|
13.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/108 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/736
tal-11 ta’ Mejju 2022
li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta’ tolleranza għal traċċi taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4), taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1xRf2 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5) u taż-żrieragħ tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti dderivati minnhom
(notifikata bid-dokument C(2022) 3009)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 20(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/305/KE (2), 2007/306/KE (3) u 2007/307/KE (4) jistabbilixxu r-regoli dwar l-irtirar mis-suq taż-żrieragħ tal-kolza ibridi Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4), Ms1xRf2 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5) u taż-żrieragħ tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1) rispettivament, kif ukoll il-prodotti dderivati minnhom (“materjal ġenetikament modifikat”). Dawk id-Deċiżjonijiet ġew adottati wara li d-detentur tal-awtorizzazzjoni, il-kumpanija Bayer CropScience AG, kienet indikat lill-Kummissjoni li ma kellha l-ebda intenzjoni li ġġedded l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-materjal ĠM f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4), mal-Artikolu 11, mal-Artikolu 20(4) u mal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(2) |
It-tliet deċiżjonijiet kollha stipulaw perjodu ta’ tranżizzjoni inizjali ta’ ħames snin, li matulu l-ikel u l-għalf li fih il-materjal ĠM jew li jikkonsisti minnu jew huwa prodott minnu seta’ jitqiegħed fis-suq bi proporzjon mhux ogħla minn 0,9 % u sakemm dik il-preżenza kienet aċċidentali jew teknikament inevitabbli. L-għan tal-perjodu ta’ tranżizzjoni kien biex jitqies il-fatt li xi kultant jista’ jkun hemm preżenti traċċi żgħar ħafna ta’ materjal ĠM fil-ktajjen alimentari u tal-għalf, saħansitra wara li l-Bayer CropScience AG waqqfet il-bejgħ ta’ żrieragħ idderivati mill-organiżmi ġenetikament modifikati u minkejja li kienu ttieħdu l-miżuri kollha biex tiġi evitata l-preżenza tal-materjal ĠM. |
|
(3) |
Id-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE ukoll stipulaw sensiela ta’ miżuri li kellha tieħu l-Bayer CropScience AG sabiex jiġi żgurat l-irtirar mis-suq effettiv tal-materjal ĠM u stipulaw l-obbligi ta’ rapportar min-naħa tad-destinatarju. |
|
(4) |
Minkejja l-miżuri li ħadet il-Bayer CropScience AG biex tipprevjeni l-organiżmi ġenetikament modifikati f’konformità mad-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE, instabu traċċi minuri fil-prodotti bażiċi taż-żrieragħ tal-kolza. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/69/UE (5) emendat dawk it-tliet deċiżjonijiet kollha sabiex ġie estiż il-perjodu tat-tranżizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016, u naqqset il-preżenza tollerata tal-materjal ĠM fl-ikel u fl-għalf għall-frazzjoni tal-massa 0,1 %. It-tliet deċiżjonijiet ġew emendati ulterjorment bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2268 (6) sabiex il-perjodu ta’ tranżizzjoni jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2019 u mbagħad bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1562 (7) sabiex il-perjodu ta’ tranżizzjoni jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(5) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1117 (8) li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE fir-rigward tad-destinatarju, minn Bayer CropScience AG għal BASF SE. |
|
(6) |
F’Ottubru tal-2021, BASF Belgian Coordination Center CommV, fergħa ta’ BASF SE, irrapportat li minkejja l-miżuri li ttieħdu, xorta waħda nstabu traċċi minuri, iżda b’xejra li dejjem tonqos, fil-prodotti bażiċi taż-żrieragħ tal-kolza f’dawn l-aħħar snin. Din il-preżenza ta’ traċċi persistenti tista’ tiġi spjegata kemm mill-bijoloġija taż-żrieragħ tal-kolza billi ż-żerriegħa tista’ tibqa’ inattiva għal perjodi twal, kif ukoll mill-prattiki agrikoli li ntużaw għall-ħsad taż-żrieragħ u li jista’ jkun ikkawżaw it-tixrid aċċidentali, li l-livell tiegħu kien diffiċli biex jiġi stmat fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/69/UE, (UE) 2016/2268 u (UE) 2019/1562. |
|
(7) |
F’dan l-isfond, ikun xieraq li l-perjodu tranżizzjonali jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2025 biex jippermetti aktar tnaqqis tat-traċċi residwi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1xRf1, Ms1xRf2 u Topas 19/2 fil-katina alimentari u tal-għalf. |
|
(8) |
Sabiex tkompli tikkontribwixxi għat-tneħħija tal-materjal ĠM, jixraq ukoll li BASF SE tkompli timplimenta l-programm intern meħtieġ skont id-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE u li jkompli jiġbor id-data dwar il-preżenza ta’ dan il-materjal fil-prodotti bażiċi taż-żrieragħ tal-kolza importati fl-Unjoni mill-Kanada, li huwa l-uniku pajjiż fejn ġew ikkultivati għal skopijiet kummerċjali żrieragħ tal-kolza ĠM Ms1xRf1, Ms1xRf2 u Topas 19/2. Jenħtieġ li l-BASF SE tirrapporta lill-Kummissjoni dwar dawn iż-żewġ aspetti sal-1 ta’ Jannar 2025. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-Bayer CropScience AG tkompli tiżgura li jibqgħu jkunu disponibbli l-materjali ta’ referenza ċċertifikati biex il-laboratorji ta’ kontroll ikunu jistgħu jwettqu l-analiżijiet tagħhom matul il-perjodu tranżizzjonali. |
|
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE jiġu emendati skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni 2007/305/KE
Id-Deċiżjoni 2007/305/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Sal-1 ta’ Jannar 2025 id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dak il-programm u dwar il-preżenza ta’ dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.”; |
|
(2) |
il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-preżenza ta’ materjal li fih iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4, li jikkonsisti minnhom jew li hu prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta’ Diċembru 2025, dment li l-preżenza:
|
Artikolu 2
Emendi għad-Deċiżjoni 2007/306/KE
Id-Deċiżjoni 2007/306/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Sal-1 ta’ Jannar 2025 id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm u dwar il-preżenza ta’ dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.”; |
|
(2) |
il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-preżenza ta’ materjal li fih iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5, li jikkonsisti minnhom jew li huwa prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta’ Diċembru 2025, dment li din il-preżenza:
|
Artikolu 3
Emenda għad-Deċiżjoni 2007/307/KE
Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2007/307/KE jinbidlu b’dan li ġej:
“1. Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ7-1 fit-tnissil u fil-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor id-data dwar il-preżenza ta’ dak l-organiżmu ġenetikament modifikat fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.
Sal-1 ta’ Jannar 2025 id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dak il-programm u dwar il-preżenza ta’ dawk l-organiżmi mmodifikati ġenetikament fil-konsenji taż-żrieragħ tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.
2. Il-preżenza ta’ materjal li fih iż-żrieragħ l-kolza ACS-BNØØ7-1, li jikkonsisti minnhom jew li huwa prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1) il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta’ Diċembru 2025, dment li din il-preżenza:
|
(a) |
tkun aċċidentali jew inevitabbli teknikament; kif ukoll |
|
(b) |
tkun fi proporzjon mhux ogħla mill-frazzjoni tal-massa 0,1 %.”. |
Artikolu 4
Modifika tal-entrati fir-Reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati
L-entrati fir-Reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, rigward iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4, il-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ2-5 u l-kombinazzjoni ibrida taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5 u ż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ7-1, għandhom jiġu mmodifikati mill-Kummissjoni sabiex iqisu din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/305/KE tal-25 ta’ April 2007 dwar l-irtirar mis-suq tal-ibridu Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift u l-prodotti dderivati minnu (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 17).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/306/KE tal-25 ta’ April 2007 dwar l-irtirar mis-suq tal-ibridu Ms1xRf2 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5) taż-żrieragħ tal-lift u l-prodotti dderivati minnu (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 20).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/307/KE tal-25 ta’ April 2007 dwar it-tneħħija mis-suq tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1) u l-prodotti derivati tagħha (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 23).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/69/UE tat-3 ta’ Frar 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta’ tolleranza għal traċċi tal-ibridu taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4), tal-ibridu taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Ms1xRf2 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5) u ż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti derivati minnhom (ĠU L 34, 7.2.2012, p. 12).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2268 tal-14 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta’ tolleranza għal traċċi tal-ibridu Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift, ta’ ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti derivati minnhom (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 34).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1562 tas-16 ta’ Settembru 2019 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE rigward il-perjodu ta’ tolleranza għal traċċi tal-ibridu Ms1×Rf1 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift, ta’ ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1×Rf2 (ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ2-5) u tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1), kif ukoll il-prodotti derivati minnhom (ĠU L 240, 18.9.2019, p. 13).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1117 tal-24 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE fir-rigward ta’ bidla tad-destinatarju tad-Deċiżjonijiet (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 59).