<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0800869501.case.xml"><NO.CASE>C-132/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0132</NO.CELEX><NO.SEQ>0018.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-8730</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-8745</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20100930">30.9.2010</DATE> — KAWŻA C-132/09</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IL-BELĠJU</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-132/09,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 226 KE, ippreżentat fis-<DATE ISO="20090406">6 ta’ April 2009</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn J.-P. Keppenne u B. Eggers, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju,</HT> irrappreżentat minn J.-C. Halleux, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-8731"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, E. Juhász (Relatur), G. Arestis, J. Malenovský u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20100615">15 ta’ Ġunju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, meta rrifjuta li jħallas l-ispejjeż tat-tagħmir u tal-materjal didattiku tal-Iskejjel Ewropej, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-Ftehim dwar is-Sede konkluż fit-<DATE ISO="19621012">12 ta’ Ottubru 1962</DATE> bejn il-Bord<?PAGE NO="I-8732"?> tal-Gvernaturi tal-Iskola Ewropea u l-Gvern tar-Renju tal-Belġju (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ftehim dwar is-Sede<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), moqri flimkien mal-Artikolu 10 KE.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Istatut tal-Iskejjel Ewropej</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Meta twaqqfu, l-Iskejjel Ewropej kienu rregolati b’żewġ konvenzjonijiet, jiġifieri, minn naħa, l-Istatut tal-Iskola Ewropea, iffirmat fil-Lussemburgu fit-<DATE ISO="19570412">12 ta’ April 1957</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Recueil des traités des Nations Unies</HT>, Volum 443, p. 129, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Konvenzjoni tal-1957<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u, min-naħa l-oħra, il-Protokoll dwar il-Ħolqien ta’ Skejjel Ewropej stabbilit b’riferiment għall-Istatut tal-Iskola Ewropea, iffirmat fil-Lussemburgu fit-<DATE ISO="19620413">13 ta’ April 1962</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Recueil des traités des Nations Unies</HT>, Volum 752, p. 267, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Protokoll tal-1962<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Dawn iż-żewġ strumenti ġew konklużi bejn is-sitt Stati Membri li oriġinarjament kienu jifformaw il-Komunitajiet Ewropej.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskola Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Bord tal-Gvernaturi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), imwaqqaf mill-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni tal-1957, huwa kkostitwit, skont l-Artikolu 8 ta’ din tal-aħħar, mill-ministru jew ministri kompetenti ta’ kull waħda mill-Partijiet Kontraenti. Skont l-Artikolu 9 ta’ din il-konvenzjoni, il-Bord tal-Gvernaturi huwa inkarigat mill-applikazzjoni tal-konvenzjoni msemmija u għandu, f’dan ir-rigward, il-poteri meħtieġa fuq affarijiet edukattivi, tal-baġit u amministrattivi. Dan il-bord jistabbilixxi bi qbil komuni r-regolament ġenerali tal-Iskola. Skont l-Artikolu 28 ta’ din l-istess konvenzjoni, il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jinnegozja mal-gvern tal-pajjiż<?PAGE NO="I-8733"?> fejn tinsab l-iskola kull ftehim addizzjonali sabiex jiżguralha li tkun tista’ taħdem fl-aħjar kundizzjonijiet materjali u morali possibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni tal-1957 u l-Protokoll tal-1962 kienu tħassru u nbidlu bil-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej, iffirmata fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19940621">21 ta’ Ġunju 1994</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 16, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Konvenzjoni tal-1994<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), skont l-Artikolu 34 ta’ din il-konvenzjoni, li bħalissa hija fis-seħħ. Il-Konvenzjoni tal-1994 ġiet konkluża mill-Istati Membri kif ukoll mill-Komunitajiet, li kienu ġew awtorizzati għal dan il-għan permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/557/KE, Euratom, tas-<DATE ISO="19940617">17 ta’ Ġunju 1994</DATE>, li tawtorizza lill-Komunità Ewropea u lill-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika biex jiffirmaw u jikkonkludu l-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 14).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni tal-1994, ir-referenzi fl-atti li jirrigwardaw l-iskejjel qabel l-adozzjoni ta’ din il-konvenzjoni għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għall-artikoli korrispondenti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1994 jestendi għall-iskejjel enumerati fl-Anness I tagħha, li fosthom hemm l-Iskejjel Ewropej ta’ Brussell I, Brussell II, Brussell III kif ukoll dik ta’ Mol (il-Belġju).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(3) tal-konvenzjoni msemmija, il-ftuħ ta’ skola ġdida fit-territorju ta’ Stat Membru huwa subordinat għal ftehim minn qabel bejn il-Bord tal-Gvernaturi u l-Istat Membru ospitanti dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas u l-manutenzjoni ta’ postijiet adattati għall-bżonnijiet tal-iskola l-ġdida.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8734"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tal-1994 jistabbilixxi li, sa fejn għandhom x’jaqsmu d-drittijiet u l-obbligi tagħha, l-iskola għandha tkun ittrattata f’kull Stat Membru bħala stabbiliment edukattiv irregolat mid-dritt pubbliku, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ din l-istess konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni tal-1994, il-Bord tal-Gvernaturi, li huwa kompost b’mod partikolari minn rappreżentant f’livell ministerjali ta’ kull Stat Membru u minn membru tal-Kummissjoni, għandu jieħu ħsieb l-applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni u, għal dan il-għan, għandu l-poteri ta’ deċiżjoni meħtieġa dwar affarijiet edukattivi, tal-baġit u amministrattivi, kif ukoll dawk meħtieġa għan-negozjar tal-ftehim imsemmija fl-Artikoli 28 sa 30 ta’ din l-istess konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni tal-1994, il-baġit tal-iskejjel għandu jkun iffinanzjat b’mod partikolari mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri permezz tal-ħlas tar-remunerazzjonijiet lill-għalliema sekondati jew nominati u, jekk ikun il-każ, fil-forma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja u mill-kontribuzzjoni tal-Komunitajiet, li tieħu ħsieb tkopri d-differenza bejn l-ammont totali tal-ispiża tal-iskejjel u t-total tad-dħul l-ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni tal-1994, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tiddeċiedi t-tilwim bejn il-Partijiet Kontraenti li jikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-konvenzjoni msemmija u li ma setax jiġi solvut fi ħdan il-Bord tal-Gvernaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 30 tal-konvenzjoni msemmija, il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jinnegozja mal-gvern tal-pajjiż fejn tinsab l-iskola kull ftehim addizzjonali meħtieġ biex jiżguralha li tkun tista’ taħdem fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8735"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni tal-1994 jippreċiżaw b’mod partikolari li din tal-aħħar għandha tiġi rratifikata mill-Istati Membri, bħala Partijiet Kontraenti, skont ir-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom u li din tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara d-depożitu tal-istrumenti kollha ta’ ratifika mill-Istati Membri kif ukoll tal-atti ta’ notifika tal-konklużjoni mill-Komunitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li l-Konvenzjoni tal-1994 daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20021001">1 ta’ Ottubru 2002</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim dwar is-Sede</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Ftehim dwar is-Sede, approvat bil-Liġi Belġjana tat-<DATE ISO="19751108">8 ta’ Novembru 1975</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="19760207">7 ta’ Frar 1976</DATE>, p. 1415), ġie konkluż bil-għan li jiġi żgurat li l-Iskejjel Ewropej ta’ Brussell u ta’ Mol ikunu jistgħu jaħdmu fl-aħjar kundizzjonijiet materjali u morali possibbli, skont l-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni tal-1957.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kapitolu I tal-Ftehim dwar is-Sede, bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Bini u tagħmir tal-iskejjel<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jinkludi l-Artikolu 1, li jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-Gvern tar-Renju tal-Belġju huwa impenjat li jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Iskejjel il-bini meħtieġ għall-attivitajiet tagħhom u li jissodisfa l-għanijiet li ġew iffissati mill-Gvernijiet firmatarji tal-Protokoll dwar il-ħolqien ta’ Skejjel Ewropej.</P><?PAGE NO="I-8736"?><P>Huwa ser jagħmel il-manutenzjoni ta’ dan il-bini u ser jassigurah skont ir-regoli dwar il-proprjetà immobbli tal-Istat Belġjan.</P><P>Huwa jimpenja ruħu li jgħammar dawn l-iskejjel b’tagħmir u materjal didattiku, skont il-kriterji applikati għall-istabbilimenti tiegħu stess.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra ta’ intimazzjoni tagħha tas-<DATE ISO="20071017">17 ta’ Ottubru 2007</DATE>, il-Kummissjoni akkużat lir-Renju tal-Belġju li kien naqas milli josserva d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar is-Sede u tal-Artikolu 10 KE billi rrifjuta, minn naħa, mill-1995, li jiffinanzja l-ewwel tagħmir f’għamara u materjal didattiku tal-Iskejjel Ewropej li jinsabu fit-territorju tiegħu u, min-naħa l-oħra, mill-1989, li jagħti sussidju annwali għall-funzjonament u t-tagħmir intiż sabiex ikopri l-ispejjeż kurrenti tal-Iskejjel Ewropej stabbiliti fit-territorju tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li ma kinitx sodisfatta bir-risposta tar-Renju tal-Belġju għall-imsemmija ittra ta’ intimazzjoni, il-Kummissjoni, fis-<DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE>, ħarġet opinjoni motivata fejn stiednet lil dan l-Istat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu ma’ din l-opinjoni f’terminu ta’ xahrejn mill-ġurnata li fiha jirċievi din l-opinjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Billi r-Renju tal-Belġju ma adottax il-miżuri preskritti fit-terminu li ngħata, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8737"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20100623">23 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-Kummissjoni talbet li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq proposta tal-Avukat Ġenerali, jew anki fuq talba tal-partijiet, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali, skont l-Artikolu 61 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, jekk tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew li l-kawża għandha tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma ġiex diskuss bejn il-partijiet (sentenza tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Bavarian Lager, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/08 P" PAGE.ECR="I-6055" YEAR="2010">C-28/08 P, Ġabra p. I-6055</REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-talba tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali huma bbażati fuq argumenti li ma ġewx diskussi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Minn naħa, il-Kummissjoni ssostni li hija ma kellhiex l-opportunità tesprimi ruħha, matul il-proċedura, dwar l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni mqajma fl-imsemmija konklużjonijiet, fis-sens li l-klawżola ta’ arbitraġġ stipulata fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni tal-1994 teskludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 226 KE. Min-naħa l-oħra, hija tosserva li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali jipproponu interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 10 KE, interpretazzjoni li lanqas ma kellha l-opportunità tesprimi ruħha dwarha matul il-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li f’din il-kawża hija għandha l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex tiddeċiedi t-tilwima mressqa quddiemha u li din it-tilwima ma għandhiex tiġi eżaminata fid-dawl ta’ argumenti li ma ġewx diskussi quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8738"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tieħu konjizzjoni tat-tilwim li jirrigwarda l-Ftehim dwar is-Sede. Huwa tal-fehma li, sabiex il-preżentata ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu abbażi tal-Artikolu 226 KE tkun fondata, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju jew ta’ ftehim li fih hija parti l-Komunità Ewropea jew inkella l-eżistenza ta’ klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, skont ir-Renju tal-Belġju, f’din il-kawża ma jista’ jiġi kkonstatat ebda ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju peress li ma jeżistix ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE jew tal-annessi tiegħu u lanqas ma jeżisti ksur tad-dritt sekondarju. Dan l-Istat Membru jsostni li l-Ftehim dwar is-Sede ma huwiex ftehim li fih hija parti l-Komunità u li ma teżistix klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jippreċiża li l-Ftehim dwar is-Sede huwa distint mill-Konvenzjoni tal-1994 u li hija biss din tal-aħħar li tipprevedi, fl-Artikolu 26, tali klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni. Huwa jikkunsidra li l-Ftehim dwar is-Sede ma jistax jiġi deskritt bħala att derivat mill-Konvenzjoni tal-1994 u li l-fatt li l-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar (KEFA) kienet membru votanti tal-Bord tal-Gvernaturi, sa fejn dan tal-aħħar għandu personalità ġuridika internazzjonali distinta minn dik tal-KEFA, ma jfissirx għalhekk li l-KEFA hija Parti Kontraenti tal-Ftehim dwar is-Sede konkluż bejn il-Bord tal-Gvernaturi u l-Gvern Belġjan.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8739"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk, kif tallega l-Kummissjoni, il-KEFA, bħala membru votanti tal-Bord tal-Gvernaturi, kienet Parti Kontraenti tal-Ftehim dwar is-Sede, l-istess ikollu jingħad għar-Renju tal-Belġju bħala membru ta’ dan l-istess bord. F’dawn iċ-ċirkustanzi, dan l-Istat Membru jkun ikkonkluda ftehim miegħu nnifsu, ħaġa li din, skont prinċipju ġenerali tad-dritt, hija impossibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan l-Istat Membru jsostni li l-att li permezz tiegħu huwa kkonkluda tali ftehim għandu forza obbligatorja biss mis-sovranità tiegħu stess.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirribatti din l-interpretazzjoni għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hija tfakkar li r-rikors ma jirreferixxix biss għall-Ftehim dwar is-Sede, imma jirreferi wkoll għall-Artikolu 10 KE, moqri flimkien ma’ dan il-ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Ftehim dwar is-Sede mingħajr dubju jifforma parti mid-dritt Komunitarju, indipendentement mill-Artikolu 10 KE, għaliex għandu jiġi kkunsidrat bħala att derivat mill-Konvenzjoni tal-1994, li min-naħa tagħha tagħmel parti mid-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Hija tindika li, skont ġurisprudenza ferm stabbilita, billi dawn huma dispożizzjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità, il-ftehim li tikkonkludi din tal-aħħar, l-Istati Membri tagħha u pajjiżi terzi għandhom l-istess status, fl-ordinament ġuridiku Komunitarja, bħall-ftehim purament Komunitarji, u li l-Konvenzjoni tal-1994 kienet ġiet konkluża bejn il-Komunitajiet u l-Istati Membri tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8740"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar li l-Ftehim dwar s-Sede kien oriġinarjament att derivat mill-Konvenzjoni tal-1957 u li, fl-1962, l-Awtorità Għolja tal-KEFA kienet diġà membru votanti tal-Bord tal-Gvernaturi. Hija għalhekk tqis li din tal-aħħar għandha tiġi kkunsidrata bħala Parti Kontraenti tal-Ftehim dwar is-Sede. Il-Kummissjoni tippreċiża li hija ssostitwiet l-Awtorità Għolja tal-KEFA mal-firma tat-Trattat ta’ Għaqda tat-<DATE ISO="19650408">8 ta’ April 1965</DATE> u li l-għan tal-Konvenzjoni tal-1994 kien li jiġi kkonsolidat l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-Konvenzjoni tal-1957 kif ukoll li jissaħħaħ ir-rwol tal-Komunitajiet bħala Partijiet Kontraenti. Għalhekk hija tikkonkludi li, fid-dawl tal-fatt li l-Ftehim dwar is-Sede kien ġie adottat abbażi tal-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni tal-1957 u tal-fatt li l-Konvenzjoni tal-1994 tipprevedi wkoll ftehim dwar is-sede, il-Ftehim dwar is-Sede jagħmel parti mid-drittijiet u l-obbligi li l-Komunitajiet intrabtu bihom fl-1994.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li rikors għandu jiġi eżaminat biss fid-dawl tat-talbiet indikati fir-rikors promotur (sentenzi tas-<DATE ISO="20000406">6 ta’ April 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/98" PAGE.ECR="I-2487" YEAR="2000">C-256/98, Ġabra p. I-2487</REF.DOC.ECR>, punt 31, u tal-<DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-508/03" PAGE.ECR="I-3969" YEAR="2006">C-508/03, Ġabra p. I-3969</REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar ukoll li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 38(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura ta’ din il-Qorti, il-Kummissjoni hija obbligata tindika, f’kull rikors ippreżentat skont l-Artikolu 226 KE, l-ilmenti preċiżi li dwarhom il-Qorti tal-Ġustizzja tkun qiegħda tintalab tiddeċiedi (sentenzi tal-<DATE ISO="19920331">31 ta’ Marzu 1992</DATE>, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-52/90" PAGE.ECR="I-2187" YEAR="1992">C-52/90, Ġabra p. I-2187</REF.DOC.ECR>, punt 17, u tal-<DATE ISO="20060615">15 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/04" PAGE.ECR="I-5251" YEAR="2006">C-255/04, Ġabra p. I-5251</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8741"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet għandhom ikunu fformulati b’mod inekwivoku sabiex jiġi evitat li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT> jew tonqos milli tiddeċiedi dwar ilment (sentenzi tal-<DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-296/01" PAGE.ECR="I-13909" YEAR="2003">C-296/01, Ġabra p. I-13909</REF.DOC.ECR>, punt 121, u tal-<DATE ISO="20060615">15 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’din il-kawża għandu jiġi kkonstatat li l-uniku lment imsemmi fil-parti konklużiva tar-rikors promotur jikkonċerna l-allegat ksur tal-obbligi li allegatament għandu r-Renju tal-Belġju taħt il-Ftehim dwar is-Sede, moqri flimkien mal-Artikolu 10 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Huwa minnu li fil-motivi tar-rikors imsemmi, l-Artikolu 10 KE jissemma darbtejn. Il-Kummissjoni targumenta li l-attitudni tal-awtoritajiet Belġjani tagħmel ħsara lis-sistema ta’ finanzjament tal-Komunità u tat-tqassim tal-ispejjeż finanzjarji bejn l-Istati Membri u, għaldaqstant, tikser l-artikolu msemmi, filwaqt li tindika li l-konsegwenzi ta’ din l-attitudni jikkawżaw dannu. Il-Kummissjoni żżid li l-obbligi tar-Renju tal-Belġju li jirriżultaw mill-Ftehim dwar is-Sede għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-prinċipju tal-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, li jagħmel parti mill-Artikolu 10 KE u mid-dritt internazzjonali ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, mir-rikors promotur jirriżulta li l-allegat nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 10 KE min-naħa tar-Renju tal-Belġju huwa biss ta’ natura sekondarja fil-konfront tan-nuqqas allegat, li jikkonċerna l-Ftehim dwar is-Sede. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, huwa n-nuqqas ta’ osservanza min-naħa tar-Renju tal-Belġju tal-obbligi tiegħu taħt il-Ftehim dwar is-Sede li jimplika wkoll ksur tal-Artikolu 10 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-replika tagħha, il-Kummissjoni tippreċiża b’mod espliċitu li f’din il-kawża hija qatt ma invokat l-Artikolu 10 KE fih innifsu, jiġifieri b’mod indipendenti mill-Ftehim dwar is-Sede.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8742"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jekk jiġi kkunsidrat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata, abbażi tal-Artikolu 226 KE, in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li jirriżultaw għar-Renju tal-Belġju mill-Ftehim dwar is-Sede, ir-rikors kollu kemm hu jkollu jiġi neċessarjament iddikjarat inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-konvenzjonijiet internazzjonali b’mod ġenerali, għandu jiġi osservat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk il-Komunità ma tkunx parti kontraenti f’konvenzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta, fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari, id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni msemmija (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19731127">27 ta’ Novembru 1973</DATE>, Vandeweghe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="130/73" PAGE.ECR="1329" YEAR="1973">130/73, Ġabra p. 1329</REF.DOC.ECR>, punt 2; digriet tat-<DATE ISO="19981112">12 ta’ Novembru 1998</DATE>, Hartmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/98" PAGE.ECR="I-7083" YEAR="1998">C-162/98, Ġabra p. I-7083</REF.DOC.ECR>, punt 9; sentenzi tat-<DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Bogiatzi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-301/08" PAGE.ECR="I-10185" YEAR="2009">C-301/08, Ġabra p. I-10185</REF.DOC.ECR>, punt 24, u tal-<DATE ISO="20100504">4 ta’ Mejju 2010</DATE>, TNT Express Nederland, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-533/08" PAGE.ECR="I-4107" YEAR="2010">C-533/08, Ġabra p. I-4107</REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod speċifiku, tal-Konvenzjoni tal-1957, għandu jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tagħha, kif ukoll dwar l-obbligi li jirriżultaw minnha għall-Istati Membri, sa fejn, minkejja r-rabtiet li din il-konvenzjoni għandha mal-Komunità u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet tagħha, din hija konvenzjoni internazzjonali konkluża mill-Istati Membri li ma hijiex parti integrali mid-dritt Komunitarju (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19860115">15 ta’ Jannar 1986</DATE>, Hurd, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="44/84" PAGE.ECR="29" YEAR="1986">44/84, Ġabra p. 29</REF.DOC.ECR>, punti 20 sa 22).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Kif josserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, din l-evalwazzjoni ma għandhiex tiġi limitata għall-kuntest proċedurali tal-kawża li wasslet għas-sentenza Hurd, iċċitata iktar ’il fuq, li fil-kuntest tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tiddeċiedi dwar talba għal deċiżjoni preliminari, imma tapplika wkoll fil-kuntest tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 226 KE fejn is-suġġett jista’ jkun biss nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq wieħed mill-obbligi tiegħu taħt it-Trattat KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8743"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-preambolu tal-Ftehim dwar is-Sede jirriżulta li dan kien ibbażat fuq l-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni tal-1957 li jagħti lill-Bord tal-Gvernaturi s-setgħa li jinnegozja mal-gvern tal-Istat Membru fejn tinsab l-iskola kull ftehim addizzjonali sabiex jiżgura li l-Iskejjel Ewropej ikunu jistgħu jaħdmu fl-aħjar kundizzjonijiet materjali u morali possibbli. Minn dan jirriżulta li s-sistema ta’ dan il-ftehim issegwi dik tal-Konvenzjoni tal-1957.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>It-teżi tal-Kummissjoni li l-KEFA u, sussegwentement, il-Komunità, għandhom jitqiesu bħala Parti Kontraenti tal-Ftehim dwar is-Sede, minħabba li l-Awtorità Għolja tal-KEFA kienet membru votanti tal-Bord tal-Gvernaturi u minħabba li l-Kummissjoni kienet issostitwietha, ma tegħlibx il-konstatazzjoni magħmula fil-punt preċedenti u, għalhekk, din it-teżi għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma hemm xejn li jindika li l-possibbiltà, prevista fil-Konvenzjoni tal-1957 mill-Partijiet Kontraenti tagħha, li l-Awtorità Għolja tal-KEFA tingħata d-dritt tipparteċipa fil-Bord tal-Gvernaturi bħala membru votanti ta’ dan tal-aħħar, dritt sussegwentement eżerċitat mill-imsemmija Awtorità Għolja, timplika li l-partijiet firmatarji tal-Ftehim dwar is-Sede kellhom l-intenzjoni jagħtu lill-KEFA l-istatus ta’ Parti Kontraenti ta’ dan il-ftehim. Dan huwa barra minn hekk dak li jsostni r-Renju tal-Belġju, wieħed mill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar is-Sede.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jingħad li l-Komunità hija implikata, bħala Parti Kontraenti, fil-Ftehim dwar is-Sede u li, għalhekk, dan tal-aħħar jistabbilixxi drittijiet u obbligi fil-konfront tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8744"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-teżi l-oħra tal-Kummissjoni, fis-sens li l-Ftehim dwar is-Sede jagħmel parti integrali mid-drittijiet u l-obbligi li l-Komunitajiet intrabtu bihom fl-1994, lanqas din it-teżi ma tista’ tintlaqa’. Din it-teżi hija bbażata fuq il-fatt li l-Konvenzjoni tal-1994, li ġiet konkluża u approvata mill-Komunitajiet, għandha l-għan li tikkonsolida l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-Konvenzjoni tal-1957 u fuq il-fatt li l-Konvenzjoni tal-1994 tipprevedi ftehim dwar is-sede.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li la l-allegata konsolidazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-Konvenzjoni tal-1957 permezz tal-Konvenzjoni tal-1994, li, barra minn hekk, ma daħlitx fis-seħħ qabel l-<DATE ISO="20021001">1 ta’ Ottubru 2002</DATE>, u lanqas il-fatt li din tal-aħħar tirreferi għal ftehim dwar is-sede ma jistgħu jibdlu b’mod retroattiv in-natura legali tal-Ftehim dwar is-Sede, li huwa ftehim internazzjonali konkluż bejn il-Bord tal-Gvernaturi u l-gvern ta’ Stat Membru wieħed.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eventwali applikazzjoni tal-klawżola ta’ arbitraġġ li tinstab fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni tal-1994, għandu jiġi kkonstatat li proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fis-sens tat-Trattat KE u fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tista’ titressaq biss abbażi tal-Artikolu 226 KE, kif, barra minn hekk, kien effettivament il-każ f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors tal-Kummissjoni, ippreżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 226 KE, fejn issostni li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-Ftehim dwar is-Sede, moqri flimkien mal-Artikolu 10 KE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8745"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, kif mitlub mir-Renju tal-Belġju.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors tal-Kummissjoni Ewropea, ippreżentat abbażi tal-Artikolu 226 KE, fejn issostni li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-Ftehim dwar is-Sede konkluż fit-<DATE ISO="19621012">12 ta’ Ottubru 1962</DATE> bejn il-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskola Ewropea u l-Gvern tal-Belġju, moqri flimkien mal-Artikolu 10 KE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>