European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4907

18.9.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.12428 – TENARIS / ARTROM)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/4907)

1.   

Fis-7 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Tenaris S.A. (“Tenaris”, il-Lussemburgu), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn San Faustin S.A. (il-Lussemburgu)

—

Artrom Steel Tubes S.A. (“Artrom”, ir-Rumanija).

Tenaris se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Artrom kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Tenaris hija manifattur globali ta’ tubi tal-azzar u servizzi relatati għaż-żejt u l-gass u applikazzjonijiet industrijali oħra. Tenaris hija elenkata pubblikament fil-boroż ta’ New York, tal-Italja u tal-Messiku. Tenaris topera diversi faċilitajiet ta’ manifattura ta’ tubi tal-azzar fl-UE, f’Arcore u Bergamo (l-Italja), u f’Zalău u Călărași (ir-Rumanija). Barra miż-ŻEE, Tenaris topera faċilitajiet fl-Arġentina, fil-Brażil, fil-Kanada, fiċ-Ċina, fil-Kolombja, fl-Ekwador, fl-Indoneżja, fil-Każakistan, fil-Messiku, fin-Niġerja, fl-Arabja Sawdija, fl-Emirati Għarab Magħquda, fir-Renju Unit, u fl-Istati Uniti.

—

Artrom hija manifattur Rumen ta’ tubi tal-azzar għal applikazzjonijiet industrijali. Artrom topera faċilità ta’ manifattura ta’ tubi tal-azzar fi Slatina (ir-Rumanija) u faċilità ta’ produzzjoni tal-azzar li tipproduċi vireg tal-azzar għall-manifattura ta’ tubi tal-azzar f’Resita (ir-Rumanija).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12428 — TENARIS / ARTROM

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4907/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)