Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas milli jadotta u/jew jikkomunika, fit-termini previsti, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi previsti bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l- Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal- kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans- konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (ĠU L 164M, p. 317).
Dispożittiv
1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.