Official Journal L 024 , 29/01/1985 P. 0013 - 0014
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0052
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 13 P. 0019
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0052
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 13 P. 0019
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 211/85 tal-25 ta' Jannar 1985 dwar il-klassifika ta' oġġetti fis-subintestatura 84.55 Ċ tat-Tariffa Doganali Komuni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], b'mod partikulari Artikolu 3 tiegħu, Billi, biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-klassifika ta'l-elementi tal-memorja intiżi għall-użu bħala elementi ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data; l-ewwel minn dawn l-elementi tal-memorja jikkonsisti minn: - memorja statika b'aċċess mhux programmat (RAM) bit-teknoloġija C-MOS, - panew rettangolari b'ċirkuwitu-stampat taċ-ċeramika b’ħafna saffi (17 × 39 mm), li jkollu fuqu (b'mod separabbli): - erba’ RAMs statiċi, bit-teknoloġija C-MOS (C-MOS-SRAMs), li jkun fihom ċirkuwitu monolitiku integrat, kull wieħed b'memorja ta' 16 K jew 64 K, - decoder wieħed fl-għamla ta' ċirkuwitu monolitiku integrat, - 2 × 14-il connector pins; u t-tieni minn: - memorja elettronika programmabbli li taqra-biss (EPROM), - panew rettangolari b'ċirkuwitu-stampat taċ-ċeramika b’ħafna saffi (17 × 39 mm), li jkollu fih (b'mod separabbli): - żewġ memorji UV li jaqraw-biss u li jitħassru b'raġġ programmabbli (EPROMs), fl-għamla ta' ċirkuwitu monolitiku integrat, kull wieħed minnhom b'memorja ta' 64 K u b'tieqa tal-kwarz fil-wiċċ ta' fuq, - decoder wieħed fl-għamla ta' ċirkuwitu monolitiku integrat, - decoupling capacitor wieħed, - 2 × 14-il connector pins. Billi t-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3400/84 [4], tikklassifika partijiet u aċċessorji adattati biss jew prinċipalment għall-użu fuq magni tax-xorta li jaqgħu taħt l-intestaturi minn Nru 84.51 san-Nru 84.54 inklużivament taħt l-intestatura Nru 84.55 (magni awtomatiċi ta'l-ipproċessar jaqgħu taħt l-intestatura Nru 84.53) u mikroċirkuwiti elettroniċi taħt l-intestatura Nru 85.21; Billi jistgħu jitqiesu dawn l-intestaturi għall-fini tal-klassifika ta'l-artikoli msemmija hawn fuq; Billi dawn l-elementi tal-memorja m'humiex mikroċirkuwiti elettroniċi ta'l-intestatura Nru 85.21 għax m'humiex magħqudin b'mod indiviżibbli u, għalhekk, m'humiex koperti bin-nota 5 (B) (ċ) tal-Kapitolu 85; Billi dawn il-montaturi, ifformati b'żieda ma’ mikroċirkuwitu elettroniku ta' apparati oħra jew mikroċirkuwiti oħra ta'l-istess tip jew ta' tip different, għandhom jiġu kklassifikati skond id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-klassifika ta' partijiet u aċċessorji ta' magni u, b'mod partikulari mad-dispożizzjonijiet tan-nota 2 (b) tas-Sezzjoni XVI; Billi, bħala konsegwenza, l-artikoli ta' hawn fuq għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura Nru 84.55; Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Elementi ta' memorja intiżi biex jintużaw bħala partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data li jikkonsistu fi: - memorja statika b'aċċess mhux programmat (RAM) bit-teknoloġija C-MOS, - panew rettangolari b'ċirkuwitu-stampat taċ-ċeramika b’ħafna saffi (17 × 39 mm), li jkollu fih (b'mod separabbli): - erba’ RAMs statiċi, tat-teknoloġija C-MOS (C-MOS-SRAMs), li jkun fihom ċirkuwitu monolitiku integrat, kull wieħed b'memorja ta' 16 K jew 64 K, - decoder wieħed fl-għamla ta' ċirkuwitu monolitiku integrat, - 2 × 14-il connector pins - memorja elettronika programmabbli li taqra-biss (EPROM), - panew rettangolari b'ċirkuwitu-stampat taċ-ċeramika b’ħafna saffi (17 × 39 mm), li jkollu fih (b'mod separabbli): - żewġ memorji li jaqraw-biss UV li jitħassru-b'raġġ programmabbli (EPROMs), fl-għamla ta' ċirkuwitu monolitiku integrat, kull wieħed minnhom b'memorja ta' 64 K u b'tieqa tal-kwarz fil-wiċċ ta' fuq, - decoder wieħed fl-għamla ta' ċirkuwitu monolitiku integrat, - decoupling capacitor wieħed - 2 × 14-il connector pins, għandhom jiġu klasifikati fit-Tariffa Doganali Komuni taħt is- subintestatura: 84.55 Partijiet u aċċessorji (barra minn għata, valiġġi, u oġġetti simili) adattati għal użu biss jew prinċipalment ma’ magni tax-xorta li jaqgħu taħt l-intestaturi min-Nri 84.51 sa 84.54 inklużivament: Ċ. Oħrajn. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Jannar 1985. Għall-Kummissjoni Cockfield Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1. [2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, p. 1. [3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1. [4] ĠU L 320, ta' l-10.12.1984, p. 1. --------------------------------------------------