31986D0257

Official Journal L 167 , 24/06/1986 P. 0032 - 0033
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0121
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0121

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-18 ta' Ġunju 1986

li taċċetta, f'isem il-Komunità, ir-rakkommandazzjoni tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali tas-16 ta' Ġunju 1982 li tirrigwarda l-użu ta' kodiċi sabiex jiġu rappreżentati l-modi tat-trasport

(86/257/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet ta' applikazzjoni, jistgħu jiġu aċċettati mill-Komunità r-rakkommandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali tas-16 ta' Ġunju 1982 li tirrigwarda l-użu ta' kodiċi sabiex jiġu rappreżenti l-modi tat-trasport,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Hija hawnhekk aċċettata f'isem il-Komunità r-rakkommandazzjoni tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali tas-16 ta' Ġunju 1982 li tirrigwarda l-użu ta' kodiċi sabiex jiġu rrappreżentati l-modi tat-trasport, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet ta' applikazzjoni.

It-test tar-rakkommandazzjoni huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni kif inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-applikazzjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika lis-Segretarjat tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali dwar l-aċċettazzjoni mill-Komunità bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet ta' l-applikazzjoni tar-rakkommandazzjoni riferita f'Artikolu 1.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-18 ta' Ġunju 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Smit-Kroes

--------------------------------------------------

IR-RAKKOMMANDAZZJONI TAL-KUNSILL TAL-KOOPERAZZJONI DOGANALI

tas-16 ta' Ġunju 1982

li tirrigwarda l-użu ta' kodiċi sabiex jiġu rrappreżentati l-modi tat-trasport

IL-KUNSILL TAL-KOOPERAZZJONI DOGANALI,

li jiffaċilita l-iskambju internazzjonali ta' l-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet Doganali u bejn l-amministrazzjonijie Doganali u l-utenti kummerċjali internazzjonali,

WARA LI KKUNSIDRA

illi huwa mixtieq illi għandu jintuża kodiċi miftiehem internazzjonalment u li japplika universalment sabiex jiġu rrappreżentati l-modi tat-trasport f'dan l-iskambju internazzjonali ta' l-informazzjoni,

illi l-binja tal-kodiċi li qiegħda fir-rakkommandazzjoni tal-KEE hawn fuq imsemmija tipprovdi bażi xieraq sabiex jiġu rrappreżentati l-modi tat-trasport fl-iskambju internazzjonali ta' l-informazzjoni,

lill-Istati, sewwa jekk Membri tal-Kunsill u sewwa jekk le, u lill-Għaqdiet Doganali jew Ekonomiċi li jaċċettaw din ir-rakkommandazzjoni sabiex jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali bl-aċċettazzjoni tagħhom, mid-data li fiha huma jridu japplikaw ir-rakkommandazzjoni, u tal-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni tagħha. Is-Segretarju-Ġenerali jrid jittrasmetti dan it-tgħrif lill-amministrazzjonijiet tad-dwana tal-Membri kollha. Irid jittrasmetti wkoll lil kull amministrazzjoni tad-dwana dwar minn mhux membru jew dwar il-Għaqdiet Doganali jew Ekonomiċi li jkunu aċċettaw din ir-rakkommandazzjoni.

ir-rakkommandazzjoni Nru 19 adottata f'Marzu 1981 mill-Grupp tax-Xogħol dwar il-Faċilitazzjoni tal-Proċeduri Kummerċjali Internazzjonali tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (KEE) li tirrakkommanda l-użu tal-binja ta' kodiċi numeriku ta' ċifra waħda sabiex jiġu rrappreżentati l-modi tat-trasport għall-għanijiet kummerċjali internazzjonali,

WARA LI KKUNSIDRA

illi huwa mixtieq illi għandu jintuża kodiċi miftiehem internazzjonalment u li japplika universalment sabiex jiġu rrappreżentati l-modi tat-trasport f'dan l-iskambju internazzjonali ta' l-informazzjoni,

illi l-binja tal-kodiċi li qiegħda fir-rakkommandazzjoni tal-KEE hawn fuq imsemmija tipprovdi bażi xieraq sabiex jiġu rrappreżentati l-modi tat-trasport fl-iskambju internazzjonali ta' l-informazzjoni,

lill-Istati, sewwa jekk Membri tal-Kunsill u sewwa jekk le, u lill-Għaqdiet Doganali jew Ekonomiċi li jaċċettaw din ir-rakkommandazzjoni sabiex jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali bl-aċċettazzjoni tagħhom, mid-data li fiha huma jridu japplikaw ir-rakkommandazzjoni, u tal-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni tagħha. Is-Segretarju-Ġenerali jrid jittrasmetti dan it-tgħrif lill-amministrazzjonijiet tad-dwana tal-Membri kollha. Irid jittrasmetti wkoll lil kull amministrazzjoni tad-dwana dwar minn mhux membru jew dwar il-Għaqdiet Doganali jew Ekonomiċi li jkunu aċċettaw din ir-rakkommandazzjoni.

illi l-Istati, sewwa jekk huma Membri tal-Kunsill u sewwa jekk le, u l-Għaqdiet Doganali jew Ekonomiċi għandhom jużaw il-binja ta' kodiċi numeriku b'ċifra waħda li tinsab fir-rakkommandazzjoni tal-KEE hawn fuq u l-verżjonijiet riveduti fil-ġejjieni ta' dan il-kodiċi sabiex jiġu rrappreżentati l-modi tat-trasport fl-iskambju internazzjonali ta' l-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana u bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana u l-utenti kummerċjali internazzjonali kulmeta jkun hemm il-ħtieġa ta' denominazzjoni kodifikata,

JITLOB

illi huwa mixtieq illi għandu jintuża kodiċi miftiehem internazzjonalment u li japplika universalment sabiex jiġu rrappreżentati l-modi tat-trasport f'dan l-iskambju internazzjonali ta' l-informazzjoni,

illi l-binja tal-kodiċi li qiegħda fir-rakkommandazzjoni tal-KEE hawn fuq imsemmija tipprovdi bażi xieraq sabiex jiġu rrappreżentati l-modi tat-trasport fl-iskambju internazzjonali ta' l-informazzjoni,

lill-Istati, sewwa jekk Membri tal-Kunsill u sewwa jekk le, u lill-Għaqdiet Doganali jew Ekonomiċi li jaċċettaw din ir-rakkommandazzjoni sabiex jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali bl-aċċettazzjoni tagħhom, mid-data li fiha huma jridu japplikaw ir-rakkommandazzjoni, u tal-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni tagħha. Is-Segretarju-Ġenerali jrid jittrasmetti dan it-tgħrif lill-amministrazzjonijiet tad-dwana tal-Membri kollha. Irid jittrasmetti wkoll lil kull amministrazzjoni tad-dwana dwar minn mhux membru jew dwar il-Għaqdiet Doganali jew Ekonomiċi li jkunu aċċettaw din ir-rakkommandazzjoni.

Il-Kundizzjonijiet ta' l-applikazzjoni

1. Ir-rakkommandazzjoni għandha tapplika fil-Komunità mill-1 ta' Jannar 1998.

2. Il-Kodiċi Nru 6 (it-trasport multi-modali) ma jridx jintuża fil-Komunità, li ma tirrikonoxxix it-trasport multi-modali bħala trasport per se.

3. Il-Kodiċi Nru 9 (mhux magħruf) għandu jintuża għat-trasport effettwat permezz tal-awto-propulsjoni.