32000R0969

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 969/2000 tat-8 ta' Mejju 2000 li jimponi dazju kontra bejgħ taħt il-prezz fuq importazzjoni tal-kloridju tal-potassa li joriġina fil-Belarus, fir-Russja u fl-Ukrajna

Official Journal L 112 , 11/05/2000 P. 0004 - 0026
CS.ES Chapter 11 Volume 33 P. 226 - 248
ET.ES Chapter 11 Volume 33 P. 226 - 248
HU.ES Chapter 11 Volume 33 P. 226 - 248
LT.ES Chapter 11 Volume 33 P. 226 - 248
LV.ES Chapter 11 Volume 33 P. 226 - 248
MT.ES Chapter 11 Volume 33 P. 226 - 248
PL.ES Chapter 11 Volume 33 P. 226 - 248
SK.ES Chapter 11 Volume 33 P. 226 - 248
SL.ES Chapter 11 Volume 33 P. 226 - 248


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 969/2000

tat-8 ta' Mejju 2000

li jimponi dazju kontra bejgħ taħt il-prezz fuq importazzjoni tal-kloridju tal-potassa li joriġina fil-Belarus, fir-Russja u fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra bejgħ taħt il-prezz minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1] u partikolarment l-Artikolu 9 u 11 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1. INVESTIGAZZJONIJIET PREĊEDENTI

(1) Bir-Regolamenti (KEE) Nru 3068/92 [2], il-Kunsill impona dazji kontra bejgħ taħt il-prezz ta' kloridju tal-potassa (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "potaxx" jew il-"prodotti konċernat") li joriġina fil-Belarus, ir-Russja u l-Ukrajna (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa il-"pajjiżi konċernati"). Id-dazji kienu ugwali mad-differenza bejn l-anqas prezz stabbilit u l-prezzijiet netti qabel ma jiġu rilaxxati ħielsa fil-Komunità-fuq il-fruntiera.

(2) Bir-Regolament (KE) Nru 643/94 [3], il-Kunsill emenda d-dazji msemmija aktar qabel. Miżuri konġunti f'forma ta' ammont stabbilit kull tunnellata ta' potaxx jew id-differenza bejn l-anqas prezz stabbilit u l-prezz nett qabel ma jiġi rilaxxat ħieles fil-Komunità-fuq il-fruntiera kull tunnellata metrika, skond liema kien l-ogħla, fejn kien impost. Dan it-tip ta' miżura nstab li kien meħtieġ minħabba li kienu qed jevadu d-dazji oriġinali. Wieħed għandu jgħid ukoll li l-evalwazzjni mwettqa fl-1994 kopriet sew bejgħ taħt il-press u ħsara, kif ukoll l-interess tal-Komunità.

(3) Bir-Regolament (KE) Nru 449/98 [4], il-Kunsill reġa' emenda d-dazji msemmija aktar qabel. Din l-evalwazzjoni bdiet wara talba mill-Kumpannija Internazzjoni tal-Potaxx (ICP), esportatur tal-potaxx Russu u Belarussu, li affermat, fost kwistjonijiet oħra, li l-adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja kellha r-riżultat li bidlet iċ-ċirkustanzi li fuq il-bażi tagħha kienu stabbiliti l-miżuri fis-seħħ. Il-forma tal-miżuri konġunti komplewha iżda l-livell tal-miżuri kien adattat skond dak li nstab minn dik l-investigazzjoni. Għandu jingħad ukoll li l-evalwazzjoni konkluża fl-1998 kienet limitata biex jiġi eżaminat il-bejgħ taħt il-prezz u l-interess tal-Komunità.

2. INESTIGAZZJONI PREŻENTI

(4) Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza fil-qrib tal-miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz fis-seħħ fuq importazzjoni ta' potaxx li joriġina fil-pajjiżi konċernati [5], il-Kummissjoni rċeviet talba biex tevalwa dawn il-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa ir-"Regolament bażiku".

(5) It-talba kienet ippreżentata fit-23 ta' Diċembru 1998 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Potaxx (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa ("l-applikant") f'isem il-produtturi, li l-produzzjoni tagħhom flimkien tal-potaxx tikkostitwixxi madwar 99 % tal-produzzjoni tal-Komunità ta' dan il-prodott, jiġifieri proporzjon maġġuri tal-produzzjoni totali tal-Komunità skond l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

(6) It-talba kienet ibbażata fuq l-argument li l-iskadenza tal-miżuri kienet tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-bejgħ taħt il-prezz jew ħsara. Fil-fatt, l-applikant allega li l-potaxx mill-pajjiżi konċernati kien għadu jinbiegħ taħt il-prezz għall-ipproċessar intern, sistema li ttaffi soġġetta għall-miżuri kontra bejgħ taħt il-prezz fil-Komunità. Bl-istess mod, l-applikant afferma li, fl-isfond ta' l-ammont li fil-passat inbiegħ taħt il-prezz u l-fatt li l-esportaturi relevanti kienu għadhom ibiegħu l-prodott konċernat bi prezzijiet baxxi ħafna f'pajjiżi ġirien tal-Komunità, kien aktar faċli li jerġa' jkun hemm bejgħ taħt il-prezz kieku l-miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz jitneħħew. Dan l-argument kien imsaħħaħ bix-xhieda ppreżentata li wriet li l-konsum lokali kien waqa' drastikament fil-pajjiżi konċernati waqt li l-produzzjoni kien żdiedet b'mod sinifikanti, hekk li ħalliet lill-esportaturi bi prodott żejjed li rriskja li jinbiegħ taħt il-prezz fis-suq tal-Komunità. Finalment, l-applikant ressaq l-argument li jekk jerġa' jseħħ bejgħ taħt il-prezz iwassal biex jaqgħu l-prezzijiet u inevitabilment jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Komunità li s-sitwazzjoni tal-profitt tagħha kienet għadha kemm xejn prekarja.

(7) Fl-isfond tal-forma speċifika ta' dazji kontra li jinfaqa' s-suq imposti fuq importazzjoni ta' kloridju ta' potassa mill-pajjiżi konċernati, jiġifieri ż-żieda tal-prezz minimu mad-dazju stabbilit, il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll, fuq l-inizjattiva tagħha, li tagħti bidu għal evalwazzjoni temporanja, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitata għall-forma tal-miżuri.

(8) Wara li stabbiliet, wara li ħadet il-parir tal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm xhieda biżżejjed, il-Kummissjoni tat bidu għal evalwazzjoni ta' skademza u evalwazzjoni temporanja (limitata għall-forma tad-dazju) permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "avviż ta' bidu") [6] skond l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament bażiku.

2.1. PERJODU TA' INVESTIGAZZJONI

(9) L-investigazzjoni fuq il-kontinwazzjoni jew ripetizzjoni ta' bejgħ taħt il-prezz kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1998 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ l-"IP" jew "perjodu ta' investigazzjoni"). L-eżami ta' kontinwazzjoni jew ripetizzjoni ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 1994 sa tmiem il-IP (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-"perjodu kkonsidrat"). Għall-finijiet ta' l-eżami ta' ripetizzjoni ta' ħsara, il-previżjonijiet għas-snin 1999 u 2000 ġew ukoll ikkonsidrati.

2.2. PARTIJIET KONĊERNATI MILL-INVESTIGAZZJONI

(10) Il-produtturi applikanti mill-Komunità, l-esportaturi u produtturi fil-pajjiżi li jesportaw u l-importaturi/utenti kif ukoll l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom magħrufa li jkunu konċernati u r-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi ngħataw uffiċjalment il-parir biex jibdew l-evalwazzjoni. Il-kwestjonarji ntbagħtu lil dawn il-partijiet kollha u lil dawk li avżaw il-preżenza tagħhom fil-limitu ta' żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu. B'żieda ma' dan, il-produtturi fil-Kanada, li ntgħażlet bħala pajjiż simili, ġew ikkuntattjati u rċivew kwestjonarji. Il-partijiet direttament konċernati wkoll ingħataw l-opportunità li juru l-fehma tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta.

(11) Il-produtturi kollha applikanti mill-Komunità wieġbu l-kwestjonarju. Produtturi fil-Belarus u r-Russja, jiġifieri, Production Amalgamation "Belaruskali" (Soligorsk, ir-reġjun ta' Minsk, Belarus), JSC "Silvinit" (Solikamsk, ir-reġjun ta' Perm, ir-Russja) u JSC "Uralkali" (Berezniki, ir-reġjun ta' Perm, ir-Russja) ikkoperaw ma' l-investigazzjoni permezz ta' l-esportatur komuni tagħhom ICP (Moska, ir-Russja). Ferchimex (Antwerp, il-Belġju) u Belarus (Vjenna, l-Awstrija), importaturi relatati tal-ICP, wieġbu wkoll. Ma kien hemm l-ebda koperazzjoni mill-ebda produttur li jesporta mill-Ukrajna.

(12) Seba' importaturi li ma kinux relatati wieġbu l-kwestjonarju u wrew il-fehmiet tagħhom bil-miktub. L-importaturi tal-potaxx huma fil-maġġor parti tal-każi utenti tal-prodott. Ma nkisbet l-ebda tweġiba mill-utenti li ma jimpurtawx il-prodott.

(13) L-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa biex tistabbilixxi jekk hemmx possibiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' bejgħ bit-telf jew ħsara u jekk l-imposizzjoni kontinwa tal-miżuri fl-interess tal-Komunità kienet mitluba u verifikata. L-investigazzjonijiet twettqu fuq il-post tal-kumpanniji li ġejjin:

(a) Produtturi applikanti mill-Komunità:

Cleveland Potash Limited, Saltburn, ir-Renju Unit,

Comercial de Potasas, SA [7], Madrid, Spanja,

Kali and Salz GmbH, Kassel, il-Ġermanja,

Société commerciale des potasses et de l'azote SA [8], Mulhouse, Franza, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "SCPA";

(b) Produtturi f'pajjiż simili:

Agrium Inc., Calgary,

IMC Global Inc., Regina,

Potash Corporation of Saskatchewan (PCS), Saskatoon;

(ċ) Importaturi li mgħandhomx x'jaqsmu fil-Komunità:

Fertiberia SA, Madrid, Spanja (ukoll utent tal-potaxx).

3. PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

3.1. DESKRIZZJONI TAL-PRODOTT KONĊERNAT

(14) Il-prodott konċernat huwa kloridju tal-potassa (potaxx, KCl) u jkun ġeneralment użat bħala fertilizzant agrikolu, direttament, imħallat ma' fertilizzanti oħra jew wara trasformazzjoni f'fertilizzant komplikat magħruf bħala NPK (nitroġenu, fosfru, potassa). Il-kontenut tal-potassa jvarja u jintwera bħala perċentwal tal-piż ta' ossidju tal-potassa (K2O) fuq prodotti niexfa mingħajr ilma.

(15) Il-potaxx ġeneralment jinbiegħ jew f'forma normali/ta' trab (potaxx normali) jew f'forma "barra minn dik normali" li tinkludi iżda li mhix limitata għal forma ta' granulat (potaxx granulat). Il-prodott ġeneralment ikun ikklassifikat fi tliet kategoriji bażiċi, ibbażati fuq il-kontenut ta' K2O) jiġifieri:

- kontenut ta' potassa li ma jeċċedix 40 % ta' K2O – li jaqa' taħt il-Kodiċi NM 31042010,

- kontenut ta' potassa li jeċedi 40 % K2O iżda anqas minn jew ugwali għal 62 % - skond il-kodiċi NM 31042050,

- kontenut ta' potassa li jeċċedi 62 % ta' K2O - skond il-Kodiċi NM 31042090 2010,

(16) La darba l-miżuri kontra bejgħ taħt il-prezz li jkunu fis-seħħ jikkonsistu wkoll f'dazju li jvarja, ir-Regolament li qed evalwat sspeċifikat livelli differenti ta' dazji kontra l-bejgħ taħt il-prezz għall-potaxx normali, minn banda, u l-bqija tl-forom inkluż potaxx granulat, mill-banda l-oħra.

(17) Wieħed għandu jiftakar illi fl-aħħar investigazzjoni ta' l-evalwazzjoni, instab li importazzjoni ta' ċerti misturi jew taħlitiet ma' kontenut għoli ta' potaxx aktar min-normal, li mhumiex skond il-Kodiċi NM għal potaxx indikati aktar qabel, għandhom jiġu kkonsidrati bħala prodott konċernat. Waslu għal din il-konklużjoni għaliex dawn il-misturi jew taħlitiet kellhom komuni l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċI u għandhom l-istess użu bħal kategoriji bażiċi msemmija aktar qabel. Billi l-investigazzjoni preżenti ma wriet l-ebda kunsiderazzjoni li tindika li l-atitudni meħuda ma kellhiex titkompla, u sabiex jiżguraw applikazzjoni konsistenti tal-miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz, kif ukoll biex jevitaw klassifikazzjoni żbaljata, ġie kkonsidrat meħtieġ, f'dan ir-Regolament, li jiċċaraw il-kontenut minimu ta' K2O ta' dawn il-misturi u taħlitiet li jkun ta' 35 % jew aktar, bil-piż, tal-prodott niexef mingħajr ilma u li jkun skond il-forma "mhux skond in-normal" ta' potaxx.

3.2. PRODOTT SIMILI

(18) Bħal f'investigazzjonijiet preċedenti, kien stabbilit li, la darba ma kienx hemm differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tat-tipi u kwalitajiet differenti ta' potaxx, potaxx magħmul fil-Kanada, li kienet intgħażlet bħala pajjiż analogu, (ara Kapitolu 4.2) u mibjugħ fis-suq ta' l-Amerika ta' Fuq, huwa prodott simili għal dak esportat lill-Komunità mill-pajjiżi konċernati, fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. B'żieda ma' dan, potaxx esportat mill-pajjiżi konċernati u potaxx magħmul mill-produtturi tal-Komunità kienu wkoll prodotti simili.

(19) Il-ICP talbet l-esklużjoni ta' potaxx normali ma' kontenut ta' K2O ogħla minn 62 %, li, kif ġie affermat, kien użat biss f'applikazzjonijiet farmaċewtiċi, kellhom prezijiet differenti u kien konsenjat ippakkjat (meta mqabbel kuntrarju għal konsenji fi kwantitajiet kbar ta' potaxx użat bħala fertilizzant). Madankollu, il-prodott fil-kwistjoni kellu l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u komposizzjoni kimika bażika bħal prodott konċernat. Il-fatt li l-kloridju tal-potassa huwa ġeneralment użat bħala fertilizzant ma jeskludix prodotti destinati biex jintużaw mill-industrija jew farmaċewtiċi ppakkjati b'mod differenti, mill-iskop tad-definizzjoni ta' prodott simili. Iddeċidew għalhekk illi dan it-tip ta' potaxx ikun prodott uniku wieħed mat-tipi l-oħra ta' potaxx.

4. POSSIBBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIPETIZZJONITA' BEJGĦ TAĦT IL-PREZZ

4.1. RIMARKI PRELIMINARI

(20) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-iskop ta' dan it-tip ta' reviżjoni huwa li jistabilixxi jekk l-iskadenza tal-miżuri twassalx jew le għal kontinwazzjoni jew ripetizzjoni ta' bejgħ taħt il-prezz li jġib il-ħsara.

(21) F'dan ir-rigward, kienu eżaminati l-volumi esportati lejn il-Komunità matul il-IP. Il-volum ta' importazzjoni mir-Russja rrappreżenta 4,2 % tal-konsum iżda kien il-biċċa l-kbira tiegħu importat skond is-sistema ta' proċessar intern. B'konformità mal-prattika konsistenti ta' l-istituzzjonijiet dawn l-importazzjonijiet għandhom jiġu kkonsidrati għall-finijiet biex jistabbilixu jekk ikunx qed isir bejgħ bit-telf u hekk il-volum ta' impotazzjoni Russa jiġi kkonsidrat biżżejjed biex jipprovdi previżjoni rappreżentattiva ta' jekk ikunx qed isir bejgħ bit-telf fil-preżent u jekk kull bejgħ bħal dan ikomplix jekk il-miżuri jitneħħew. Il-volum ta' importazzjonijiet mill-Belarus jista' jiġi kkonsidrat ukoll bħala rappreżentattiv hekk kif laħqu l-1,2 % tal-konsum mill-Komunità. F'dawn iċ-ċirkustanzi, ikun meħtieġ li jeżamina jekk hemmx possibiltà li jkun hemm ripetizzjoni ta' bejgħ bit-telf minħabba importazzjonijiet li joriġinaw f'dawn iż-żewġ pajjiżi jekk il-miżuri jitneħħew. Rigward l-Ukrajna ma kienx hemm importazzjonijiet matul il-IP u għalhekk l-investigazzjoni ċċentrat fuq jekk kienx hemm possibiltà li jkun hemm ripetizzjoni ta' bejgħ taħt il-prezz minħabba importazzjonijiet li joriġinaw f'dawn iż-żewġ pajjiżi jekk il-miżuri jitneħħew.

4.2. PAJJIŻ ANALOGU

(22) Sabiex jistabbilixxi jekk bejgħ bit-telf ikomplix jew jerġax isir, valur normali kellu jkun ibbażat fuq informazzjoni miksuba minn pajjiż barrani b'ekonomija tas-suq skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Fl-avviż tal-bidu, issuġġerew il-Kanada bħala pajjiż analogu xieraq.

(23) L-ebda parti ma oġġezzjonat għall-Kanada bħala pajjiż analogu. Sew il-ICP u l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Importazzjoni ta' Fertilizzant (AEIF) qablu ma' l-għażla tal-Kanada bħala pajjiż analogu kemm-il darba jintażaw il-minjieri li qegħdin fil-provinċja ta' Saskatchewan aktar milli New Brunswick biex jiġi stabbilit il-valur normali. Il-ICP riedu wkoll il-minjiera ta' Patience Lake f'Saskatchewan eskluża biex jistabbilixxu l-valur normali.

(24) Iż-żewġ partijiet argumentaw li l-minjieri li għalihom intalbet esklużjoni jiddifferixxu f'termini ta' daqs, kondizzjonijiet ta' depożiti ġeoloġiċi u skavar ta' minjieri u metodi ta' produzzjoni minn dawk prevalenti fil-Belarus, ir-Russja u l-Ukrajna, li huma simili ħafna għall-minjieri f'Saskatchewan. B'żieda ma' dan, tqajjem l-argument li l-minjiera ta' New Brunswick tinsab ħafna eqreb għall-klijenti tagħha milli jinsabu l-portijiet għat-tagħbija użati għall-esportazzjoni ta' potaxx għall-Belarus u r-Russja, li jirrendi l-ispejjeż tat-trasport, b'mod partikolari, inkomparabbli.

(25) L-investigazzjoni kkonfermat li l-Kanada għandha tintuża bħala pajjiż analogu għaliex:

(a) il-Kanada kienet il-produttur u esportatur tal-potaxx mad-dinja kollha, aktar avvanzata mill-Belarus, ir-Russja u l-Ukrajna;

(b) is-suq intern ta' l-Amerika ta' Fuq għall-prodott konċernat kien soġġett għall-kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni;

(ċ) il-proċess ta' manifattura u fakultà biex jiksbu l-materja prima kienu, il-biċċa l-kbira, simili fil-Kanada u fil-pajjiżi konċernati;

(d) il-Kanada intużat fl-investigazzjonijiet preċedenti.

(26) Rigward l-argumenti magħmula mill-ICP u l-(AEIF) rigward l-esklużjoni ta' ċerti minjieri jistgħu jsiru dawn il-punti li ġejjin:

(a) Billi l-potaxx huwa effettivament prodott u billi l-iffissar tal-valur normali huwa bbażat fuq prezzijiet prattikament mill-minjieri kollha li joperaw fis-suq miftuħ u kompetittiv ta' l-Amerika ta' Fuq, kull diferenza fil-kondizzjonijiet tal-minjieri jew kull fattur ieħor imsemmi, f'minjiera jew reġjun partikolari, ma jeffettwax fiżikament il-valur normali;

(b) Il-punt li tqajjem mill-ICP rigward id0-differenzi fid-distanzi bejn il-minjiera ta' New Brunswick u s-swieq tagħha fil-Kanada u l-minjieri Belorussi u Russi u l-portijiet ‘il fejn jiġu esprotati mhuwiex relevanti billi l-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni jitqabblu, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, fl-istess livell, jiġifieri marra mill-minjiera. B'żieda ma' dan, il-minjiera ta' New Brunswick fil-kwistjoni tippreżenta biss proporzjon tal-bejgħ ikkonsidrat biex jiġi stabbilit il-valur normali hekk li effett ta' distanzi, jekk ikun hemm, jitnaqqas mil-volum tal-bejgħ totali kkonsidrat (ara l-premessi 36).

(27) Konsegwentement, il-kalkoli huma bbażati fuq it-tweġibiet tal-kwestjonarji kollha li jaslu mit-tliet kumpanniji Kanadiżi. Din id-data, rigward il-minjieri li jinsabu fi New Brunswick u Saskatchewan, kienu verifikati totalment fil-post tal-kumpanniji fil-Kanada.

4.3. IR-RUSSJA U BELARUS

(28) Waqt li jeżamina jekk hemmx possibilta li jkompli l-bejgħ taħt il-prezz mir-Russja u l-Belarus jekk jitneħħew il-miżuri huwa meħtieġ li jivverifika jekk bejgħ taħt il-prezz eżistiex matul il-IP u jekk kull bejgħ taħt il-prezz bħal dan hux possibbli li jkompli.

4.3.1. Valur normali

(29) Il-valur normali kien ikkalkolat fuq il-bażi tad-data tal-kumpanniji Kanadiżi kollha li kkoperaw. F'dan ir-rigward, il-bejgħ totali tal-potaxx tal-kumpanniji li kkoperaw fuq is-suq Kanadiż kienu kkonsidrati li kienu rappreżentattivi.

(30) Finalment kien eżaminat jekk il-bejgħ relevanti segħax jiġi kkonsidrat bħala li sar fil-kors normali tal-kummerċ billi jħarsu lejn il-proporzjon ta' bejgħ bil-qligħ tal-grad fil-kwistjoni.

(31) Ladarba l-volum ta' potaxx normali mibjugħ bil-prezz tal-bejgħ nett ugwali għal jew aktar mill-ispiża tal-produzzjoni (bejgħ bi qligħ) irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta' dak il-grad u la darba l-prezz medju miżun kien ogħla mill-ispiża medja miżuna tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz attwali tas-suq ta' l-Amerka ta' Fuq għar-Russja, ikkolkolat bħala medja miżuna tal-prezzijiet tal-bejgħ kollu magħmul minn kull kumpannija matul il-perjodu ta' investigazzjoni, ikun jew ma jkunx bi qligħ

4.3.2. Prezz ta' l-esportazzjoni

(32) Il-ICP kien l-uniku esportatur li kkopera ma' l-investigazzjoni. Il-volumi ta' esportazzjoni rrapportati prattikament jikkorrispondu mal-figuri tal-Eurostat, kumplimentati kif imfisser fil-punt 6.2.1. Għalhekk, sew għall-Belarus kif ukoll ir-Russja, il-prezzijiet ta' esportazzjoni kienu evalwati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni fornuta mill-ICP.

(33) Il-ICP biegħ lis-suq tal-Komunità f'parti permezz ta' żewġ importaturi relatati, Ferchimex, ibbażata fil-Belġju u fil-Belarus. Ibbażata fl-Awstrija, u f'parti direttament lil klijenti indipendenti.

(34) Fil-każi kolha fejn saru l-esportazzjonijiet ta' potaxx lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta' esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, i.e. fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni attwalment imħallsa jew li jistgħu jitħallsu. F'każijiet fejn il-bejgħ ta' esportazzjoni kien sar lil parti relatata, il-prezz ta' l-esportazzjoni kien formulat skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati kienu l-ewwel jerġgħu jiġu mibjugħa lil xerrej indipendenti. F'dawn il-każi, aġġustamenti kienu saru għall-ispejjeż kollha li ntefqu bejn l-importzzjoni u l-bejgħ mill-ġdid u għal qligħ li ħareġ minnhom, sabiex jiġi stabbilit prezz ta' esportazzjoni affidabbli fil-livell tal-fruntiera tal-Komunità. Il-marġini ta' profit ta' 5 % applikat fl-investigazzjoni preċedenti kien, fl-assenza ta' kull informazzjoni oħra, ikkonsidrat bħala raġonevoli fiċ-ċirkustanzi tal-funzjonijiet imwettqa mill-importaturi relatati.

(35) Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, prattikament il-potaxx kollu esportat lill-Komunità mill-ICP daħal fis-suq tal-Komunità fil-qafas tas-sistema ta' proċess ta' rilaxx intern (IPR), fejn ikkompeta ma' potaxx magħmul mill-industrija tal-Komunità.

4.3.3. Paragun

(36) Billi l-potaxx huwa prodott goff bi spejjeż ta' trasport li jirrapreżentaw proporzjoni kbira tal-prezz li jinbiegħ, u fl-isfond tad-distanza sinifikanti bejn il-minjieri tal-Belorus u tar-Russja u l-eqreb port jew fruntiera, kien stabbilit illi l-paraguni għandhom isiru fuq bażi ta' kif joħroġ mill-minjiera, bħall-investigazzjoni preċedenti.

(37) Bl-iskop li jiżgura paragun ġust bejn il-prezz normali u l-prezz ta' esportazzjoni, ġew ikkonsidrati, fil-forma ta' aġġustamenti, id-differenzi li jaffettwaw il-paraguni fil-prezzijiet, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(i) Aġġustamenti fil-valur normali

(38) Il-ICP għamlet għadd ta' kummenti rigward id-differenzi fil-kwalità u l-kondizzjonijiet tat-tħaffir fil-minjieri bejn il-Belarus u r-Russja u l-Komunità u l-Kanada. Madankollu, ma saru l-ebda affermazzjnijiet u l-ebda waġda mid-differenzi allegati ma kienet kwantifikata. B'żieda ma' dan, il-parti l-kbira ta' l-elementi msemmija kienu diġà ttrattati fl-ivestigazzjoni preċedenti, fejn ġie konkluż illi kull aġġustament għall-vantaġġi naturali komparattivi kienu jkunu ta' żvantaġġ għall-minjieri Belorussi u Russi. Billi ċ-ċirkustanzi essenzali ma tbiddlux materjalement mill-investigazzjoni preċedenti, u għar-raġunijiet imsemmija qabel, ma kienx hemm bżonn għall-aġġustamenti għal valur normali għad-differenzi fiżiċi jew vantaġġi naturali komparattivi. Ingħata fejn kien mistħoqq aġġustament għad-differenzi fl-ispejjeż tal-kreditu.

(ii) Aġġustamenti għall-prezz ta' l-esportazzjoni

(39) Aġġustament għall-prezz ta' esportazzjoni kien sar għall-ispejjeż tat-trasport. Il-metodoloġija użata biex tistabbilixxi l-ammont ta' l-aġġustament kien l-istess bħall-investigazzjoni preċedenti, jiġifieri għat-trasport fil-Belarus u r-Russja ttieħdet data rigward spejjeż tat-trasport fil-Kanada, waqt li spejjeż tat-trasport mill-frntiera tal-pajjiż produttur għall-fruntiera tal-Komunità, fejn japplika, kienu stabiliti fuq bażi ta' l-ispejjeż rapportati mill-ICP.

(40) Il-ICP argumenta li l-ammonti għall-ispejjeż tat-trasport rraportati fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju tnaqqsu b'mod żbaljat. Kien hemm xi kontradizzjoni bejn it-termini ta' konsenja u l-ispejjeż tat-trasport kif irrapportati mill-ICP. Madankollu, fl-assenza ta' kull prova fornuta mill-ICP, kien impossibbli li jaraw jekk it-termini tal-konsenja jew l-ispejjeż tat-trasport kinux irrapportati b'mod korrett. F'kull każ, ukoll jekk tittieħed l-aħjar atitudni favorevoli għall-ICP, din ma kinetx tbiddel dak li nstab rigward l-eżistenza ta' bejgħ taħt il-prezz. B'żieda ma' dan, wieħed għandu jiftakar li f'reviżjoni ta' skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġI kkalkolat marġini preċiż ta' bejgħ bit-telf.

(41) Kien sar aġġustament ukoll għall-ispejjeż ta' kreditu fuq il-bażi ta' l-informazzjoni rrapportata mill-ICP.

4.3.4. Marġini ta' bejgħ taħt il-prezz

(42) Marġini ta' bejgħ taħt il-prezz kien stabbilit rispettivament għall-Belarus, ir-Russja u l-Ukrajna. Il-medja tal-valur normali kkonsidrat kien imqabbel mal-prezz medju ta' l-esportazzjoni kkonsidrat għall-Komunità.

(i) Il-Belarus

(43) Murija bħala perċentwal tal-prezz "cif-Komunità-fruntiera", xorta kien hemm bejgħ bit-telf sinifikanti rigward l-importazzjoni li toriġina mill-Belarus, għalkemm f'livell kemmxejn aktar baxx minn dak misjub fl-investigazzjoni preċedenti.

(ii) ir-Russja

(44) Murija bħala perċentwal tal-prezz "cif-Komunità-fruntiera", il-marġini ta' bejgħ bit-telf huwa b'mod sinifikanti ogħla minn dak misjub fl-investigazzjoni preċedenti.

4.3.5. Konklużjoni

(45) Rigward l-importazzjoni mill-Belarus u r-Russja, wieħed jista' għalhekk jikkonkludi illi kien hemm kontinwazzjoni sinifikanti ta' bejgħ taħt il-prezz. Ma nstabux raġunijiet għaliex bejgħ taħt il-prezz jieqaf jekk miżuri kontra dan il-bejgħ taħt il-prezz jitħassru.

4.4. L-UKRAJNA

(46) Bħall-investigazzjoni preċedenti, l-ebda koperazzjoni ma waslet mill-Ukrajna. Figuri tal-Eurostat ma wrew l-ebda importazzjoni minn dan il-pajjiż matul il-perjodu ta' investigazzjoni, għalkemm kien hemm importazzjoni fi snin preċedenti. Fuq din il-bażi, kien meħtieġ li jeżaminaw jekk bejgħ taħt il-prezz jerġax jitfaċċa jekk il-miżuri jkunu rtirati. Ma kien hemm l-ebda koperazzjoni mill-ebda produttur mill-Ukrajna. Għalhekk, u skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, dak li nstab kellu jkun ibbażat fuq il-fatti disponibbli. F'dan il-kuntest, wieħed għandu jinnota illi x-xhieda tissuġġerixxi illi l-minjieri tal-potaxx jitħaddmu fl-Ukrajna. Din ix-xiehda tissuġġrixxi li b'mod sinifikanti għandhom kapaċitajiet anqas minn dawk tar-Russja u l-Belarus. Madankollu, meta jitqabbel l-ammont ta' dawn il-minjieri ta' l-Ukrajna mal-konsum tal-Komunità l-potenzal għall-esportazzjoni xorta għadu importanti. Rigward il-livell ta' prezzijiet ta' importazzjoni li tista' ssir mill-Ukrajna, wieħed għandu jinnota illi ma hemmx nuqqas ta' provvista ta' potaxx fis-suq tal-Komunità. Hekk, jekk wieħed ġdid jixtieq jidħol fis-suq tal-Komunità jista' jagħmel dan biss b'livelli ta' prezzijiet li jwaqqgħu lil dawk mitluba mill-operaturi li preżentement huma attivi f'dan is-suq, li tfisser li l-prezzijiet ikunu bit-telf. Ta' min jinnota wkoll li fil-passat importazzjonijiet mill-Ukrajna kienu bi prezzijiet simili għal dawk li kellhom iħallsu għalihom fir-Russja u l-Belarus.

4.4.1. Konklużjoni

(47) Fl-isfond ta' dan ta' qabel, u fl-assenza għal kull prova kontrarja, per eżempju informazzjoni fuq kif wieħed jutiliza l-ammont, volumi u prezzijiet għal esportazzjoni lil pajjiżi terzi oħra, ġie konkluż li hemm il-possibiltà ta' ripetizzjoni ta' importazzjonijiet li tinbiegħ taħt il-prezz li joriġinaw mill-Ukrajna jekk jiġu rtirati l-miżuri.

5. DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(48) L-investigazzjoni kkonfermat li l-produtturi tal-Komunità applikanti rrappreżentaw 99 % tal-produzzjoni mill-Komunità tal-potaxx u għalhekk jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

6. ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ U TAS-SUQ TAL-POTAXX TAL-KOMUNITÀ

(49) L-ewwelnett, wieħed għandu jinnota li d-data li tirrigwarda l-profitabilità u investimenti matul il-perjodu kkonsidrat kienu kkalkolati fuq il-bażi tad-data ta' tliet produtturi tal-Komunità: Cleveland Potash Limited, Comercial de Potasas, SA and Kali und Salz GmbH. Ir-raba' produttur mill-Komunità, SCPA, kien eskluż in parti minħabba l-kondizzjoni eċċezzjonali tas-sussidjarju tal-minjieri tiegħu "Mines de potasse d'Alsace". Il-minjiera se tkun magħluqa fi ftit snin oħra minħabba d-duħħan tal-ħażniet tal-potaxx, u mgħadhiex tinvesti aktar. Ukoll is-sistema tal-kontijiet tal-minjiera ġiet simplifikata hekk li mhux aktar possibbli li tikkalkola jew l-ispiża tal-produzzjoni jew il-profitabilità tal-potaxx bil-mod li jippermetti għall-ġbir tad-data mal-produtturi l-oħra fil-Komunità. Madankollu, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, kieku l-SCPA ġiet ikkonsidrata l-profitabilità fl-industrija fil-Komunità kienet tkun notevolment aktar baxxa u l-ivestimenti kienu juru tendenza aktar drastika ‘l isfel.

(50) It-tieni, wieħed għandu jinnota illi matul is-snin l-aktar riċenti importazzjonijiet mill-pajjiżi konċeranti kienu kważi esklussivament taħt l-amministrazzjoni ta' l-IPR. B'konformità mal-prattika ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, ikkonsidraw illi dawn l-importazzjonijiet jikkompetu mal-prodott konċernat ta' l-industrija tal-Komunità billi dawn ikunu proċessati fil-Komunità minn manifatturi ta' fertilizzant li jixtru xi materja prima użata fil-produzzjoni ta' fertilizzanti kumplikati, li huma maħsuba wkoll għall-esportazzjoni, mill-industrija fil-Komunità. Dawn l-importazzjonijiet kienu għalhekk ikkonsidrati biex jistabbilixxu l-konsum fil-Komunità, ishma mis-suq tal-pajjiżi konċeranti u fl-analiżi tal-prezzijiet tal-potaxx mibjugħ mill-esportaturi konċernati.

6.1. KONSUM FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

(51) Il-konsum totali tal-potaxx huwa kkalkolat fuq il-bażi tat-totali magħquda ta':

(a) il-volum ta' bejgħ ta' potaxx magħmul mill-industrija tal-Komunità nfisha mqiegħed fis-suq tal-Komunità;

(b) il-volum ta' bejgħ minn produtturi li mhumiex applikanti tal-Komunità mqiegħed fis-suq;

(ċ) importazzjonijiet fil-Komunità ta' potaxx mill-pajjiżi konċernati;

(d) importazzjonijiet fil-Komunità ta' potaxx mill-pajjiżi kollha oħra barranin.

(52) Fuq din il-bażi, il-konsum naqas minn madwar

7460000

tunnellata metrika fl-1994 sa madwar

7290000

tunnellata metrika fl-IP; jiġifieri tnaqqis ta' madwar 2,3 %. Madankollu, matul il-perjodu kkonsidrat il-livell ta' konsum varja kif jidher fit-tabella hawn taħt:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju mill-industrija tal-Komunità, Eurostat, l-Uffiċċji ta' l-Istatistika Nazzjonali fil-Finlandja, id-Danimarka u l-Belġju.

(f'elf tunnellata metrika) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Konsum mill-Komunità | 7460 | 7340 | 7090 | 7600 | 7290 |

6.2. IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻI KONĊERNATI

6.2.1. Volum ta' importazzjoni

(53) Il-volum ta' importazzjoni ta' potaxx li joriġina mir-Russja naqas minn 397000 tunnellata metrika fl-1994 sa 305000 tunnellata metrika matul il-IP, ekwivalenti għal tnaqqis ta' madwar 23 %. Il-volum ta' importazzjoni li joriġina mill-Belarus naqas minn 137000 tunnellata metrika fl-1994 sa 91000 tunnellata metrika matul il-IP, ekwivalenti għal tnaqqis ta' madwar 34 %. L-Ukrajna esportat biss matul is-snin 1994, 1995 u 1997, b'tendenza ta' tnaqqis qawwi. L-importazzjoni ġenerali mill-pajjiżi konċernati naqset b'madwar 32 % matul il-perjodu konċernat. It-tnaqqis, madankollu, ma kienx kostanti: importazzjonijiet totali mill-pajjiżi konċernati naqset sa l-1996, li laħqet punt baxx ta' 132000 tunnellata metrika, li wara reġgħu bdew telgħin, jiżdiedu bi tliet darbiet sal-IP.

(54) L-investigazzjni wriet li l-volum ta' importazzjoniet kif irraportat mill-IPC huwa ogħla mid-data li hemm fl-Eurostat, billi uħud mill-Istati Membri li għandhom biss importatur wieħed ma rrapportawx id-data sħiħa għal raġunijiet ta' kunfidenzalità. Informazzjoni komplimentarja minn dawk l-Istati Membri intalbet u intlaqgħet. Fuq din il-bażi nstab li l-importazzjonijiet irrapportati mill-IPC mhumiex differenti b'mod sinifikanti mid-data sħIħa tal-Eurostat.

Sors:

Eurostat u Uffiċji Nazzjonali ta' l-Istatistika fil-Finlandja, id-Danimarka and Belġju.

(f'elf tunnellata metrika) |

Importazzjonijiet | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

total ir-Russja total | 397 | 175 | 122 | 190 | 305 |

Belarus total | 137 | 113 | 11 | 51 | 91 |

L-Ukrajna | 49 | 15 | 0 | 1 | 0 |

Total | 583 | 303 | 132 | 243 | 396 |

It-tunnellaġġ importat skond is-sistema ta' l-IPR u l-perċentwal tagħhom ta' l-importazzjonijiet totali ta' potaxx tal-Komunità għal kull pajjiż kien:

(f'elf tunnellata metrika) |

Importazzjonijiet | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 |

Ir-Russja | 61 | 159 | 115 | 178 | 284 |

% ta' importazzjonijiet | 15 | 91 | 94 | 93 | 93 |

Il-Belarus | 34 | 52 | 11 | 51 | 91 |

% ta' importazzjonijiet | 25 | 46 | 100 | 100 | 100 |

L-Ukrajna | 35 | 15 | 0 | 1 | 0 |

% ta' importazzjonijiet | 72 | 100 | M/D | 100 | M/D |

Totali | 131 | 226 | 126 | 230 | 375 |

% ta' importazzjonijiet | 22 | 75 | 95 | 95 | 95 |

(55) It-tabelli ta' hawn fuq juru l-iżviluppi matul l-imposizzjoni tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf. Filwaqt li s-sehem ta' importazzjonijiet skond is-sistema ta' l-IPR kien biss żgħir fl-1994, matul il-IP prattikament l-importazzjonijiet kollha saru skond is-sistema msemmija. Importazzjonijiet skond is-sistema ta' IPR huma kkontrollati mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [9]. L-ivestigazzjoni preżenti ma wriet l-ebda fatti li jissuġġerixxu li s-sistema setgħat intużat biex jiġu skansati l-miżuri. Wieħed għandujinnota wkoll li l-merkanzija importata skond din is-sistema ma taqgħax taħt id-dazji ta' kontra bejgħ bit-telf li qed tiġI riveduta, fattur li jispjega ż-żieda li qed isseħħ lejn it-tmiem tal-perjodu kkonsidrat.

6.2.2. Is-sehem tas-swieq

(56) Is-sehem tas-Suq ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati fis-suq tal-Komunità naqas b'2,4 punti ta' perċentwal matul il-perjodu kkonsidrat. Madankollu, it-tnaqqis ma kienx konsistenti. Is-sehem tas-suq naqas mill-ogħla livell tiegħu ta' 7,8 % fl-1994 biex laħaq l-anqaslivell tiegħu fl-1996, i.e. 1,9 %. Wara l-1996 kien hemm tnaqqis konsistenti, sa 5,4 % fil-IP.

Sors:

Eurostat u Uffiċji Nazzjonali ta' l-Istatistika fil-Finlandja, id-Danimarka and Belġju.

Sehem fis-suq ta' importazzjonijiet konċernati f'% | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Il-Belarus | 1,8 | 1,5 | 0,2 | 0,7 | 1,2 |

Ir-Russja | 5,3 | 2,4 | 1,7 | 2,5 | 4,2 |

L-Ukrajna | 0,7 | 0,2 | 0 | 0 | 0 |

Total | 7,8 | 4,1 | 1,9 | 3,2 | 5,4 |

6.2.3. Evoluzzjoni tal-prezzijiet u l-imġiba tal-prezzijiet

6.2.3.1. Evoluzzjoni tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet konċernati

(57) Rigward l-evoluzzjonijiet tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet soġġetti għal-investigazzjoni matul il-perjodu kkonsidrat, it-tendenzi kienu stabbiliti bl-użu tal-figuri tal-Eurostat kif stabbiliti fil-premessa 54.

Il-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ

cif

mill-pajjiżi konċernati fis-suq tal-Komunità żviluppaw fid-dettall kif ġej:

Sors:

Eurostat u Uffiċji Nazzjonali ta' l-Istatistika fil-Finlandja, id-Danimarka and Belġju.

(f'ECU/tunnellata metrika) |

Medja tal-prezzijiet cif tal-potaxxb' 40 % < K2O = 62 % | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Il-Belarus | 67,5 | 86,5 | 88,3 | 94,1 | 100,1 |

Ir-Russja | 83,1 | 71,7 | 74,4 | 79,4 | 85,8 |

L-Ukrajna | 83,6 | 89,9 | — | 88,0 | — |

Medja | 79,2 | 76,8 | 75,7 | 83,3 | 90,8 |

Sors:

Eurostat u Uffiċji Nazzjonali ta' l-Istatistika fil-Finlandja, id-Danimarka and Belġju.

(f'ECU/tunnellata metrika) |

Medja tal-prezzijiet cif ta' potaxx bil -K2O > 62 % | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

ir-Russja | — | 89,9 | 93,8 | 96,7 | 101,5 |

(58) Iż-żieda medja fil-prezz tal-potaxx b' 40 % < K2O < = 62 % mill-pajjiżi konċernati tammonta għal 14,6 % matul il-perjodu konċernat. Billi l-prezzijiet tal-Belarus żdiedu b'mod sinifikanti, li jeeċċedu l-prezz tal-potaxx ta' oriġini Russa, il-prezzijiet Russi baqgħu relattivament baxxi. Ma kienx importat potaxx li oriġina mill-Ukrajna fil-IP.

(59) Potaxx b'K2O > 62 % kien importat biss mir-Russja. Il-prezz medju żdied bi 12,9 % mid-89,9 ECU/tunnellata metrika fl-1995 sa 101,5 ECU/tunnellata fil-IP.

6.2.3.2. Imġiba tal-prezzijiet

(60) Dazji kontra bejgħ taħt il-prezz ilhom fis-seħħ għal tliet snin. Matul dan iż-żmien ftit kienu l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiżi konċernati li seħħew biex ikunu rilaxxati biex jiċċirkolaw b'mod ħieles. L-importazzjonijiet kienu l-biċċa l-kbira minnhom limitati għas-sistema ta' l-IPR. Ir-rappreżentanti ta' l-ICP affermaw li huma kellhom joffru l-prodott tagħhom bi prezzijiet anqas minn dawk ta' l-indusrija tal-Komunità minħabba n-natura nfisha tas-sistema ta' l-IPR. Dan l-argument kien studjat Iżda ma nstabet l-ebda prova ċara biex issostnih.

(61) Fl-ispezzjoni ta' l-imġiba tal-rezzijiet behaviour, il-prezzijiet dikjarati mill-esprotaturi għal kull bejgħ lill klijenti indipendenti u għal kull bejgħ mill-ġdid permezz ta' l-importatur relatat tagħhom kienu laħqu l-medja matul il-IP għaż-żewġ gradi prinċipali ta' potaxx skond l-oriġini tagħhom: Il-Belarus u r-Russja: Dawn il-prezzijiet kienu prezzijiet tal-fattura netta, dazju mhux imħallas u ekwivalenti għal prezzijiet konsenjati minħabba l-viċinanza tal-klijenti mal-portijiet tal-konsenja. Kienu mqabbla ma' medji kkonsidrati tal-prezzijiet dikjarati tl-produtturi mill-Komunità f'livell tal-Komunità għaż-żewġ gradi msemmija ta' potaxx.

(62) Hekk kien stabbilit li l-prezzijiet ta' l-ICP kienu aktar baxxi minn dawk ta' l-industrija tal-Komunità l-b'medja ta' aktar minn 10 %. Aktar speċifikament, il-prezzijiet tal-potaxx ta' oriġini Russa kiena aktar baxxi b'madwar 20 % u ta' oriġini Belorussa b'5 %.

6.3. SITWAZZJONI EKONOMIKA TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(63) Wieħed għandu jinnota li l-previżjonijiet mogħtija mill-industrija tal-Komunità għall-1999 u l-2000 kienu bbażati fuq is-supposizzjoni li l-miżuri jinżammu.

6.3.1. Produzzjoni

(64) Il-produzzjoni tal-potaxx fil-Komunità naqset matul il-perjodu kkonsidrat bl-eċċezzjoni ta' l-1996 meta seħħet żieda żgħira. Il-produzzjoni naqset minn madwar 7779000 tunnellata sa madwar 7026000 tunnellata għar-raġunijeit li ġejjin: (1) l-eżawriment gradwali tal-minerali fil-minjiera Franċiża; (2) l-għeluq ta' xi minjieri bla qligħ fil-Ġermanja u fi Spanja; u (3) anomaliji ġeografiċI fil-minjiera ta' produttur wieħed mill-Komunità fl-1997 u matul il-IP. Għall-1999 u l-2000, l-industrija tal-Komunità bassret żieda fil-produzzjoni li tilħaq il-livell ta' l-1997 fl-2000.

Figuri għall-produzzjoni ta' potaxx fil-Komunità kienu kif ġejjin:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità.

(f'elf tunnellata metrika) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Produzzjoni | 7779 | 7428 | 7541 | 7368 | 7026 |

6.3.2. Ammont tal-produzzjoni

(65) L-ammont tal-produzzjoni li tiflaħ l-industrija tal-Komunità naqas minn madwar 10000000 tunnellatafl-1994 sa madwar 9300000 tunnellata fil-IP. Fl-1996 biss kien hemm żieda żgħira fl-ammont ta' kemm tiflaħ il-produzzjoni imqabbel mas-sena preċedenti. Fl-1999 u fl-2000 l-indusrija fil-Komunità hija mistennija li tnaqqas l-ammont tagħha aktar aktar sa livell ta' madwar 8500000 tunnellata fl-2000 minħabba l-eżawriment radwali tal-mineral fil-minjiera Franċiża.

Figuri għall-produzzjoni totali ta' potaxx kienu kif ġej:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità.

(f'elf tunnellata metrika) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Ammont: | 9996 | 9414 | 9472 | 9403 | 9293 |

6.3.3. Kemm ġie utilizzat l-ammont

(66) L-utilizzazzjoni ta' l-ammont ta' l-industrija tal-Komunità żdiedet mill-1994 sa l-1996 iżda bdiet tonqos fl-1997, primarjament minħabba li l-produttur Franċiż ma kienx jista' aktar jipproduċi potaxx sa l-ogħla ammont ta' l-ipproċessar tal-minerali bil-magna bħala riżultat tar-riżorsi tal-minerali li qed jonqsu. Madankollu, għall-1999 u l-2000 l-industrija tal-Komunità tistenna li ttejjeb ir-rata ta' l-ammont li tutilizza sa livell ta' 36 % fis-sena 2000 flimkien mat-tħassir ta' l-ammont fi Franza.

Partikolarment, l-ammont ta' potaxx li tutilizza l-industrija fil-Komunità żviluppat kif ġej:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità.

(%) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Kemm ġie utilizzat l-ammont | 77,8 | 78,9 | 79,6 | 78,4 | 75,6 |

6.3.4. Volum ta' bejgħ

Il-volum tal-bejgħ ta' l-industrija mill-Komunità ta' potaxx magħmul minnha stess lil kliejenti mhux relatati minn madwar 5530000 tunnellata fl-1994 sa madwar 5260000 tunnellata matul lil-IP. Il-volum tal-bejgħ żdied konsiderevolment bejn l-1996 u l-1997, iżda reġa' naqas matul il-IP. Madankollu, sa tmiem l-2000 il-Komunità hija mistennija li tagħmel żieda fil-volum tal-bejgħ tagħha sal-livell ta' l-1997. Partikolarment, il-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Komunità mqiegħda fis-suq tal-Komunità żviluppa kif ġej:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità.

(f'elf tunnellata metrika) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità. | 5530 | 5452 | 5415 | 5750 | 5261 |

6.3.5. Sehem mis-suq

(67) Sehem is-suq ta' l-industrija tal-Komunità lnaqas minn 74,1 % fl-1994 sa 72,2 % fil-IP: tnaqqis ta' madwar 2 punti ta' perċentwal. Matul danil-perjodu s-sehem tagħha mis-suq żdied sa l-1996, li wara beda jonqos biex laħad il-livell tal-IP.

Speċifikament, sehem ta' l-industrija tal-Komunità mis-suq żviluppa kif ġej:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju mill-industrija tal-Komunità, Eurostat, l-Uffiċċji ta' l-Istatistika Nazzjonali fil-Finlandja, id-Danimarka u l-Belġju.

(%) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Sehem l-industrija tal-Komunità mis-suq | 74,1 | 74,3 | 76,4 | 75,6 | 72,2 |

6.3.6. Żvilupp tal-prezzijiet

(68) L-investigazzjoni wriet li l-prezz medju ta' kemm jinbiegħ mill-porduttur tal-Komunità tal-grad ta' war li jinbiegħ il-potaxx normali (40 % < K2O < = 62 %) għola minn 90,1 ECU/tunnellata fl-1994 sa 104,2 ECU/tunnellata metrika fil-IP. Danjammonta għal żieda ta' 15,6 %. Madankollu, il-prezzijiet tal-potaxx bil-K2O > 62 % waqgħu minn 137,7 ECU/tunnellata metrika fil-1994 sa 122,0 ECU/tunnellata metrika fil-IP. Dan jammonta għal 11,4 %. It-tnaqqis fil-prezzijiet jikkoinċidi ma' żieda sinifikanti fil-volum ta' bejgħ għall-grad mill-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkonsidrat. Ordnijiet akbar ġabu ekonomiji ta' skala u għalhekk klijenti bbenefikaw minn medja aktar baxxa fil-prezzijiet.

(69) Waqt li kien hemm tendenza ġenerali ‘l fuq fil-prezzijiet tal-bejgħ ta' potaxx normali bi 40 % < K2O < = 62 % bejn l-1994 u l-IP, il-prezzijiet temporanjament waqgħu fl-1997 u mbagħad żdiedu b'7,9 % fil-IP. Għall-1999 u l-2000 l-industrija tal-Komunità temmen li t-tendenza pożittiva fil-bejgħ għall-potaxx b'40 % < K2O < = 62 % se tkompli u li se jkun hemm tnaqqis żgħir fil-prezz għall-potaxx b'K2O > 62 %.

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' l-industrija tal-potaxx tal-Komunità fis-suq tal-Komunità żviluppa kif ġej:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità.

(f ‘ECU/tunnellata metrika) |

Medja tal-prezz tal-bejgħ | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Potaxx normali bi 40 % < K2O = 62 % | 90,1 | 96,8 | 101,6 | 96,6 | 104,2 |

Potaxx normali bi K2O > 62 % | 137,7 | 138,7 | 134,8 | 123,2 | 122,0 |

6.3.7. Profittabilità

(70) Għall-fini ta' l-analiżi ta' profitabbilità ta' l-industrija tal-Komunità u billi jaġixxu fuq prattika stabbilita, id-dħul mill-bejgħ ta' ċerti prodotti provenjenti mill-produzzjoni tal-potaxx kienu wkoll ikkonsidrati. Wieħed għandu jiftakar ukoll li l-produttur Franċiż, SCPA, kien eskluż mill-istima ta' l-investimenti fl-industrija tal-Komunità għar-raġunijiet stipulati fil-premessa 49.

(71) Il-profittabilità ta' l-industrija mill-Komunità, murija bħala perċentwal tal-bejgħ nett, żdiedet matul il-perjodu kkonsidrat mill-medja tal-telf ikkonsidrat ta' 1,0 % fl-1994 għal qligħ ta' 3,3 % fil-IP. Wieħed għandu jinnota illi l-profittabilità tjiebet kontinwament bl-eċċezzjoni ta' l-1997 meta l-profitt niżlu qrib iz-zero. Matul l-1999 u l-2000 il-livell ta' qligħ fl-industrija tal-Komunità huwa mistenni li jkompli ma jwassalx li jagħmel profit, li huwa kkonsidrat normali għal negozju b'ħafna riskju bħal ma hu l-potaxx.

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità.

(%) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Rata ta' profitt | –1,0 | –0,5 | 1,5 | 0,1 | 3,3 |

6.3.8. Impiegi

(72) L-impiegi fl-industrija tal-Komunità naqsu minn

8460

impjegat fl-1994 sa

6936

impjegat fil-IP, tnaqqis ta' 13,0 %. In-numru ta' impjegati huwa previst li jonqos anke aktar matul l-1999 u l-2000 minħabba l-għeluq previst tal-minjiera Franċiża. Is-sitwazzjni ta' l-impiegi fl-industrija tal-Komunità żviluppat kif ġej:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità.

Persunal impjegat fil-produzzjoni tal-potaxx | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Impjegati | 8460 | 7919 | 7296 | 7213 | 6936 |

6.3.9. Ħażniet

(73) Il-ħażniet ta' l-aħħar tal-produtturi tal-potaxx tal-Komunità naqsu minn 560000 tunnellata fl-1994 sa 469000 tunnellata matul il-IP, ekwivalenti għal tnaqqis ta' 16 %. Il-ħażniet ta' l-ħażniet żdiedu kontinwament mill-1994 sa l-1996, Iżda naqsu b'mod sinifikanti fl-1997 biex reġgħu żdiedu b'mod moderat matul l-IP.

Il-ħażniet ta' l-aħħar tal-potaxx fl-industrija tal-Komunità żviluppaw kif ġej:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità.

(f'elf tunnellata metrika) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Ħażniet ta' l-aħħar | 560 | 614 | 903 | 415 | 469 |

6.3.10. Investimenti

(74) L-investimenti totali fl-industrija tal-Komunità naqsu b'madwar ECU 87,7 miljin fl-1994 għal madwar ECU 52,9 miljun fil-IP, nuqqas ta' madwar 40 %. Bejn l-1994 u l-1995 l-investimenti żdiedu minħabba proċess ta' modernizzar tal-minjieri ta' produttur wieħed prinċipali mill-Komunità. Fl-1999 u l-2000 l-industrija tal-Komunità tippjana li terġa' tibda tinvesti aktar u l-livell previst ta' investimenti fl-2000 jista' jeċċedi l-figura ta' l-1996. Wieħed għandu jiftakar ukoll li l-produttur Franċiż, SCPA, kien eskluż mill-istima ta' l-investimenti fl-industrija tal-Komunità għar-raġunijiet stipulati fil-premessa 49. L-investimenti ta' l-industrija tal-Komunità żviluppaw kif ġej:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità.

(f'elf ECU) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Investimenti | 87722 | 113809 | 84201 | 63908 | 52882 |

6.4. VOLUMI TA' IMPORTAZZJONI U PREZZIJIET TA' IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI OĦRA

(75) Il-volum ta' importazzjoni ta' potaxx minn pajjiżi terzi oħra żdied matul il-perjodu kkonsidrat minn madwar

1348000

tunnellata metrika sa l-1994 sa madwar

1566000

tunnellata metrika fil-IP. Dan huwa ekwivalenti għal żieda ta' madwar 16,2 %. Wieħed jista' jattribwixxi l-parti l-kbira taż-żieda għall-importazzjoni mill-Iżrael.

Sors:

Eurostat.

(f'elf tunnellata metrika) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Importazzjonijiet oħra minn pajjiżi terzi oħra | 1348 | 1552 | 1495 | 1555 | 1566 |

(76) Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kiber minn 17,9 % fl-1994 sa 21,0 % fl-1995 u 21,4 % sat-tmiem tal-IP.

(77) Il-prezz medju tal-bejgħ għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ġie inkluż biex juri t-tendenda tal-prezzijiet matul il-perjodu kkonsidrat. Skond il-Eurostat, il-prezz medju tal-bejgħ għaldawn l-importazzjonijiet żdied b'mod konsistenti minn 112,3 ECU/tunnellata fil-IP. Dan jikkorrispondi għal 16,4 % fil-perjodu kkonsidrat.

Fid-dettall, l-Iżvilupp kien kif ġej:

Sors:

Eurostat.

(f'ECU/tunnellata metrika) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Importazzjonijiet oħra minn pajjiżi terzi oħra | 96,5 | 101,8 | 104,3 | 120,5 | 112,3 |

6.5. ATTIVITÀ FL-ESPORTAZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(78) Fl-isfond tal-fatt illi l-produzzjoni stipulata fil-punt 6.3.1 hija destinata bħal bejgħ li jsir sew ġewwa kif ukoll barra l-Komunità, l-esportazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tal-potaxx f'pajjiżi terzi kienet analizzata ukoll. Dan l-analiżi write li l-esportazzjonijiet ammontaw għal 2314000 tunnellata metrika fl-1994 komparati ma' l-1658000 tunnellata metrika fil-IP. Dawn l-esprotazzjonijiet kellhom tendenza li jinżlu bl-eċċezzjoni ta' l-1997 meta l-esportazzjonijiet meta mqabbla mas-sena ta' qabel.. It-tnaqqis ġenerali fl-esportazzjonijiet għal 28,3 % fil-perjodu kkonsidrat. Fl-1999 u fl-2000 l-industrija tal-Komunità tistenna li tesporta xi ftit anqas mill-IP. Din it-tendenza ‘l isfel x'aktarx tista' tiġI mfissra bil-fatt illi, bħal ma ġie spjegat fil-punt 7.3, il-pajjiżi konċernati żiedu b'mod sinifikanti l-isforzi tal-marketing tagħhom fi swieq barranin oħra barra minn tal-Komunità wara li l-miżuri kontra bejgħ bit-telf li jikkonċerna l-importazzjoni ta' potaxx li joriġina fil-pajjiżi konċernati daħlu fis-seħħ fil-Komunità. Konfrontrati b'kompetizzjoni ħarxa tal-prezzijiet, l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tikkonsenja l-istess kwantitajiet ta' potaxx fis-swieq ta' pajjiżi terzi bħal qabel.

Fid-dettall, l-iżvilupp matul il-perjodu kkonsidrat kien kif ġej:

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-industrija tal-Komunità.

(f'elf tunnellata metrika) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Volumi ta' bejgħ fl-esportazzjoni fl-industrija tal-Komunità. | 2314 | 1815 | 1671 | 1947 | 1658 |

6.6. KONKLUŻJONI

(79) L-evoluzzjoni tad-diversi indikaturi ekonomiċi ta' l-industrija tal-Komunità matu il-perjodu kkonsidrat kienu mħallta. Wara l-imposizzjoni tal-miżuri konġunti (dazju stabbilit u prezz minimu) fl-1994, is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tjiebet. Il-fatturi ekonomiċi bħal prezzijiet medji tal-bejgħ kull tunnellata għal grad l-aktar li jinbiegħ, volum ta' ħażniet u profittabilita wrew żvilupp pożittiv.

(80) Fil-fatt, il-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ għall-potaxx ta' grad normali b'40 % < K2O < = 62 % tela' għal 15,6 % matul il-prjodu kkonsidrat. It-tieni, il-volum tal-ħażniet naqas mill-1996: indikazzjoni ta' domanda li qed titjieb fis-suq. It-tielet, wara sentejn ta' telf, il-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità reġa' ġie bil-qligħ sa mill-1996. Huwa ċar li dan hu minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ, li għamluha possibbli bl-introduzzjoni ta' aktar miżuri effettivi kontra l-bejgħ bit-telf fl-1994.

(81) Minkejja dan, l-analiżi turi wkoll li dawn l-iżviluppi pożittivi ma jkoprux l-indikaturi kollha u li, b'mod partikolari mill-1996 ‘il quddiem, kien hemm tendenza ‘l isfel. B'mod speċifiku, il-volum ta' produzzjoni, l-ammont, kemm jiġi utilizzat mill-ammont, sehem mis-suq, volum ta' bejgħ, impiegi u investimenti ma żviluppawx b'mod favorevoli.

(82) Il-volum tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità naqas b'4,9 % matul il-perjodu kkonsdirat. Il-volum ta' prduzzjoni u ammont naqsu b9,7 % u 7,0 % rispettivament, li jwasslu għal tnaqqis ta' perċentwal ta' 2,2 punti f'kemm jiġi utilizzat mill-ammont. B'żieda ma' dan, l-investimenti ta' l-industrija fil-Komunità naqsu għal 39,7 % fl-istess ħin li kellha tnaqqas l-għadd ta' ħaddiema tagħha bi 18,0 %.

(83) Kif imsemmi qabel, il-konsum tal-potaxx mill-Komunità naqas b'madwar 2,3 %, biex laħaq l-aktar livell baxx fl-1996. L-industrija fil-Komunità tilfet 1,9 % mis-suq tal-Komunità; il-pajjiżi konċernati tilfu 2,4 %, waqt li pajjiżi terzi, b'mod notevoli l-Iżrael, rebaħ 3,4 %. Sa mill-1996, madankollu, l-industrija tal-Komunità tilfet aktar minn 4 % tas-suq tal-Komunità; il-pajjiżi konċernati rebħu 3,5 % waqt li pajjiżi terzi oħra is-sehem baqa' prattikament ma nbidilx. Wieħed jista' jikkonkludi, għalhekk, li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kellhomx ompatt sinifikanti fis-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tal-Komunità bejn l-1996 u tmiem il-IP.

(84) Il-medja tal-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità u tal-pajjiżi konċernati żdiedet b'majiera simili (b'eċċezzjoni għal potaxx normali b'K2O > 62 %) kif muri fil-premessi 57 u 69. L-istess japplika għall-pajjiżi terzi oħra. Madankollu, il-prezzijiet mill-pajjiżi konċernati komplew biex ikunu l-anqas, speċjalment għall-potaxx ta' orġini Russa, waqt li influwenzaw b'mod negattiv il-volumi ta' bejgħ, sehem mis-suq u profitabbilita ta' l-industrija tal-Komunità, minkejja l-importazzjonijie tristretti li joriġinaw mit-tliet pajjiżi msemmija.

(85) Finalment, l-impatt dejjem jonqos tal-bejgħ minn esprotazzjoni kien ikkonsidrat. Il-bejgħ mill-esportazzjoni, li rrappreżenta 24 % tal-bejgħ totali mill-industrija tal-Komunità matul il-IP, kien naqas bi 28,3 % matul il-perjodu kkonsidrat minħabba kompetizzjoni ħarxa fis-swieq ta' pajjiżi terzi. Għalkemm dan l-Iżvilupp jista' jispjega parti mill-Iżvilupp negattiv tal-produzzjoni mill-industrija tal-Komunità b'mod partikolari, mhuwiex biżżejjed biex jispjega din it-tendenza ġenerali negattiva.

Bħala konklużjoni, l-investigazzjoni stabbilit li, għalkemm is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tjiebet b'xi mod, diversi fatturi ekonomiċi ma żviluppawx tant favorevolment u li l-industrija tal-Komunità tkompli tkun suxxettibbli għal rikorrenza li tista' ssir ta' bejgħ bit-telf li jagħmel il-ħsara jekk il-miżuri jitħallew iċedu.

7. POSSIBILTA TA' RIKORRENZA TA' ĦSARA

7.1. SWIEQ LOKALI FIL-PAJJIŻI KONĊERNATI

(86) Il-pajjiżi konċernati jippossjedu riservi kbar ta' materja prima ta' potaxx. Iżda l-konsum domestiku tal-potaxx tal-Belaus u r-Russja waqa' fl-ewwel nofs tas-snin disgħin u baqa' f'livell baxx matul il-perjodu kkonsidrat. Il-bejgħ lokali f'dawn Iż-żewġ pajjiżi żdied b'madwar 6 % fil-IP imqabbel ma' l-1994. Huma xorta rrapreżentaw anqas minn kwart tal-produzzjoni relatata tal-potaxx. Ma hemmx raġuni biex wieħed jemmen illi d-domanda fis-suq lokali kienet żviluppat b'mod differenti fl-Ukrajna.

7.2. ESPORTAZZJONIJIET SKOND IS-SISTEMA TAL-IPR

(87) Analiżi talprezzijiet tal-bejgħ għall-importazzjonijiet skond is-sistema ta' l-IPR saret sabiex teżamina b'liema prezzijiet segħu jsiru l-importazzjonijiet fil-każ li miżuri kontra l-begħ bit-telf jitħallew iċedu. Kif wieħed jista' jara fil-premessa 62, il-prezzijiet ta' l-IPC's fil-Komunità, ikkwotati kważi esklussivament skond is-sistema ta' l-IPR, naqqsu l-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità b'mod sinifikanti b'medja ta' aktar minn 10 %.

7.3. ESPORTAZZJONIJIET LILL-PAJJIŻI TERZI MILL-PAJJIŻI KONĊERNATI

(88) L-Iżvilupp ta' esprotazzjonijiet tal-pajjiżi konċernati lill-Komunità u tas-sehem tagħhom tas-suq tal-Komunità huwa deskritt fil-punt 6.2

(89) L-iżvilupp tal-volumi ta' esportazzjoni tal-Belarus u r-Russja lil swieq prinċipali eskluża l-Komunità kien analizzat ukoll buq il-bażi tat-tweġiba tal-kwestjonarju u s-sottomissjoni ta' wara tal-IPC. Il-produzzjoni ta' l-Ukrajna ma tinbiegħx permezz ta' l-IPC u l-ebda informazzjoni dwar bejgħ ta' esprotazzjni mill-Ukrajna ma saret disponibbli għar-raġuni illi:-produtturi li jesportaw mill-Ukrajna ma kkoperawx fl-investigazzjoni. Matul il-IP is-suq prinċipali ta' esportazzjoni tal-Belarus u r-Russja kien Iċ-Ċina, fejn l-importazzjonijiet żdiedu b'madwar 37 % matul il-perjodu kkonsidrat. It-tieni l-akbar suq kien il-Brażil, li fil-IP importa madwar 34 tunnellata aktar fl-1994 ta' potaxx mill-Belarus u r-Russja. L-Istati Uniti ta' l-Amerika u n-Norveġja kienu t-tielet u r-raba' suq b'żidiet impressjonanti fil-volumi ta' importazzjoni, kif wieħed jista' jara fit-tabella ta' hawn taħt. Il-Ġappun u swieq oħra Iżgħar fit-total naqsu ftit l-importazzjonijiet tagħhom miż-żewġ pajjiżi matul il-perjodu konċernat.

(90) In-Norveġja, li għandha interess ta' utent sinifikanti iżda bla produtturi ta' potaxx, ma importat ftit li xejn kwantitajiet mill-Belarus u r-Russja fl-1994. La darba l-miżuri kontra bejgħ bit-telf effettivi, konġunti kontra l-potaxx mill-pajjiżi konċernati kienu imposti mill-Komunità, l-esportazzjonijiet ta' Belarus u r-Russja ġew devjati lejn in-Norveġja sal-punt illi s-sehem tas-suq tal-pajjiżi konċernati fin-Norveġja laħaq il-71,3 % [10] fil-IP u l-volumi tal-bejgħ ta' Belarus u r-Russja f'dan il-pajjiż qabeż il-bejgħ totali lejn Komunità sa mill-1995 [11].

(91) It-tabella ta' hawn taħt, bl-indiċi għal raġunijiet ta' kunfidenzalita, turi fid-dettall l-iżvilupp għall-bejgħ mill-esportazzjoni ta' Belarus u r-Russja lil swieq eskluża l-Komunità matul il-perjodu konċernat.

Sors:

Tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-ICP

(Indiċi) |

Esportazzjoni lill-pajjiżi konċernati lil swieq eskluża il-Komunità | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

iċ-Ċina | 100 | 167 | 127 | 183 | 187 |

il-Brażil | 100 | 414 | 2535 | 4062 | 3438 |

l-USA | 100 | 104 | 103 | 157 | 157 |

in-Norveġja | 100 | 3833 | 5750 | 5383 | 4933 |

il-Ġappun | 100 | 94 | 78 | 79 | 84 |

Oħrajn | 100 | 74 | 74 | 90 | 96 |

Total | 100 | 130 | 137 | 188 | 186 |

(92) Sabiex wieħed ikun jista' jagħti stima ta' l-importanza ta' dawn l-esportazzjonijiet wieħed għandu jinnota li l-esportazzjonijiet ta' dawn il-pajjiżi konċernati għall-Komunità matul il-IP bejn wieħed u ieħor jikkorrispondu għall-esprotazzjonijiet tagħhom għan-Norveġja. B'żieda ma' dan, it-total ta' esprotazzjonijiet tal-pajjiżi konċeranti lil swieq ta' pajjiżi terżi eskluża l-Komunità bejn wieħed u ieħor jikkorrispondu għall-bejgħ totali ta' l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità.

(93) Paragun tal-prezzijiet tat-tipi kollha tal-potxx fuq bażi ta' konsenja juri li l-prezzijiet tal-bejgħ għan-Norveġja, il-Brażil u l-Ġappun matul il-IP kienu ta' l-ivell ogħla mill-prezziijiet għall-Komunità. Il-livell tal-prezzijiet fiċ-Ċina kien aktar baxx fi snin preċendenti Iżda laħaq il-livell tal-prezzijiet tal-Komunità matul il-IP. Il-prezzijiet ta' esprotazzjoni lill-Istati Uniti ta' l-Amerika baqgħu b'mod sistematiku aktar baxxi mill-prezzijiet għall-Komunità matul il-perjodu kkonsidrat.

7.4. PRODUZZJONI, AMMONT, KEMM L-AMMONT ĠIE UTILIZZAT, ĦAŻNIET U INVESTIMENTI

(94) Waslet informazzjoni rigward l-indikaturi ta' hawn fuq miż-żewġkumpanniji fir-Russja u minn waħda fil-Belarus. Billi l-kumpannii ta' l-Ukrajna ma kkoperawx l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli bl-eċċezzjoni għall-ammont (277000 tunnellata kull sena) ippubblikata f'rapport riċenti mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Industriji tal-Fertilizzanti.

(95) Kif wieħed jista' jara aktar ‘l isfel, l-ammont tal-produzzjoni fil-Belarusu r-Russja baqa' konsistenti matul il-perjodu kkonsidrat, li jammonta għal

19844000

tunnellata ta' potaxx, li huwa madwar 33 % ta' l-amont dinji u kważi tliet darbiet il-volum tal-Konsum tal-Komunità.

Sors:

Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ l-Industriji għall-Fertilizzanti.

(f'elf tunnellata) |

Ammont tal-produzzjoni | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Il-Belarus | 9077 | 9077 | 9077 | 9077 | 9077 |

Ir-Russja | 10767 | 10767 | 10767 | 10767 | 10767 |

Total | 19844 | 19844 | 19844 | 19844 | 19844 |

(96) Il-Belarus u r-Russja rnexxielhom iżidu l-produzzjoni tagħhom b'39 % matul il-perjodu kkonsidrat. Fit-tabella ta' hawn taħt (indiċjata minħabba raġunijiet ta' kunfidenzalita) turi l-volumi ta' produzzjoni żdiedu relattivament b'mod konsistenti b'korrezzjoni żgħira ‘l isfel biss fl-1996.

Sors:

Tweġiba tal-kwestjonarju tal-IPC.

(Indiċi) |

Produzzjoni attwali | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Il-Belarus | 100 | 111 | 108 | 129 | 138 |

ir-Russja | 100 | 113 | 106 | 137 | 140 |

Total | 100 | 112 | 107 | 133 | 139 |

(97) Flimkien mal-produzzjoni li qed tiżdied, l-ammont ta' kemm il-produtturi jutilizzaw fil-Belarus u r-Russja tjieb iżda xorta jibqa' f'livell eċċezzjonalment baxx li jħalli ammont konsiderevoli ta' ammont mhux użat. It-tabella ta' hawn taħt (indiċjata minħabba raġunijiet ta' kunfidenzalita) turi li r-rata ta' jemm ġie utilizzat l-ammont mill-produtturi tjieb bi 38 % matul il-perjodu kkonsidrat.

Sors:

Tweġiba tal-kwestjonarju ta' l-IPC.

(Indiċi) |

Kemm ġie utilizzat l-ammont | | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Il-Belarus | 100 | 111 | 109 | 130 | 137 |

ir-Russja | 100 | 116 | 108 | 139 | 142 |

Total | 100 | 112 | 107 | 133 | 138 |

(98) Ma ġiet stabbilita l-ebda tendenza għall-ħażniet. B'mod ġenerali l-livelli tal-ħażniet varjaw b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkonsidrat. Il-ħażniet tat-tliet produtturi kienu relattivament f'livell baxx fit-tmiem tal-IP.

(99) L-investimenti mill-Belarus u r-Russja fil-minjiri u l-fabbirki tagħhom tal-potaxx żdiedu b'madwar 172 % matul il-perjodu kkonsidrat. It-tendenza ta' tkabbir kienet interrotta darba fl-1996 meta l-livell ta' investimenti niżel, Iżda s-sena ta' wara l-investimenti reġgħu laħqu livell 3,5 darbiet ogħla mill-1996. La darba l-ammont ma żdiedx, huwa possibbli li l-investiment intuża biex jimmodernizza l-faċilitajiet tl-produzzjoni eżistenti.

7.5. KONKLUŻJONI DWAR IL-POSSIBILTA TA' RIPETIZZJONI TA' BEJGĦ F'PAJJIŻ IEĦOR TAĦT IL-PREZZ LI JAGĦMEL IL-ĦSARA

(100) L-informazzjoni disponibli wriet li, għalkemm il-Belarus u r-Russja rnexxielhom li jiddevjaw parti mill-bejgħ tagħhom mis-suq tal-Komunità lejn swieq oħra bħaċ-Ċina u l-Brażil u li jiksbu prezzijiet relattivament favorevoli f'uħud minn dawn is-swieq, l-ammont tal-produzzjoni u r-rati ta' kemm jiġi utilizzat mill-produtturi tal-Belarus u r-Russja komplew ikunu baxxi b'mod eċċezzjonali.

(101) Il-konsum domestiku huma mnaqqas b'mod sinifikanti u bidla f'din is-sitwazzjoni mhijiex mistennija fil-futur previst. B'żieda ma' dan, qligħ possibbli fis-suq tal-Komunità huwa ħafna aktar attraenti minn dak li jista'jinkiseb fis-suq lokali. Dawn l-elementi jindikaw li l-prezzijiet ta' esportazzjoni Belorussa u Russa jistgħu jkunu ħafna aktar baxxi milli kienu fil-IP u jerġa' aktar attraenti mill-esportaturi konċernati.

(102) Is-swieq alternettivi f'pajjiżi ‘l bogħod dejjem iħallu qligħ anqas mis-suq tal-Komunità, li, minħabba li huwa fil-qrib, huwa effiċjenti rigward l-ispejjeż biex jintlaħaq bil-bastiment jew bit-tren. B'żieda ma' dan, klijenti fil-Komunità tradizzjonalment Iħallsu għall-merkanzija fi flus u f-termini ta' ħlas iqsar. Wieħed għandu jinnota li għalkemm il-livell tal-prezz f'xi swieq, bħall-Brażil, huwa ogħla mill-Komunità, l-ispejjeż tal-ġarr mill-pajjiżi konċernati għal dawk id-destinazzjonijiet huma ħafna ogħla minn dawk għall-Komunità. Bejgħ għas-suq tal-Komunità jerġa' huwa aktar attraenti meta mqabbel mal-bejgħ lill-Istati Uniti ta' l-Amerika u liċ-Ċina, li, fuq bażi ta' konsenja, irendi prezzijiet aktar baxxi minn dawk lejn il-Komunità. In-Norveġja sservi bħala eżempju ta' pajjiż ta' l-Ewropa tal-Punent li jinsab fil-qrib tal-pajjiżi konċernati u li għandha d-dazji fuq potaxx importat. In-Norveġja issa tinsab kważi dominata kompletament b'importazzjoni mill-pajjiżi konċernati. Dawn l-importazzjonijiet iseħħu bi prezz x'aktar ogħla mill-importazzjonijiet skond is-sistema ta' l-IPR fil-Komunità Iżda xorta anqas minn dawk tal-produtturi tal-Komunità.

(103) Għalhekk, ir-riservi kbar ta' materja prima, l-utilizzazzjoni ta' ammont baxx, is-sitwazzjoni lokali żvantaġġuża f'termini ta' konsum, il-prez ogħla tal-ġarr għal swieq alternattivi, il-ħtieġa għall-flus u s-sitwazzjoni preżenti tas-suq fin-Norveġja juru li l-potenzal ta' esprotazzjoni għall-pajjiżi konċernati għall-Komunità bi prezzijiet baxxi huwa ogħli ħafna u li, fl-assenza ta' miżuri, hemm il-possibbilta li jerġa' jseħħ bejgħ bit-telf li jagħmel il-ħsara.

(104) Fejn tikkonċerna lill-Ukrajna l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli għar-raġuni li dak il-pajjiż ma kkoperax. Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-fatti disponibbli kellhom jintużaw f'dawn iċ-ċirkustanzi. F'dan ir-rigward instab li l-industrija tal-otaxx ta' l-Ukrajna għandha rabtiet ekonomiċi mill-qrib ma' l-industrija Belorussa u Russa. Ġie ppruvat li fil-punt 4.4. hemm il-possibbilita li jerġa' jseħħ bejgħ bit-telf f'volumi sinifikanti. M'hemm l-ebda dubju li dawn l-importazzjonijiet, li jkunu f'kompetizzjoni diretta ma dawk mill-Belarus u r-Russja, ikollhom impatt ta' ħsara fuq l-industrija tal-Komunità. Wieħed jikkonkludi għalhekk illi, rigward l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukrajna, hemm possibiltà li jerġa' jseħħ bejgħ bit-telf li jkun ta' ħsara jekk il-miżuri jċedu.

(105) Wieħed għalhekk jikkonkludi li, fl-assenza ta' miżuri, hemm possibilta li jerġa' jseħħ bejgħ taħt il-prezz li jkun ta' ħsara u li l-miżuri kontra l-begħ taħt il-prezz għandu għalhekk ikun ristrett.

8 . L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

8.1. INTRODUZZJONI

(106) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk prolongament tal-miżuri kontral l-bejgħ eżistenti jmurx kontra l-interess tal-Komunità in ġenerali. L-interess tal-Komunità kien stabbilit billi ġie bbażat fuq evalwazzjoni ta' l-interssi diversi kollha, bħal dawk ta' l-industrija tal-Komunità, l-importaturi u l-utenti tal-prodott konċernat. Sabiex jiġi evalwat l-impatt li jista' jkun henn mill-kontinwazzjoni tal-miżuri, intalbet informazzjoni mill-artijiet interessati kollha msemmija qabel.

(107) Wieħed għandu jiftakar li, f'investigazzjonijiet preċedenti, l-adozzjoni u l-manutenzjoni tal-miżuri kienet ikkonsidrata li mhijiet kontra l-interess tal-Komunità. B'żieda ma' dan, wieħed għandu jinnota li l-investigazzjoni preżenti hija evalwazzjoni, hekk li tanalizza sitwazzjoni li fiha miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz diġà kienu fis-seħħ. Konsegwentement, Iż-żmien u n-natura ta' l-investigazzjoni preżenti tippermetti l-evalwazzjoni ta' kull impatt negattiv u mhux adattat tal-miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz imposti fuq il-partijiet konċernati.

(108) Intbagħtu kwestjonarji lil 17 importatur/utent, li minnhom wieġbu seba' importaturi/utenti mhux relatati u tejn relatati. L-importaturi u utenti rċivew l-istess kwestjonarju billi ħafna minnhom jaġixxu f'żewġ rwoli. B'żieda ma' dan, inbagħtu kwestjonarji lil tliet organizzazzjonijiet importaturi/utenti: L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Importazzjoni ta' Fertilizzanti (AEIF), l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' Manifatturi ta' Fertilizzanti (EFMA) u COPA/Cosega. Madankollu, l-AEIF biss wieġbet il-kwestjonarju.

(109) Fuq din il-bażi kien eżaminat jekk, minkejja dak li nstab fuq bejgħ taħt il-prezz, ħsara u kontinwazzjoni jew li jerġa' jseħħ bejgħ taħt il-prezz, kienx hemm raġunijiet qawwija li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex l-interess tal-Komunità biex jitkomplew il-miżuri f'dan il-każ partikolari.

8.2. INTERESSI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(110) Kif stipulat hawn fuq, wieħed jikkonsidra illi, jekk il-miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet tal-bejgħ taħt il-prezz destinati biex jiċċirkolaw liberament fis-suq tal-Komunità possibilment jistgħu jerġgħu jseħħu u li s-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità terġa' tibda tiddeterjora mill-qagħda ta' profitt moderat preżenti tagħha.

(111) Dan iġib miegħu tnaqqis drastiku fl-għadd ta' impjegati flimkien mat-tnaqqis li jseħħ bħala riżultat ta' l-għeluq ‘il quddiem tal-produttur tal-Komunità Franċiża.

(112) B'żieda ma' dan, għalkemm il-produzzjoni tal-potaxx fi Franza tieqaf, l-isforzi ta' ristrutturar li għaddejjin u l-pjani juru li l-industrija tal-Komunità għadha mhijiex lesta biex titlaq dan is-settur ta' produzzjoni. Li jkomplu bil-miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz huwa għalhekk ta' interess primarju għall-industrija tal-Komunità.

8.3. INTERESSI TA' L-IMPORTATURI/NEGOZJANTI

(113) Tnejn minn seba' kumpanniji li wieġbu għall-kwestjonarju ta' l-importaturi/utenti jinnegozjaw biss il-prodott. Il-ħames li fadal huma wkoll utenti tiegħu. L-argumenti prinċipali mill-posizzjoni tan-negozjanti ngħataw fit-tweġiba mill-kwestjonarju ta' l-AEIF.

(114) L-importaturi tal-potaxx huma kontra t-tkomplija tal-miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz. Huma jargumentaw li l-arranġament tad-dazju stabbilit u l-anqas prezz kompletament eskludew lill-produtturi tal-pajjiżi konċernati mis-suq tal-Komunità, hekk li jnaqqas il-kompetizzjoni fil-Komunità għall-anqas livell. Bħala riżultat, huma affermaw, il-prezz tal-potaxx fis-suq tal-Komunità ġie artifiċjalment għoli u d-disponibiltà ta' potaxx importat hija diffiċli speċjalment għan-negozjanti żgħar.

(115) Waqt li huwa veru li, apparti milli l-importazzjonijiet skond is-sistema ta' l-IPR, potaxx mill-pajjiżi konċernati prattikament ġie eskluż mis-suq tal-Komunità, importazzjonijiet mill-Kanada, l-Iżrael, il-Ġordan u minn ftit pajjiżi iżgħar li jesprotaw, taw garanzija għall-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità. Ma nstabet l-ebda xhieda rappreżentattiva dwar id-disponibbiltà diffiċli li allegaw dwarha n-negozjanti ta' potaxx importat. F'kull każ il-miżuri proposti jieħdu forma differenti minn dawk preżentement evalwati u saru bl-iskop li jżidu d-disponibbiltà fis-suq tal-Komunità għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati.

(116) Wieħed jikkonkludi li l-qligħ ta' dawk l-importaturi li huma purament negozjanti tal-potaxx ma ntlaqatx b'mod negattiv mill-imposizzjoni tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf. Huwa possibbli wkoll li tkomplija tal-miżuri f'forma differenti tkun twassal għal deterjorament futura fil-qligħ tagħhom.

8.4. INTERESSI TA' L-UTENTI

(117) L-utenti diretti tal-potaxx bħala fertilizzant (bdiewa) ma wrewx il-posizzjoni tagħhom, għalkemm l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi rċivewh il-kwesjonarju. Għalhekk, wieħed għandu jikkonkludi li t-tkomplija tad-dizji kontra l-bejgħ taħt il-prezz ma tagħmilx differenza kbira għall-bdiewa.

(118) Il-ħames utenti li ma weġbux għall-kwestjoanrju huma kollha produtturi ta' fertilizzanti li jixtru l-potaxx mill-industrija tal-Komunità u jimportawh ukoll minn pajjiżi terzi. Minn għadhom il-potxx huwa materja prima biex jimmanifatturaw fertilizzanti komposti li tipikament jikkonsistu fi tliet nutrijenti differenti: nitroġenu, fosfru u potassa (fertilizzanti NPK).

(119) Il-biċċa l-kbira ta' utenti, waqt li huma wkoll importaturi, saħqu bl-istess mod kontra t-tkomplija tal-miżuri kif imfisser aktar qabel fil-punt 3.3 "Interessi ta' importaturi/negozjanti". Madankollu, utent wieħed importanti ddikjara illi l-miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz ħolqu ċerta stabbilità fil-prezzijiet fis-suq tal-potaxx tal-Komunità, li kien ta' ġid għall-attività tiegħu.

(120) L-utenti ftit għandhom flessibilita rigward it-taħlita tal-prodott tagħhom kull meta jkun applikat dazju kontra l-bejgħ taħt il-prezz għal wieħed mill-komponenti tal-fertilizzanti. Billi l-produtturi tal-fertilizzanti li jikkompetu f'pajjiżi terzi ma jħallsux dazju fuq il-potaxx tagħhom, il-produtturi tal-fertilizzanti tal-Komunità jsostnu li ma jistgħux jikkompetu mal-prezzijiet tal-prodott finali offrut mill-kompetituri barranin tagħhom. Fis-suq ta' l-esportazzjoni s-sitwazzjoni hija kompeltament differenti: hemmhekk il-produtturi tal-fertilizzanti tal-Komunità jistgħu jkunu kompetittivi minħabba l-possibilta li jimportaw skond is-sistema ta' l-IPR.

(121) Bi tweġiba għad dawn l-allegazzjonijiet l-investigazzjoni wriet li l-potaxx jirrappreżenta madwar 15 % sa 30 % ta' l-ispiża totali tal-fertilizzant kompost. L-ispejjeż tal-prodott tal-fertilizzant żdiedu matul il-perjodu kkonsidrat mhux biss għaliex il-potaxx iżda għal diversi raġunijiet. Ġie stabbilit li l-livelli tal-prezzijiet ta' komponenti oħra ta' fertilizzanti, speċjalment in-nitroġenu, varjaw b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkonsidrat. F'eżempju partikolari, is-sehem tal-potaxx fiż-żieda tal-prezz totali tal-prodott finali kien ikkalkolat li jkun ta' 20 % matul il-perjodu kkonsidrat.

(122) Għalkemm wieħed ikollu jirrikonoxxi li s-sitwazzjoni ta' l-ispiża ta' l-utenti tal-potaxx fil-Komunità fis-suq tal-Komunità ddeterjorat minn meta ġew imposti l-miżuri, l-effett tal-prezzijiet tal-potaxx fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni totali tagħhom ftit hemm probabiltà li jipperikola l-eżistenza tagħhom. La darba l-miżuri ilhom iseħħu għal seba' snin issa, wieħed jista' jikkonkludi li l-kontinwazzjoni tagħhom ma timplikax aktar deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni ta' l-utenti.

8.5. KONSEGWENZI GĦALL-KOMPETIZZJONI FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

(123) Bħal ma ntqal qabel, il-miżuri fil-forma preżenti tagħhom prattikament eskludew il-potaxx mill-pajjiżi konċernati, apparti mill-importazzjonijiet skond is-sistema ta' l-IPR. Ukoll f'dan il-perjodu ta' żmien, wieħed għandu jiftakar li l-importaturi u l-utenti dejjem gawdew il-preżenza ta' għadd ta' kompetituri – ibbażi fil-Kuminità u pajjiżi terzi - fis-suq. Madankollu, tressqu l-argumenti li, minkejja din il-preżenza, il-forma ta' miżuri preżenti, b'mod partikolari l-element ta' l-anqas prezz, laqat lis-suq b'mod li fixkel il-kompetizzjoni. Filwaqt li l-ebda indikazzjoni rigward dan l-aspett ma kienet disponibbli mal-kors ta' l-investigazzjoni, instab li, permezz ta' l-imposizzjoni ta' miżuri fil-forma preżenti, sorsi prinċipali ta' provvista prattikament ġew esklużi mis-suq tal-Komunità. Wieħed jiftakar li din l-esklużjoni attwali ma kinitx l-iskop tal-miżuri flimkien (prezz minimu u dazju speċifiku), li l-iskop kien biss li jevadux u ma jnaqqsux id-dazji oriġinali.

8.6. KONKLUŻJONI FUQ L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(124) Wara li wieħed analizza d-diversi interessi involuti, huwa kkonsidrat li, mill-banda l-oħra, it-tkomplija tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf jista' jirriżulta fi prezz stabbli għall-potaxx fis-suq tal-Komunità, li jinkludi xi effetti negattivi fis-sitwazzjoni ekonomika ta' utenti tal-potaxx. Mill-banda l-oħra, li tħalli lill-industrija tal-Komunità mingħajr protezzjoni adekwata kontra importazzjonijiet ta' bejgħ taħt il-prezz probabbilment tikkanċella l-profittabilita diġa żgħira u twassal għal aktar problemi serji milli l-industrija għall-utent tista' possibilment issofri. Għalhekk, l-iżvantaġġ fil-prezz li jkun jiriżulta għall-utenti mit-tkomplija tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf jintrebaħ mill-benefiċċji lill-Komuita li jirriżultaw mill-prevenzjoni li jerġa' jseħħ bejgħ bit-telf li jġib il-ħsara.

(125) Madankollu, la darba l-forma preżenti tal-miżuri kontra l-bejgħ bit-telf kellha l-effett li prattikament teskludi importazzjonijiet tal-prodott konċernat, esklużi dawk maħsuba biex ikunu proċessati lokalment, u bħala konsegwenza li telimina sors sinifikanti tal-provvista fis-suq, wieħed jikkonkludi li ma hemmx raġunijiet li ma tistax tirrifjutahom kontra l-estensjoni tal-miżuri eżistentki kontra l-bejgħ taħt il-prezz, iżda li huwa fl-interess tal-Komunità li tibdel il-forma ta' miżuri kif spjegati aktar ‘l isfel.

9. MIŻURI DEFINITTIVI KONTRA L-BEJGĦ TAĦT IL-PREZZ

(126) Wieħed jislet l-argument minn dawn li ntqal qabel li, kif hemm provdut bl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (li jirregola t-talba għal evalwazzjoni ppreżentata mill-industrija tal-Komunità) u l-Artikolu 11(3) (applikabbli għall-evalwazzjoni temporanja mibdija mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva tagħha iżda limitata għall-forma tal-miżuri), il-miżuri fuq importazzjonijiet ta' kloridju tal-potassa li joriġina fil-Belarus, ir-Russja u l-Ukrajna imposti bir-Regolament (KEE) Nru. 3068/92 għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(127) wieħed għandu jiftakar li l-forma preżenti tal-miżuri, jiġifieri l-assoċjazzjoni ta' prezz minimu u dazju speċifikat, imdaħħla bir-Regolament (KE) Nru 643/94. Din il-forma ta' miżura ntgħażlet fl-isfond ta' sitwazzjoni partikolari li pprevaliet dak iż-żmien. Fil-fatt kien hemm indikazzjoni qawwija li jevadu dan it-tip ta' dazju kontra l-bejgħ bit-telf li fil-bidu kien impost, jiġifieri dazju li jvarja bbażat fuq prezz minimu. L-investigazzjoni preżenti write li din il-forma partikolari ta' miżuri mhijiex aktar mitluba għaliex huwa kkonsidrat diffiċli li l-pajjiżi konċernati jbaxxu l-prezzijiet ta' importazzjoni tagħhom u hekk inaqqsu d-dazju stipulat. L-investigazzjoni wriet ukoll, kif imfisser fil-punt 3.6, li, sabiex tippermetti li sorsi prospettivi ta' provvisti li joperaw fis-suq tal-Komunità, mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jkomplu bil-miżuri fil-forma preżenti tagħhom. għalhekk wieħedjikkonsidrah bħala att xieraq li jemenda l-forma tal-miżuri billi jelimina l-komponent ta' l-anqas prezz waqt li jżomm l-element tad-dazju stipulat.

(128) Finalment, wieħed għandu jinnota li l-Kummissjoni rċeviet ukoll proposti għal ħidma mill-ICP, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku. Dawn il-proposti kienu eżaminati bir-reqqa u kkonkludew li, fl-assenza ta' garanziji suffiċjenti mill-esportatur u l-Gvern Russu, dawn jistgħu jkunu monitorjati jew inforzati b'mod effettiv u li b'żieda ma' dan ir-riskju ta' ffissar ta-prezzijiet obbligatorju tal-prodott konċernat importat fil-Komunità skond is-sistema ta' l-IPR ma jistax jiġI eskluż. Il-Kummssjoni ma kinetx għalhekk, sodisfatta li l-offerti ta' ħidma fuq il-prezzijiet tkun tiggarantixxi l-prevenzjoni ta' effetti ta' ħsara fuq il-bejgħ taħt il-prezz. L-offerti kienu għalhekk rifjutati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3068/92 jiġi hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

1. Dazju definittiv kontra l-bejgħ bit-telf minn esportaturi huwa b'dan impost fuq il-kloridju tal-potassa fil-Kodiċi NM 31042010, 31042050, 31042090 u fuq tħlitiet speċjali skond il-kodiċi NM ex31052010, ex31052090, ex31056090 , ex31059091, ex31059099 li joriġinaw mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukrajna.

2. Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu l-kloridju ta' potassa għandu jkun jew kloridju tal-potassa li ma jkunx fih l-ebda elementi ta' fetilizzanti addizzjonali jew kloridju tal-potassa li jkun fih elementi addizzjonali fertilizzanti f'taħlitiet speċjali. Għall-fini ta' l-applikazzjoni tad-dazju kontra l-bejgħ bit-telf minn esportaturi, taħlita speċjali bħala mistura ta' tnejn jew aktar ta' elementi fertilizzanti. Din it-taħlita hija soġġetta għal dazju kontra l-bejgħ taħt il-prezz jekk il-kontenut ta' K2) tat-taħlita jew mistura huwa ta' 35 % jew aktar, bil-piż, tal-prodott niexef mingħajr ilma. Dan il-prodott għandu jaqa' skond il-grad "ieħor li mhux standard"

3. L-ammont ta' dazju għandu jkun ugwali għall-ammont stabbilit f'ewro kull tunnellata metrikata' KCl muri hawn taħt skond il-kategorija u grad (grad normali għandu jiftiehem bħala potaxx f'forma ta' trab):

Il-Belarus

Kloridju talpotassa li ma jkunx fih l-ebda elementi fertilizzanti addizzjonali:

| | | |

| | | | |

Kategorija | B'kontenut ta' potassa evalwata bħala K2O, bil-piż, li ma jeċċedix 40 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma | B'kontenut ta' potassa evalwata bħala K2O, bil-piż, li ma jeċċedix 40 % iżda li ma jeċċedix is-62 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma | B'kontenut ta' potassa evalwat bħala K2O, bil-piż, li jeċċedi, 62 % tal-prodott niexef mingħajr ilma |

Grad | Normali/Standard | Eskluż dak normali (inkluż granulat) | Normali/Standard | Eskluż dak normali (inkluż granulat) | |

Kodiċi TARIK | 3104201010 | 3104201090 | 3104205010 | 3104205090 | 3104209000 |

Ammont stabbilit (EUR/tunnellata metrika) | 19,51 | 30,84 | 29,51 | 46,65 | 48,19 |

Kloridju tal-potassa li jkun fih elementi fertilizzanti addizzjonali f'taħlitiet speċjali:

| B'kontenut ta' potassa evalwat bħala K2O, bil-piż, ugwali jew li ma jeċċedix l-40 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma | B'kontenut ta' potassa evalwat bħala K2O, bil-piż, iżda ugwali jew li ma jeċċedix it-62 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma |

Kodiċi TARIK | 3105201010, 3105209010, 3105609010, 3105909110, 3105909910 |

Ammont stabbilit (EUR/tunnellata metrika) | 30,84 | 46,65 |

Ir-Russja

Kloridju tal-potassa li ma jkunx fih l-ebda elementi fertilizzanti addizzjonali:

| | | |

| | | | |

Kategorija | B'kontenut ta' potassa evalwata bħala K2O, bil-piż, li ma jeċċedix 40 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma | B'kontenut ta' potassa evalwata bħala K2O, bil-piż, li ma jeċċedix l-40 % iżda li ma jeċċedix is-62 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma | B'kontenut ta' potassa evalwat bħala K2O, bil- piż, li jeċċedi 62 % tal-prodott niexef mingħajr ilma |

Grad | Normali/Standard | Eskluż dak normali (inkluż granulat) | Normali/Standard | Eskluż dak normali (inkluż granulat) | |

Kodiċi TARIK | 3104201010 | 3104201090 | 3104205010 | 3104205090 | 3104209000 |

Ammont stabbilit (EUR/tunnellata metrika) | 19,61 | 26,01 | 29,65 | 39,33 | 40,63 |

Kloridju talpotassa li jkun fih elementi fertilizzanti addizzjonali f'taħlitiet speċjali:

| B'kontenut ta' potassa evalwat bħala K2O, bil-piż, ugwali jew li ma jeċċedix il-35 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma | B'kontenut ta' potassa evalwat bħala K2O, bil-piż, li jeċċedi l-40 % iżda ugwali għal jew li ma li ma jeċċedix it-62 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma |

Kodiċi TARIK | 3105201010, 3105209010, 3105609010, 3105909110, 3105909910 |

Ammont stabbilit (EUR/tunnellata metrika) | 26,01 | 39,33 |

L-Ukrajna

Kloridju tal-potassa li ma jkunx fih l-ebda elementi fertilizzanti addizzjonali:

| | | |

| | | | |

Kategorija | B'kontenut ta' potassa evalwat bħala K2O, bil-piż, li ma jeċċedix l-40 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma | B'kontenut ta' potassa evalwata bħala K2O, bil-piż, li jeċċedi l-40 % iżda li ma jeċċedix it-62 % tal-prodott niexef mingħajr ilma | B'kontenut ta' potassa evalwat bħala K2O, bil-piż, li jeċċedi 62 % tal-prodott niexef mingħajr ilma |

Grad | Normali/Standard | Eskluż dak Normali/ Standard (inkluż granulat) | Normali/Standard | Eskluż dak Normali/ Standard (inkluż granulat) | |

Kodiċi TARIK | 3104201010 | 3104201090 | 3104205010 | 3104205090 | 3104209000 |

Ammont stabbilit (EUR/tunnellata metrika) | 19,61 | 30,84 | 29,65 | 46,65 | 48,19 |

Kloridju tal-potassa li jkun fih elementi fertilizzanti addizzjonali f'taħlitiet speċjali:

| B'kontenut ta' potassa evalwat bħala K2O, bil-piż, ugwali jew li jeċċedi il-35 % iżda li ma jeċċdix l-40 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma | B'kontenut ta' potassa evalwat bħala K2O, bil-piż, li jeċċedi l-40 % iżda ugwali għal jew li ma li ma jeċċedix it-62 % fuq il-prodott niexef mingħajr ilma |

Kodiċi TARIK | 3105201010, 3105209010, 3105609010, 3105909110, 3105909910 |

Ammont stabbilit (EUR/tunnellata) | 30,84 | 46,65 |

4. F'każi fejn il-merkanzija tkun ġarrbet ħsara qabel ma tidħol fiċ-ċirkolazzjoni u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas jinqasam biex jiġI stabbilit mill-valur tad-dwana skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, l-ammont ta' dazju kontra l-bejgħ bit-telf mill-esportaturi, ikkalkolat fuq il-bażi ta' ammonti stabbiliti stipulati aktar qabel, għandhom jitnaqqsu b'perċentwal li jikkorrispondi għall-qrib kondiviż attwalment imħallas jew li jkun irid jitħallas.

5. Id-disposizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw"

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 Mejju 2000.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Pina Moura

[1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.4.1998, p. 18).

[2] ĠU L 308, ta' l-24.10.1992, p. 41.

[3] ĠU C 80, 24.03.94, p. 1.

[4] ĠU L 58, tas-27.2.1998, p. 15.

[5] ĠU C 296, 24.09.98, p. 3.

[6] ĠU C 80, 23.03.99, p. 9.

[7] Negozjant sussidjarju u esklussiv tal-produzzjoni ta' żewġ minjieri Spanjoli: Suria K, SA (sa April 1997) u Potasas de Llobregat, SA.

[8] Negozjant sussidjarju u esklussiv tal-produzzjoni ta' "Mines de potasse d'Alsace".

[9] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) No 955/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1).

[10] Sors:International Fertiliser Industry Association.

[11] Sors:IPC questionnaire response.

--------------------------------------------------