|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2234 |
7.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2234
tas-27 ta’ Ottubru 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-197 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jkunu ffittjati f’vetturi bir-roti u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u l-introduzzjoni fis-suq tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dak ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (ir-“Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29) jista’ jadotta proposti għal modifiki tar-regolamenti tan-NU, tar-regolamenti tekniċi globali tan-NU (GTRs tan-NU) u tar-riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal regolamenti ġodda tan-NU, GTRs ġodda tan-NU u riżoluzzjonijiet ġodda tan-NU dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jinħolqu emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jinħolqu GTRs ġodda tan-NU, u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU. |
|
(5) |
Mill-11 sal-14 ta’ Novembru 2025, waqt il-197 sessjoni tiegħu, id-WP.29 jista’ jadotta: proposti għal modifiki ta’, inter alia, ir-regolamenti tan-NU bin-Nri 0, 10, 16, 46, 48, 49, 62, 73, 79, 83, 90, 100, 105, 107, 121, 127, 129, 131, 134, 145, 148, 149, 154, 156, 171, 173, 174, 175 u 176; proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi tqal elettrifikati; żewġ proposti għal emenda tar-riżoluzzjoni konsolidata dwar il-kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3); proposta għal rettifika tar-riżoluzzjoni reċiproka Nru 1 (M.R.1); u proposta għal emenda tar-riżoluzzjoni speċjali Nru 1 (S.R.1); |
|
(6) |
Sabiex ikunu jirriflettu l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi tul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, ir-rekwiżiti għal ċerti aspetti jew karatteristiċi koperti mir-regolamenti tan-NU bin-Nri 0, 10, 16, 46, 48, 49, 62, 73, 79, 83, 90, 100, 105, 107, 121, 127, 129, 131, 134, 145, 148, 149, 154, 156, 171, 173, 174, 175 u 176 jeħtieġ jiġu emendati jew supplimentati. |
|
(7) |
Għal progress teknoloġiku u d-dekarbonizzazzjoni, jeħtieġ li jiġi adottat GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi tqal elettrifikati. |
|
(8) |
Ir-Regolamenti tan-NU se jkunu vinkolanti għall-Unjoni. Flimkien mal-GTR tan-NU u r-riżoluzzjonijiet tal-NU, dawn se jinfluwenzaw il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. Għalhekk, jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dawk il-proposti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-197 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, li se ssir mill-11 sal-14 ta’ Novembru 2025, għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fid-WP.29 jistgħu jaqblu fuq bidliet żgħar fl-abbozz tad-deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/836/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/125/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/oj).
ANNESS
|
Nru tar-Regolament |
Titlu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument (1) |
|
0 |
Proposta għas-serje ta’ emendi 08 tar-Regolament tan-NU Nru 0 (ECE/TRANS/WP.29/1186, para. 59, abbażi ta’ WP.29-196-22) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/159 |
|
10 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 10 (Kompatibbiltà elettromanjetika) ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/3 kif emendat bi GRE-92-24 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/110 |
|
10 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 10 (Kompatibbiltà Elettromanjetika) ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 29, abbażi ta’ GRE-90-36 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/113 |
|
16 |
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta’ emendi 08 għar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para 13 abbażi ta’ GRSP-77-03 u GRSP-77-33-Rev.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/120 |
|
16 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 09 għar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para 13 abbażi ta’ GRSP-77-04 u GRSP-77-33-Rev.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/121 |
|
16 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 10 għar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para 13 abbażi ta’ GRSP-77-05 u GRSP-77-33-Rev.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/122 |
|
46 |
Proposta għas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 46 (apparati għall-viżjoni indiretta) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 10, abbażi ta’ GRSG-129-44-Rev.1 kif riprodott bl-Anness IV tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/103 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 22 tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 16, 18, 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/4 u GRE-92-31, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/6, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/20/Rev.1 kif emendat bi GRE-92-32 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/114 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 16, 18, 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/4 u GRE-92-31, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/6, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/20/Rev.1 kif emendat bi GRE-92-32 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/115 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 08 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para.16, 18, 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/4 u GRE-92-31, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/6, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/20/Rev.1 kif emendat bi GRE-92-32 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/116 |
|
48 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 09 tar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 16, 17, 18, 19, 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/4 u GRE-92- 31, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/5 kif emendat bi GRE-92-10-Rev.1, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/6, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/7, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/20/Rev.1 kif emendat bi GRE-92-32 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/117 |
|
49 |
Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet tal-magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni u tal-magni ta’ tqabbid bi spark (LPG u CNG)) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 48, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/13) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/93 |
|
49 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet tal-magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni u tal-magni ta’ tqabbid bi spark (LPG u CNG)) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 49, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/12, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/13, GRPE-92- 25-Rev.2 kif emendat bl-Anness VIII) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/94 |
|
62 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 62 (protezzjoni minn użu mhux awtorizzat għall-vetturi tal-kategoriji L1 – L7 attrezzati b’manubriji). (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 39, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/2, mhux emendat) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/106 |
|
73 |
Proposta għas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 73 (apparati ta’ protezzjoni laterali) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 15, abbażi ta’ GRSG-129-21-Rev.5) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/104, WP.29-197-09 |
|
79 |
Proposta għas-Suppliment 14 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 79 (tagħmir tal-isteering) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/32 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/137 |
|
79 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 79 (tagħmir tal-isteering) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/32 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/138 |
|
83 |
Proposta għas-Suppliment 19 tas-serje ta’ emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 83 (emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 13, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/8 kif emendat bl-Anness IV) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/95 |
|
83 |
Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje ta’ emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 83 (emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 14, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/8, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/9 u GRPE-92-22 kif emendat bl-Anness V) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/96 |
|
83 |
Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 83 (emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/8, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/9 u GRPE-92-22 kif emendat bl-Anness VI) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/97 |
|
83 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 08 tar-Regolament tan-NU Nru 83 (emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 16, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/8 u ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/10 kif emendat bl-Anness VII) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/98 |
|
90 |
Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 90 (parts ta’ sostituzzjoni tal-ibbrejkjar) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/35 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/139 |
|
90 |
Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 90 (parts ta’ sostituzzjoni tal-ibbrejkjar) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/35 u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/36 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/140 |
|
100 |
Proposta għal rettifika 2 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 100 (vetturi b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika) (Franċiż biss) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 20, abbażi ta’ GRSP-77-44 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/123 |
|
100 |
Proposta għal rettifika 1 tas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 100 (vetturi b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika) (Franċiż biss) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 20, abbażi ta’ GRSP-77-44 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/124 |
|
100 |
Proposta għal rettifika 1 tas-serje ta’ emendi 5 tar-Regolament tan-NU Nru 100 (vetturi b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika) (Franċiż biss) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 20, abbażi ta’ GRSP-77-44 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/125 |
|
105 |
Proposta għal rettifika 1 tas-serje ta’ emendi 07 għar-Regolament tan-NU Nru 105 (vetturi għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 40, abbażi ta’ GRSG-129-40 kif riprodott fl-Anness VIII tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/107 |
|
107 |
Proposta għas-serje ta’ emendi 11 tar-Regolament tal-NU Nru 107 (vetturi M2 u M3) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 3, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/9, kif emendat bl-Anness II) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/105 |
|
121 |
Proposta għas-Supplement 7 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 121 (identifikazzjoni tal-kontrolli, tal-indikaturi operatorji u tal-indikaturi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 22, abbażi ta’ GRSG-129-15, kif riprodott bl-Anness VI tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/108 |
|
127 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 127 (sikurezza għall-persuni bil-mixi) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/8 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/126 |
|
127 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 127 (sikurezza għall-persuni bil-mixi) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/8 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/127 |
|
127 |
Proposta għal Suppliment 3 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 127 (sikurezza għall-persuni bil-mixi) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/8 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/128 |
|
129 |
Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 04 tar-Regolament tan-NU Nru 129 (sistemi mtejba tat-trażżin għat-tfal) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/4 u GRSP-77-12 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/129 |
|
131 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 131 (sistema avvanzata tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza, AEBS) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22 abbażi tad-dokument informali GRVA-22-05 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/141 |
|
134 |
Proposta għas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 134 (vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u b’ċelloli tal-fjuwil) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 30, abbażi ta’ GRSP-77-30-Rev.2 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/130 |
|
134 |
Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 134 (vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u b’ċelloli tal-fjuwil) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 30, abbażi ta’ GRSP-77-46-Rev.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/131 |
|
145 |
Proposta għal rettifika 2 tas-serje ta’ emendi oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 145 (sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u pożizzjonijiet bilqiegħda i-size) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 53, abbażi ta’ GRSP-77-13-Rev.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/132 |
|
145 |
Proposta għal rettifika 1 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 145 (sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u pożizzjonijiet bilqiegħda i-size) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 53, abbażi ta’ GRSP-77-14-Rev.1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/133 |
|
148 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 148 (apparati għas-sinjalar bid-dawl) ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2024/20/Rev.1 kif emendat bi GRE-92-32 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/112 |
|
149 |
Proposta għas-Supplement 10 tas-serje ta’ emendi 00 tar-Regolament tan-NU Nru 149 (apparati għat-tidwil tat-triq) ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/8 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/118 |
|
149 |
Proposta għas-Supplement 6 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 149 (apparati għat-tidwil tat-triq) ECE/TRANS/WP.29/GRE/92, para. 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2025/8 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/119 |
|
154 |
Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 154 (proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief, WLTP) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/2, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/11 u GRP-92-21-Rev.3 u tul is-sessjoni kif emendat bl-Addendum 3) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/99 |
|
154 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 154 (proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief, WLTP) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/3, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/11 u GRP-92-21-Rev.3 u tul is-sessjoni kif emendat bl-Addendum 4) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/100 |
|
154 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 154 (proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief, WLTP) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 21, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/4, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/11 u GRP-92-21-Rev.3 u tul is-sessjoni kif emendat bl-Addendum 5) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/101 |
|
154 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 154 (proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief, WLTP) (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/5, ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/11 u GRP-92-21-Rev.3 u tul is-sessjoni kif emendat bl-Addendum 6) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/102 |
|
156 |
Proposta għas-serje ta’ emendi 01 il-ġdida tar-Regolament tan-NU Nru 156 (sistema tal-aġġornament tas-software u ta’ ġestjoni tal-aġġornament tas-software) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/28 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/142, WP.29-197-07 |
|
171 |
Proposta għas-Suppliment 3 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 171 (sistemi ta’ assistenza fil-kontroll għas-sewwieq, DCAS) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/31 u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/30 kif emendat bi GRVA-22-18 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/143 |
|
171 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 171 (sistemi ta’ assistenza fil-kontroll għas-sewwieq, DCAS) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/30 kif emendat bi GRVA-22-18 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/144 |
|
173 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 173 (installazzjoni ta’ sistemi ta’ trażżin għall-okkupanti) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 34, abbażi ta’ GRSP-77-55 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/134 |
|
174 |
Proposta għal rettifika tas-serje ta’ emendi 00 tar-Regolament tan-NU Nru 174 (tfakkiriet taċ-ċinturini tas-sikurezza) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/6 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/135 |
|
174 |
Proposta għal rettifika tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 174 (tfakkiriet taċ-ċinturini tas-sikurezza) ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2025/6 u GRSP-77-16 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/136 |
|
175 |
Proposta għas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 175 (kontroll tal-aċċellerazzjoni għall-iżbalji tal-pedala, ACPE) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/33 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/145 |
|
176 |
Proposta għas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 176 (sistemi ta’ assistenza għall-kamp ta’ viżjoni) ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 41, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/7 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/109 |
|
Mixxellanji |
Titlu tal-punt fl-aġenda |
Referenza tad-dokument |
|
GTR |
Proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-batteriji fil-vetturi għall-vetturi tqal elettrifikati (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 67, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2025/7, GRPE-92-43 kif rifless bl-Addendum 7) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/149 |
|
Rapport |
Proposta għal rapport tekniku dwar l-iżvilupp ta’ Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar id-Durabbiltà tal-Batteriji fil-Vetturi għall-Vetturi Tqal Elettrifikati (ECE/TRANS/WP.29/GRPE/92, para. 68, abbażi ta’ GRPE-92-44 kif rifless fl-Addendum 8) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/150 |
|
Rapport |
It-tielet rapport ta’ progress dwar UNR u GTR tal-ADS |
ECE/TRANS/WP.29/2025/160 |
|
Awtorizzazzjoni |
Talba għall-awtorizzazzjoni biex tinħoloq emenda tal-GTR tan-NU Nru 13 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/161 |
|
Riżoluzzjoni |
Proposta għal Reviżjoni 8 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 32, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/5 kif emendat bl-Anness VII tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/146 |
|
Riżoluzzjoni |
Proposta għal emendi tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/28 kif emendat bi GRVA-22-11/Rev.2 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/147, WP.29-197-06 |
|
Riżoluzzjoni |
Proposta għal rettifika ta’ M.R.1 (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/77, para. 40, abbażi ta’ GRSP-77-54) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/148 |
|
Riżoluzzjoni |
Proposta għall-Emendi 3 tar-Riżoluzzjoni Speċjali Nru 1 (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/108, para. 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2025/6 kif emendat bil-paragrafu 30 tar-rapport) |
ECE/TRANS/WP.29/2025/151 |
|
Gwida |
Proposta għal Dokument Gwida dwar l-Użu tad-DETA għall-Iskop tar-Regolament tan-NU Nru 171 dwar dispożizzjonijiet uniformi b’rabta mal-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-sistemi ta’ assistenza għall-kontroll tas-sewwieqa (DCAS) ECE/TRANS/WP.29/GRVA/22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2025/29 kif emendat bi GRVA-22-1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/92 |
|
Kompendju |
Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 1 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/152 |
|
Kompendju |
Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 2 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/153 |
|
Kompendju |
Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 3 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/154 |
|
Kompendju |
Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 5 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/155 |
|
Kompendju |
Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 6 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/156 |
|
Kompendju |
Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 7 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/157 |
|
Kompendju |
Proposta għal estensjoni ta’ ħames snin fil-Kompendju tal-Kandidati tal-elenkar Nru 9 |
ECE/TRANS/WP.29/2025/158 |
(1) Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella jinsabu fuq: https://unece.org/sites/default/files/2025-08/ECE-TRANS-WP.29-1187e%20%281%29.pdf.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2234/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)