China Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Xinxiang, Henan Province, China Data ta’ reġistrazzjoni: 1996 Kodiċi ta’ Kreditu Soċjali Unifikat 914107006149375190 Post prinċipali tan-negozju: Henan Province, People’s Republic of China Kodiċi tal-istokk (Borża ta’ Shenzhen): 300910 |
Xinxiang Richful Lubricant Additive Company hija waħda mill-akbar manifatturi u distributuri tal-addittivi tal-lubrikanti bbażati fiċ-Ċina. Hija tforni addittivi kimiċi għal-lubrikanti mekkaniċi użati fil-militar Russu. Għalhekk, Xinxiang Richful Lubricant Additive Company hija entità li tappoġġa l-kumpless militari u industrijali tar-Russja. |
15.6.2026 |
|
814. |
Limited Liability Company ‘Izhevsk Aviation Plant’ magħrufa wkoll bħala LLC ‘Izhevsk Aviation Plant’ magħrufa wkoll bħala LLC ‘IAZ’ magħrufa wkoll bħala LLC ‘Izhevsk Aviation Plant’ Bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью ‘Ижевский Авиационный Завод’ magħrufa wkoll bħala ООО ‘ИАЗ’ |
Indirizz: Udmurt Republic, Izhevsk, Ordzhonikidze st., 2, 426063, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 8.2.2023 Numru tar-reġistrazzjoni: 1231800002609 Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 1841109463 |
Limited Liability Company (LLC) ‘Izhevsk Aviation Plant’ hija kumpanija Russa li tiżviluppa u timmanifattura vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV). B’mod partikolari, tipproduċi d-dron ta’ rikonjizzjoni SKAT 350 M, li jintuża mill-militar Russu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. LLC ‘Izhevsk Aviation Plant’ hija wkoll parti minn Kalashnikov Concern, wieħed mill-iżviluppaturi Russi ewlenin ta’ tagħmir militari. Għaldaqstant, LLC ‘Izhevsk Aviation Plant’ hija parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Qed tappoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
15.6.2026 |
|
815. |
Limited Liability Company ‘TKH-Invest’ Magħrufa wkoll bħala LLC ‘TKH-Invest’ Bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью ‘ТКХ-Инвест’ |
Indirizz: Moscow, Prechistenka st., 38, floor 3, room 29, 119034, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 1.11.2013 Numru tar-reġistrazzjoni: 5137746019989 Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7736666723 |
Limited Liability Company (LLC) ‘TKH-Invest’ hija l-azzjonist ewlieni ta’ LLC ‘Izhevsk Aviation Plant’, kumpanija Russa li tiżviluppa u timmanifattura vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV). B’mod partikolari, LLC ‘Izhevsk Aviation Plant’ tipproduċi l-UAV ta’ rikonjizzjoni SKAT 350 M, li jintuża mill-militar Russu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. LLC ‘Izhevsk Aviation Plant’ hija wkoll parti minn Kalashnikov Concern, wieħed mill-iżviluppaturi Russi ewlenin ta’ tagħmir militari. Għaldaqstant, LLC ‘TKH-Invest’ hija parti mill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. Qed tappoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
15.6.2026 |
|
816. |
Foundation for Advanced Studies Magħrufa wkoll bħala Foundation for Advanced Research Magħrufa wkoll bħala Advanced Research Foundation for the Financing of Advanced Military and Dual-Use Technologies Bir-Russu: Фонд Перспективных Исследований |
Indirizz: Moscow, Berezhkovskaya embankment, 22, building 3, 121059, Russian Federation Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 21.12.2012 Numru tar-reġistrazzjoni: 1127799026596 Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7710480347 Individwi assoċjati: Maxim Sergeevich Vakstein |
Il-Foundation for Advanced Studies ġiet stabbilita mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa biex tippromwovi u tiffinanzja r-riċerka u l-iżvilupp ta’ armi u tagħmir b’appoġġ għall-Forzi Armati Russi u s-settur tal-produzzjoni militari. Il-Foundation for Advanced Studies iffinanzjat diversi proġetti biex jiġu żviluppati sistemi avvanzati mingħajr ekwipaġġ għal skopijiet militari. Għalhekk, il-Foundation for Advanced Studies tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Qed tappoġġa wkoll lill-kumpless militari u industrijali tar-Russja. |
15.6.2026 |
|
817. |
Shenzhen Minghuaxin |
Post tar-reġistrazzjoni: People’s Republic of China Post prinċipali tan-negozju: People’s Republic of China |
Shenzhen Minghuaxin hija kumpanija Ċiniża li tforni lill-kumpless militari u industrijali Russu. Shenzhen Minghuaxin forniet volumi sinifikanti ta’ komponenti lil Rustakt LLC, produttur Russu ta’ droni b’pilotaġġ immersiv ta’ grad militari. Għalhekk, Shenzhen Minghuaxin qed tappoġġa l-kumpless militari u industrijali tar-Russja billi hija involuta fil-forniment ta’ teknoloġija u tagħmir militari. Barra minn hekk, Shenzhen Minghuaxin hija assoċjata ma’ Rustakt LLC. |
15.6.2026 |
|
818. |
Nord Axis Ltd |
Indirizz: Wan Chai, 8th Floor, China Hong Kong Tower, 8-12 Hennessy Ro, Hong Kong, People’s Republic of China Post tar-reġistrazzjoni: Hong Kong, People’s Republic of China Data ta’ reġistrazzjoni: Diċembru 2022 Numru tar-reġistrazzjoni: 14748199 Entitajiet assoċjati: 2Rivers DMCC; 2Rivers PTE LTD |
Nord Axis hija kumpanija bbażata f’Hong Kong li hija parti minn network ta’ kumpaniji assoċjati mal-grupp 2Rivers li jippermetti t-trasport u l-esportazzjoni taż-żejt Russu u li jopera bastimenti parti mill-hekk imsejħa flotta mistura Russa. Wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fl-2022, Nord Axis saret kummerċjant importanti taż-żejt li joriġina minn kumpaniji Russi. Is-settur tal-enerġija, b’mod partikolari s-settur taż-żejt, huwa settur li jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Nord Axis hija involuta f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Nord Axis hija assoċjata wkoll ma’ 2Rivers DMCC u 2Rivers PTE LTD. |
15.6.2026 |
|
819. |
Limited Liability Company ‘Lukoil-Western Siberia’ |
Indirizz: Nevsky prospekt 150E, St. Petersburg, 191024, Russian Federation OMI: 5147094 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
Il-Limited Liability Company ‘Lukoil-Western Siberia’ hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata fir-Russja u l-operatur kummerċjali tal-bastimenti Aries, Neva Lux u Nimbus SPB. Dawk il-bastimenti ma għandhomx assigurazzjoni adegwata ta’ responsabbiltà ċivili u huma involuti fi trasferimenti minn vapur għall-ieħor kif ukoll fil-manipulazzjoni tas-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika waqt li jġorru żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum esportati mir-Russja. Għalhekk, il-Limited Liability Company ‘Lukoil-Western Siberia’ topera bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum mir-Russja u tipprattika prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u ta’ riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. |
15.6.2026”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1364/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)