31989D0505



Official Journal L 247 , 23/08/1989 P. 0033 - 0033
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0107
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0107


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 1989

li jistipulaw il-kriterji li jirregolaw dħul fir-reġistri għal majjali ibridi tat-tagħmir

(89/505/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi li japplikaw għal animmali mrobbija tal-ispeċje porċina [1], u partikolarment it-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tagħha,

Billi fl-Istati Membri kollha reġistri huma miżmuma jew mwaqqafa mill-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu, organizzazzjonijiet tat-tagħmir, impriżi privati jew servizzi uffiċjali;

Billi huwa għalhekk neċessarju li jitniżżlu il-kriterji għad-dħul tal-majjali ibridi tat-tagħmir fir-reġistri;

Billi kondizzjonijiet preċiżi li jirrelataw għall-arblu tar-razza u identifikazzjoni għandhom ikunu jitwettqu qabel id-dħul fir-reġistri;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ Żooteknika;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Biex jikkwalifikaw għad-dħul fir-reġistri majjali ibridi tat-tagħmir għandhom:

- jiġu identifikati wara t-twelid skond ir-regoli ta’ dak ir-reġistru,

- ikollhom id-dettalji dwar il-ġenituri stabbiliti bi qbil mar-regoli ta’ dak ir-reġistru.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36.

--------------------------------------------------