|
14.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1267
tal-11 ta' Lulju 2017
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jenħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
I-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Prodott f'forma ta' trab fin abjad u mingħajr riħa, li jikkonsisti minn mikrosferi (daqs tal-partikoli < 10 μm) b'densità ta' madwar 2,1–2,5 g/cm3. Il-mikrosferi jikkonsistu minn nefelina jew sijenit tan-nefelina li jkunu ġew imsaħħna biex il-materjal jieħu forma aktar ta' elissi u biex jiġu ttundjati t-truf raffi. Bħala riżultat ta' dan il-proċess, in-nefelina jew is-sijenit tan-nefelina jifformaw wiċċ qisu ħġieġ. In-nefelina u s-sijenit tan-nefelina huma aluminosilikati tas-sodju u tal-potassju. Il-prodott jintuża bħala addittiv għaż-żebgħa, għall-kisi u għall-kisjiet irqaq biex inaqqas il-livelli ta' komposti organiċi volatili, iżid id-densitajiet tal-mili, itejjeb l-ebusija, u jżid ir-reżistenza għall-imbornar, għall-għerik u għall-brix. |
2842 10 00 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 2842 u 2842 10 00 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2529 hija eskluża billi l-wiċċ qisu ħġieġ tan-nefelina jew tas-sijenit tan-nefelina jfisser li l-istruttura kristallina tiegħu ġiet immodifikata bil-proċess tat-tisħin (ara n-Nota 1 tal-Kapitolu 25 u wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-Kapitolu 25, Ġenerali, it-tieni paragrafu). Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2621 hija eskluża billi l-prodott la huwa gagazza, la rmied u lanqas fdal mill-ħruq ta' skart muniċipali. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3816 hija eskluża billi m'hemmx materjal li jgħaqqad miżjud (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 3816 , l-ewwel paragrafu). Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3824 hija eskluża billi l-intestatura li tagħti l-aktar deskrizzjoni speċifika għandha tieħu preċedenza fuq intestaturi li jagħtu deskrizzjoni aktar ġenerali. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 6806 hija eskluża billi l-prodott mhuwiex materjal minerali espandut. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 6815 hija eskluża billi l-prodott mhuwiex “oġġett ta' sustanzi minerali” komplut jew nofsu komplut imma huwa pjuttost materjal anċillari użat fil-manifattura ta' oġġetti. Għaldaqstant il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2842 10 00 bħala silikati doppji jew kumplessi, inklużi aluminosilikati definiti kimikament jew le. |